European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6142

14.10.2024

AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Gwida għall-Istati Membri għall-ġbir tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6142)

WERREJ

Dikjarazzjoni Importanti 1
Introduzzjoni 2
Gwida dwar kif timla l-Mudell 2
Istruzzjonijiet ġenerali 2
Struzzjonijiet speċifiċi 3
Anness A — In-numerazzjoni tal-kolonni tal-mudell 13
Anness B – Lista ta’ kodiċijiet bi tmien u erba’ ċifri skont il-klassifikazzjoni tal-ESAW tal-Aġenti Materjali, li taħthom jistgħu jinstabu l-kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament. 14

DIKJARAZZJONI IMPORTANTI

L-għan ta’ dan id-dokument, li huwa bbażat fuq l-Artikolu 6(10), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2023/1230 dwar il-makkinarju (1) (“ir-Regolament”), huwa li jipprovdi gwida biss dwar kwistjonijiet relatati mal-ġbir tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti (a) sa (d), ta’ dak ir-Regolament u dwar il-mili tal-mudell standardizzat stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1922 (2) (“il-Mudell”).

Dan id-dokument huwa indirizzat lill-Istati Membri, iżda jikkonċerna wkoll pajjiżi terzi, jiġifieri pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE), li kkonkludew ftehim mal-UE għall-estensjoni tal-applikabbiltà tar-Regolament għal dawk il-pajjiżi. Ir-referenzi f’dan id-dokument għal “Stati Membri” jew “l-UE” għandhom, għaldaqstant, jinftiehmu bħala li jirreferu għal dawk il-pajjiżi terzi wkoll.

Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala dokument ta’ gwida. It-test tal-att ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni nnifsu biss għandu forza legali.

L-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija l-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-fehmiet espressi f’dan id-dokument ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Dan id-dokument jirrifletti l-leġiżlazzjoni fiż-żmien tal-abbozzar ta’ dan id-dokument u l-gwida offruta tista’ tkun soġġetta għal modifika aktar tard.

INTRODUZZJONI

Ir-Regolament daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Lulju 2023 u se japplika mill-20 ta’ Jannar 2027. Huwa jistabbilixxi rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza għad-disinn u għall-kostruzzjoni ta’ makkinarju, prodotti relatati u makkinarju parzjalment komplut biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-UE jew jitqiegħdu fis-servizz fl-UE, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza. Se jħassar u jissostitwixxi wkoll, mill-20 ta’ Jannar 2027, id-Direttiva 2006/42/KE (3).

Skont l-Artikolu 6(10), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprevedi mudell standardizzat għall-ġbir mill-Istati Membri tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9) tal-istess Regolament. Tali mudell standardizzat għandu l-għan li jiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-ġbir ta’ data u informazzjoni għall-fini taż-żieda ta’ kategorija ta’ makkinarju jew prodotti relatati mal-Anness I ta’ dak ir-Regolament jew tal-irtirar ta’ kategorija ta’ makkinarju jew prodotti relatati minn dak l-Anness.

Il-mudell standardizzat attwali huwa stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1922 (“il-Mudell”).

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6(10), it-tieni subparagrafu tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida lill-Istati Membri dwar il-ġbir u t-trażmissjoni ta’ data u informazzjoni komparabbli u ta’ kwalità għolja. L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jipprovdi gwida lill-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 6(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament.

GWIDA DWAR KIF TIMLA L-MUDELL

Istruzzjonijiet ġenerali

Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament, il-Mudell għandu jimtela u jiġi ppreżentat sal-20 ta’ Lulju 2025, u kull 5 snin minn hemm ’il quddiem.

Il-Mudell, sottomess f’sena partikolari (Y), ikopri data u informazzjoni dwar perjodu ta’ 5 snin kif indikat fil-kolonni rilevanti tal-Mudell.

Fil-kuntest tal-Mudell:

 

Y-2 (sena ta’ sottomissjoni nieqes 2): tkopri t-tieni sena kalendarja, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, li tippreċedi s-sena tas-sottomissjoni tar-rapport;

 

Y-3 (sena ta’ sottomissjoni nieqes 3): tkopri t-tielet sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru) li tippreċedi s-sena tas-sottomissjoni tar-rapport;

 

Y-4 (sena ta’ sottomissjoni nieqes 4): tkopri r-raba’ sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru) li tippreċedi s-sena tas-sottomissjoni tar-rapport;

 

Y-5 (sena ta’ sottomissjoni nieqes 5): tkopri l-ħames sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru) li tippreċedi s-sena tas-sottomissjoni tar-rapport;

 

Y-6 (sena ta’ sottomissjoni nieqes 6): tkopri s-sitt sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru) li tippreċedi s-sena tas-sottomissjoni tar-rapport;

 

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju tfisser: ir-Regolament jew id-Direttiva 2006/42/KE jew il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli qabel id-Direttiva 2006/42/KE;

Huwa preferibbli li l-Mudell jimtela bil-lingwa Ingliża.

Kull Stat Membru għandu jimla u jissottometti mudell wieħed biss, f’format excel, bid-data kollha relatata ma’ dak l-Istat Membru.

Il-mudell jista’ jiġi sottomess b’mod elettroniku permezz tal-kaxxa postali funzjonali rilevanti.

Struzzjonijiet speċifiċi

In-naħa ta’ fuq tal-Mudell (mix-xellug għal-lemin)

—   Sena (“Y”) tas-sottomissjoni tar-rapport [spazju għal numri sħaħ]

F’din it-taqsima għandha tiġi indikata s-sena kalendarja li fiha l-Istat Membru jissottometti l-Mudell mimli lill-Kummissjoni.

—   Stat Membru [spazju għat-test, massimu ta’ 10 kelmiet]

F’din it-taqsima għandu jiġi indikat l-isem tal-Pajjiż li qed jissottometti d-data u l-informazzjoni.

Tabella Ewlenija tal-Mudell (mix-xellug għal-lemin)

Biex jiġi ffaċilitat il-qari tal-ordni tal-kolonna, il-kolonni huma nnumerati fl-Anness A ta’ din il-gwida.

—   L-ewwel Kolonna (1): Kategorija fl-Anness I tar-Regolament [għażla li tiskrollja ’l isfel]

“Kategorija” hija relatata mal-kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati elenkati fl-Anness I tar-Regolament fil-mument tas-sottomissjoni tal-Mudell lill-Kummissjoni (taħt l-ewwel kolonna: “Iva”), jew għal kategoriji oħra li, skont l-Istati Membri, għandhom potenzjalment jiġu inklużi f’dak l-Anness (taħt l-ewwel kolonna: “Le”).

Id-data u l-informazzjoni kollha fil-kolonni sussegwenti (mit-tieni sad-disa’ u tletin) jirreferu għall-kategorija tal-makkinarju jew tal-prodott relatat kif deskritt f’din l-ewwel kolonna.

L-ispazji fil-Mudell jistgħu jiġu estiżi biex ikopru kemm ikun meħtieġ kategoriji addizzjonali ta’ makkinarju u prodotti relatati, li potenzjalment jistgħu, fil-futur permezz ta’ att delegat rilevanti, jiżdiedu mal-Anness I tar-Regolament.

Fil-każ ta’ emendi għall-Anness I tar-Regolament, permezz ta’ atti delegati rilevanti, din l-ewwel kolonna għandha tiġi adattata skont dan.

—   It-tieni Kolonna (2): Kategorija fil-Parti tal-Anness I tar-Regolament [għażla li tiskrollja ’l isfel]

Għall-kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (taħt l-ewwel kolonna: “Iva”) għandu jiġi indikat liema parti ta’ dak l-Anness huma elenkati fi: jew fil-Parti A (taħt it-tieni kolonna: “A”) jew fil-Parti B (taħt it-tieni kolonna: “B”).

Għall-kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (taħt l-ewwel kolonna: “Le”), għandu jiġi indikat li din l-informazzjoni mhijiex applikabbli (taħt it-tieni kolonna: “N/A”).

Fil-każ ta’ emendi għall-Anness I tar-Regolament, permezz ta’ atti delegati rilevanti, din it-tieni kolonna għandha tiġi adattata skont dan.

—   It-tielet Kolonna (3): Numru tal-Kategorija (jekk il-kategorija hija inkluża fl-Anness I tar-Regolament) [għażla li tiskrollja ’l isfel]

Għall-kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati elenkati fl-Anness I tar-Regolament, il-Parti A jew B, għandu jiġi indikat in-numru assenjat lil kull kategorija ta’ makkinarju u prodotti relatati f’dak l-Anness.

Fil-mument tal-kitba ta’ din il-gwida, hemm sitt (6) kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati fil-Parti A tal-Anness I, u dsatax-il (19) kategorija ta’ makkinarju u prodotti relatati fil-Parti B tal-Anness I.

Għall-kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (taħt l-ewwel kolonna: “Le”) għandu jiġi indikat li din l-informazzjoni mhijiex applikabbli (taħt it-tieni kolonna: “N/A”).

Fil-każ ta’ emendi għall-Anness I tar-Regolament, permezz ta’ atti delegati rilevanti, din it-tielet kolonna għandha tiġi adattata skont dan.

—   Ir-raba’ Kolonna (4): Deskrizzjoni tal-Kategorija (jekk il-kategorija mhijiex inkluża fl-Anness I tar-Regolament) [spazju għat-test, massimu ta’ 100 kelma]

Għall-kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati elenkati fl-Anness I tar-Regolament, il-Parti A jew B, xejn ma jeħtieġ li jiġi indikat f’din il-kolonna, minħabba li d-deskrizzjoni ta’ tali kategorija ta’ makkinarju u prodotti relatati hija inkluża f’dak l-Anness.

Għall-kategoriji ta’ makkinarju u prodotti relatati mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (taħt l-ewwel kolonna: “Le” u taħt it-tieni kolonna: “N/A”), għandha tingħata deskrizzjoni qasira iżda ċara ta’ kull kategorija ġdida ta’ makkinarju jew prodott relatat proposta biex jiżdiedu ma’ dak l-Anness.

Fil-każ ta’ emendi għall-Anness I tar-Regolament, permezz ta’ atti delegati rilevanti, din ir-raba’ kolonna għandha tiġi adattata kif xieraq.

—   Il-ħames kolonna (5): L-Artikolu 6(5)(a) tar-Regolament: indikazzjonijiet ta’ ħsara kkawżata fil-passat minn makkinarju jew prodotti relatati li ntużaw għall-użu maħsub tagħhom jew kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli (Y-2 sa Y-6) [spazju għat-test, massimu ta’ 500 kelma]

“Indikazzjonijiet ta’ ħsara” hija relatata mal-informazzjoni bħal:

—

in-natura tal-periklu li jikkawża l-ħsara, inerenti għall-funzjoni tal-kategorija tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, filwaqt li jitqies l-użu maħsub u kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli;

—

it-tul tal-espożizzjoni għall-periklu;

—

is-severità tal-ħsara mġarrba, inkluż il-grad ta’ riversibbiltà ta’ dik il-ħsara;

—

l-għadd ta’ persuni affettwati mill-ħsara;

—

informazzjoni rilevanti oħra.

—   Mis-Sitt sal-Għaxar Kolonna (6–10): L-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament: informazzjoni dwar id-difetti fis-sikurezza identifikati matul is-sorveljanza tas-suq, u l-materjal possibbilment disponibbli fis-sistemi ta’ informazzjoni amministrati mill-Kummissjoni, jiġifieri l-azzjoni korrettiva meħuda (miġjuba f’konformità), irtirata jew imsejħa lura/Għadd ta’ unitajiet ta’ makkinarju jew prodott relatat li nstabu difettużi kull sena [spazju għal numri sħaħ]

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandu jiġi indikat l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari. Is-sorsi tad-data jistgħu jkunu dawn kollha li ġejjin jew kwalunkwe wieħed minnhom: is-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS, Information and Communication System on Market Surveillance) u s-Sistema ta’ Twissija Rapida “Safety Gate”; il-bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti (EU-IDB, European Injury Database); statistika nazzjonali dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol; il-grupp ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju (AdCo, Machinery Administrative Cooperation Group); sorsi rilevanti oħra.

L-ebda spazju ma għandu jitħalla vojt. Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat fil-kolonna ħdax jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

—   Il-ħdax-il Kolonna (11): L-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament: informazzjoni dwar id-difetti ta’ sikurezza identifikati matul is-sorveljanza tas-suq, u l-materjal possibbilment disponibbli fis-sistemi ta’ informazzjoni amministrati mill-Kummissjoni, jiġifieri l-azzjoni korrettiva meħuda (miġjuba f’konformità), irtirata jew imsejħa lura/Spjegazzjonijiet [spazju għat-test, massimu ta’ 500 kelma]

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandha tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti dwar is-sorsi tad-data użati kif ukoll il-kwalità u l-kopertura tad-data skont is-sors.

Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

Id-deskrizzjoni tad-difetti ewlenin u l-oriġini tal-ħsarat misjuba u l-ħsara potenzjali li dawn id-difetti jew ħsarat jistgħu jikkawżaw għandhom jingħataw ukoll f’din it-taqsima.

—   It-tnax-il kolonna (12): L-Artikolu 6(5)(c) tar-Regolament: informazzjoni dwar inċidenti magħrufa (fuq il-post tax-xogħol jew mhux okkupazzjonali) u kważi aċċidenti, inklużi l-karatteristiċi ta’ dawk l-aċċidenti jew kważi aċċidenti (Y-2 sa Y-6) [spazju għat-test, massimu ta’ 500 kelma]

F’din it-taqsima, għandha tingħata deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-inċidenti jew kważi aċċidenti (magħrufa wkoll bħala close calls), bħal:

—

xenarji prinċipali ta’ aċċidenti;

—

kawżi ewlenin għall-aċċidenti;

—

identifikazzjoni tar-riskji residwi matul l-aċċidenti;

—

għadd ta’ vittmi;

—

informazzjoni rilevanti oħra.

—   It-Tlettax sas-Sbatax-il Kolonna (13–17): L-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament: data dwar aċċidenti jew ħsara lis-saħħa kkawżati mill-makkinarju jew mill-prodott relatat għas-snin preċedenti (Y-2 sa Y-6)/ Għadd ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol (fatali) fis-sena [spazju għal numri sħaħ]

“Aċċident fuq ix-xogħol” tirreferi għal okkorrenza diskreta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali kkawżata mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli.

It-terminu “aċċident fatali” jirreferi għal aċċident ikkawżat mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, li jwassal għall-mewt ta’ vittma fi żmien sena mill-aċċident.

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandu jiġi indikat l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari. Is-sorsi tad-data jistgħu jkunu dawn kollha li ġejjin jew kwalunkwe wieħed minnhom: Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti (EU-IDB, European Injury Database); L-Istatistika Ewropea tal-Eurostat dwar l-Aċċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW, Eurostat’s European Statistics on Accidents at Work); il-grupp ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju (AdCo, Machinery Administrative Cooperation Group); sorsi rilevanti oħra.

Din it-taqsima tinkludi t-tipi kollha ta’ korrimenti, bħal: feriti u korrimenti superfiċjali; diżlokazzjonijiet, tfekkik u strapazzi; konkussjonijiet u korrimenti interni, ksur tal-għadam, avvelenamenti u infezzjonijiet; xokkijiet; ħruq, tismit u frostbites; amputazzjonijiet (telf ta’ partijiet tal-ġisem); effetti tal-ħoss, tal-vibrazzjoni u tal-pressjoni; effetti ta’ temperaturi estremi, tad-dawl u tar-radjazzjoni; għarqiet u asfisazzjonijiet; korrimenti multipli; korrimenti psikoloġiċi.

L-ebda spazju ma għandu jitħalla vojt. Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat fil-kolonna tmienja u tletin jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

L-aċċidenti għandhom jiġu rrappurtati fit-tlettax sas-sbatax-il kolonna u fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-kategorija (l-ewwel sar-raba’ kolonna) meta:

—

tali makkinarju jew prodott relatat huwa l- “Aġent Materjali” assoċjat ma’: l-“Attività Fiżika Speċifika” (jiġifieri: l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument li l-vittma tkun qed tuża meta seħħ l-aċċident, eżatt qabel l-aċċident); jew id-“Devjazzjoni” (jiġifieri, fejn iċ-ċirkostanzi tal-aċċident kienu differenti mill-prattika normali u l-makkinarju jew il-prodott relatat kienu l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument involut fl-avveniment anormali); jew il-“Kuntatt – Mod ta’ Korriment” (jiġifieri, fejn il-makkinarju jew il-prodott relatat kienu l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument li kkawża lill-vittma korriment fiżiku jew psikoloġiku; u

—

tali aċċident ikun imputabbli għall-makkinarju jew għall-prodott relatat, użat kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, sakemm tali użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli ma jinvolvix l-eliminazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza previsti mill-manifattur, bħat-tneħħija ta’ lqugħ protettiv; aċċident jista’ jkun imputabbli għall-makkinarju jew il-prodott relatat jekk iseħħ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

—

ikun ikkawżat mid-disinn jew mill-kostruzzjoni tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, irrispettivament minn jekk il-makkinarju jew il-prodott relatat humiex konformi mal-istandards armonizzati rilevanti jew jekk tali standards armonizzati jippreżentawx jew le nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli meta l-makkinarju jew il-prodott relatat ikunu ġew introdotti fis-suq tal-UE;

—

ikun ikkawżat minn żbalji tal-operatur, jekk it-tali żbalji jkunu raġonevolment prevedibbli, jew aggravat minn ergonomija ħażina;

—

ikun ikkawżat minn manutenzjoni fqira li tirriżulta minn struzzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma kinux preċiżi jew kompluti.

“Aġent Materjali”: Dan huwa definit fl-aktar edizzjoni reċenti tad-dokument tal-EUROSTAT “European statistics on accidents at work (ESAW) – Summary Methodology” (Statistika Ewropea dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol (ESAW) – Sommarju tal-Metodoloġija) kif ippubblikat fuq is-sit web tal-Eurostat. Il-verżjoni attwali ta’ dan id-dokument hija l- “edizzjoni tal-2013”  (4).

It-Tabella fl-Anness B ta’ dan id-dokument telenka l-kodiċijiet skont il-klassifikazzjoni tal-ESAW tal-Aġenti Materjali, li taħthom jistgħu jinstabu ċerti kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament, fil-mument tal-kitba ta’ din il-gwida. Il-kodiċijiet elenkati fl-Anness B ta’ dan id-dokument għandhom rwol indikattiv u għandhom jintużaw jekk id-data nazzjonali estiża miġbura fil-qafas tal-ESAW tintuża bħala sors tad-data u d-deskrizzjoni tal-aġent materjali tal-ESAW tikkorrispondi eżattament mad-data rrapportata fir-ringiela rilevanti tal-mudell. Il-kodiċijiet jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet li jiġi ffaċilitat il-fehim u/jew it-tiftix fil-bażijiet tad-data rilevanti għall-kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati li bħalissa huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament. Ta’ min jinnota li l-klassifikazzjoni bi tmien ċifri tal-varjabbli “aġent materjali” tal-ESAW bħalissa mhijiex użata fil-bażi tad-data tal-ESAW (tintuża biss il-klassifikazzjoni b’erba’ ċifri). Għalkemm ma hemm l-ebda kodiċi bi tmien ċifri fil-bażi tad-data tal-ESAW, dawn il-kodiċijiet bi tmien ċifri jistgħu jintużaw biex wieħed jifhem aħjar x’għandu jiġi inkluż fil-kodiċijiet relatati b’erba’ ċifri. Fi kwalunkwe każ, id-data u l-informazzjoni pprovduti fil-Mudell għandhom ikunu relatati preċiżament mal-kategorija tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, kif deskritt fit-tielet jew fir-raba’ kolonna tal-Mudell.

—   It-Tmintax sat-Tnejn u Għoxrin Kolonna (18–22): L-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament: data dwar aċċidenti jew ħsara lis-saħħa kkawżati mill-makkinarju jew mill-prodott relatat għas-snin preċedenti (Y-2 sa Y-6)/ Għadd ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol (serji) fis-sena [spazju għal numri sħaħ]

It-terminu “aċċident fuq ix-xogħol” jirreferi għal okkorrenza diskreta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali kkawżata mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli.

It-terminu “aċċident serju” jirreferi għal aċċident (mhux fatali) ikkawżat mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, li jwassal għal ħsara permanenti ta’ vittma, jew għal ħsara sinifikanti fuq il-persuna bħal amputazzjoni ta’ parti tal-ġisem.

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandu jiġi indikat l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari. Is-sorsi tad-data jistgħu jkunu dawn kollha li ġejjin jew kwalunkwe wieħed minnhom: Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti (EU-IDB, European Injury Database); L-Istatistika Ewropea tal-Eurostat dwar l-Aċċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW, Eurostat’s European Statistics on Accidents at Work); il-grupp ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju (AdCo, Machinery Administrative Cooperation Group); sorsi rilevanti oħra.

Din it-taqsima tinkludi t-tipi kollha ta’ korrimenti, bħal: feriti u korrimenti superfiċjali; diżlokazzjonijiet, tfekkik u strapazzi; konkussjonijiet u korrimenti interni, ksur tal-għadam, avvelenamenti u infezzjonijiet; xokkijiet; ħruq, tismit u frostbites; amputazzjonijiet (telf ta’ partijiet tal-ġisem); effetti tal-ħoss, tal-vibrazzjoni u tal-pressjoni; effetti ta’ temperaturi estremi, tad-dawl u tar-radjazzjoni; għarqiet u asfisazzjonijiet; korrimenti multipli; korrimenti psikoloġiċi.

L-ebda spazju ma għandu jitħalla vojt. Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat fil-kolonna tmienja u tletin jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

L-aċċidenti għandhom jiġu rrapportati bejn it-tmintax u t-tnejn u għoxrin kolonna u fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-kategorija (l-ewwel sar-raba’ kolonna) meta:

—

tali makkinarju jew prodott relatat huwa l- “Aġent Materjali” assoċjat ma’: l-“Attività Fiżika Speċifika” (jiġifieri: l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument li l-vittma tkun qed tuża meta seħħ l-aċċident, eżatt qabel l-aċċident); jew id-“Devjazzjoni” (jiġifieri, fejn iċ-ċirkostanzi tal-aċċident kienu differenti mill-prattika normali u l-makkinarju jew il-prodott relatat kienu l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument involut fl-avveniment anormali); jew il-“Kuntatt – Mod ta’ Korriment” (jiġifieri, fejn il-makkinarju jew il-prodott relatat kienu l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument li kkawża lill-vittma korriment fiżiku jew psikoloġiku; u

—

tali aċċident ikun imputabbli għall-makkinarju jew għall-prodott relatat, użat kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, sakemm tali użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli ma jinvolvix l-eliminazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza previsti mill-manifattur, bħat-tneħħija ta’ lqugħ protettiv; aċċident jista’ jkun imputabbli għall-makkinarju jew il-prodott relatat jekk iseħħ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

—

ikun ikkawżat mid-disinn jew mill-kostruzzjoni tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, irrispettivament minn jekk il-makkinarju jew il-prodott relatat humiex konformi mal-istandards armonizzati rilevanti jew jekk tali standards armonizzati jippreżentawx jew le nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli meta l-makkinarju jew il-prodott relatat ikunu ġew introdotti fis-suq tal-UE;

—

ikun ikkawżat minn żbalji tal-operatur, jekk it-tali żbalji jkunu raġonevolment prevedibbli, jew aggravat minn ergonomija ħażina;

—

ikun ikkawżat minn manutenzjoni fqira li tirriżulta minn struzzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma kinux preċiżi jew kompluti.

“Aġent Materjali”: Dan huwa definit fl-aktar edizzjoni reċenti tad-dokument tal-EUROSTAT “European statistics on accidents at work (ESAW) – Summary Methodology” (Statistika Ewropea dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol (ESAW) – Sommarju tal-Metodoloġija) kif ippubblikat fuq is-sit web tal-Eurostat. Il-verżjoni attwali ta’ dan id-dokument hija l- “edizzjoni tal-2013”  (5).

It-Tabella fl-Anness B ta’ dan id-dokument telenka l-kodiċijiet skont il-klassifikazzjoni tal-ESAW tal-Aġenti Materjali, li taħthom jistgħu jinstabu ċerti kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament, fil-mument tal-kitba ta’ din il-gwida. Il-kodiċijiet elenkati fl-Anness B ta’ dan id-dokument għandhom rwol indikattiv u għandhom jintużaw jekk id-data nazzjonali estiża miġbura fil-qafas tal-ESAW tintuża bħala sors tad-data u d-deskrizzjoni tal-aġent materjali tal-ESAW tikkorrispondi eżattament mad-data rrapportata fir-ringiela rilevanti tal-mudell. Il-kodiċijiet jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet li jiġi ffaċilitat il-fehim u/jew it-tiftix fil-bażijiet tad-data rilevanti għall-kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati li bħalissa huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament. Ta’ min jinnota li l-klassifikazzjoni bi tmien ċifri tal-varjabbli “aġent materjali” tal-ESAW bħalissa mhijiex użata fil-bażi tad-data tal-ESAW (tintuża biss il-klassifikazzjoni b’erba’ ċifri). Għalkemm ma hemm l-ebda kodiċi bi tmien ċifri fil-bażi tad-data tal-ESAW, dawn il-kodiċijiet bi tmien ċifri jistgħu jintużaw biex wieħed jifhem aħjar x’għandu jiġi inkluż fil-kodiċijiet relatati b’erba’ ċifri. Fi kwalunkwe każ, id-data u l-informazzjoni pprovduti fil-Mudell għandhom ikunu relatati preċiżament mal-kategorija tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, kif deskritt fit-tielet jew fir-raba’ kolonna tal-Mudell.

—   It-Tlieta u Għoxrin sas-Seba’ u Għoxrin Kolonna (23–27): L-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament: data dwar aċċidenti jew ħsara lis-saħħa kkawżati mill-makkinarju jew mill-prodott relatat għas-snin preċedenti (Y-2 sa Y-6)/ Għadd ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol (oħrajn) fis-sena [spazju għal numri sħaħ]

It-terminu “aċċident fuq ix-xogħol” ifisser okkorrenza diskreta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali kkawżata mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli.

It-terminu “aċċident ieħor” ifisser kwalunkwe aċċident (mhux fatali jew serju) ikkawżat mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, li jeħtieġ li l-persuna tiddaħħal l-isptar u/jew tkun assenti mix-xogħol għal 4 ijiem jew aktar.

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandu jiġi indikat l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari. Is-sorsi tad-data jistgħu jkunu dawn kollha li ġejjin jew kwalunkwe wieħed minnhom: Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti (EU-IDB, European Injury Database); L-Istatistika Ewropea tal-Eurostat dwar l-Aċċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW, Eurostat’s European Statistics on Accidents at Work); il-grupp ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju (AdCo, Machinery Administrative Cooperation Group); sorsi rilevanti oħra.

Din it-taqsima tinkludi t-tipi kollha ta’ korrimenti, bħal: feriti u korrimenti superfiċjali; diżlokazzjonijiet, tfekkik u strapazzi; konkussjonijiet u korrimenti interni, ksur tal-għadam, avvelenamenti u infezzjonijiet; xokkijiet; ħruq, tismit u frostbites; amputazzjonijiet (telf ta’ partijiet tal-ġisem); effetti tal-ħoss, tal-vibrazzjoni u tal-pressjoni; effetti ta’ temperaturi estremi, tad-dawl u tar-radjazzjoni; għarqiet u asfisazzjonijiet; korrimenti multipli; korrimenti psikoloġiċi.

L-ebda spazju ma għandu jitħalla vojt. Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat fil-kolonna tmienja u tletin jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

L-aċċidenti għandhom jiġu rrapportati fit-tlieta u għoxrin sas-sebgħa u għoxrin kolonna u fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-kategorija (l-ewwel sar-raba’ kolonna) meta:

—

tali makkinarju jew prodott relatat huwa l- “Aġent Materjali” assoċjat ma’: l-“Attività Fiżika Speċifika” (jiġifieri: l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument li l-vittma tkun qed tuża meta seħħ l-aċċident, eżatt qabel l-aċċident); jew id-“Devjazzjoni” (jiġifieri, fejn iċ-ċirkostanzi tal-aċċident kienu differenti mill-prattika normali u l-makkinarju jew il-prodott relatat kienu l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument involut fl-avveniment anormali); jew il-“Kuntatt – Mod ta’ Korriment” (jiġifieri, fejn il-makkinarju jew il-prodott relatat kienu l-għodda, l-oġġett, jew l-istrument li kkawża lill-vittma korriment fiżiku jew psikoloġiku; u

—

tali aċċident ikun imputabbli għall-makkinarju jew għall-prodott relatat, użat kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, sakemm tali użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli ma jinvolvix l-eliminazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza previsti mill-manifattur, bħat-tneħħija ta’ lqugħ protettiv; aċċident jista’ jkun imputabbli għall-makkinarju jew il-prodott relatat jekk iseħħ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

—

ikun ikkawżat mid-disinn jew mill-kostruzzjoni tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, irrispettivament minn jekk il-makkinarju jew il-prodott relatat humiex konformi mal-istandards armonizzati rilevanti jew jekk tali standards armonizzati jippreżentawx jew le nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli meta l-makkinarju jew il-prodott relatat ikunu ġew introdotti fis-suq tal-UE;

—

ikun ikkawżat minn żbalji tal-operatur, jekk it-tali żbalji jkunu raġonevolment prevedibbli, jew aggravat minn ergonomija ħażina;

—

ikun ikkawżat minn manutenzjoni fqira li tirriżulta minn struzzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma kinux preċiżi jew kompluti.

“Aġent Materjali”: Dan huwa definit fl-aktar edizzjoni reċenti tad-dokument tal-EUROSTAT “European statistics on accidents at work (ESAW) – Summary Methodology” (Statistika Ewropea dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol (ESAW) – Sommarju tal-Metodoloġija) kif ippubblikat fuq is-sit web tal-Eurostat. Il-verżjoni attwali ta’ dan id-dokument hija l- “edizzjoni tal-2013”  (6).

It-Tabella fl-Anness B ta’ dan id-dokument telenka l-kodiċijiet skont il-klassifikazzjoni tal-ESAW tal-Aġenti Materjali, li taħthom jistgħu jinstabu ċerti kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament, fil-mument tal-kitba ta’ din il-gwida. Il-kodiċijiet elenkati fl-Anness B ta’ dan id-dokument għandhom rwol indikattiv u għandhom jintużaw jekk id-data nazzjonali estiża miġbura fil-qafas tal-ESAW tintuża bħala sors tad-data u d-deskrizzjoni tal-aġent materjali tal-ESAW tikkorrispondi eżattament mad-data rrapportata fir-ringiela rilevanti tal-mudell. Il-kodiċijiet jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet li jiġi ffaċilitat il-fehim u/jew it-tiftix fil-bażijiet tad-data rilevanti għall-kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati li bħalissa huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament. Ta’ min jinnota li l-klassifikazzjoni bi tmien ċifri tal-varjabbli “aġent materjali” tal-ESAW bħalissa mhijiex użata fil-bażi tad-data tal-ESAW (tintuża biss il-klassifikazzjoni b’erba’ ċifri). Għalkemm ma hemm l-ebda kodiċi bi tmien ċifri fil-bażi tad-data tal-ESAW, dawn il-kodiċijiet bi tmien ċifri jistgħu jintużaw biex wieħed jifhem aħjar x’għandu jiġi inkluż fil-kodiċijiet relatati b’erba’ ċifri. Fi kwalunkwe każ, id-data u l-informazzjoni pprovduti fil-Mudell għandhom ikunu relatati preċiżament mal-kategorija tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, kif deskritt fit-tielet jew fir-raba’ kolonna tal-Mudell.

—   It-Tmienja u Għoxrin sat-Tnejn u Tletin Kolonna (28–32): L-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament: data dwar aċċidenti jew ħsara lis-saħħa kkawżati mill-makkinarju jew mill-prodott relatat għas-snin preċedenti (Y-2 sa Y-6)/ Għadd ta’ aċċidenti mhux okkupazzjonali (fatali) fis-sena [spazju għal numri sħaħ]

It-terminu “aċċident mhux okkupazzjonali” jirreferi għal okkorrenza diskreta matul użu mhux professjonali, li twassal għal ħsara fiżika jew mentali kkawżata mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli.

It-terminu “aċċident fatali” jirreferi għal aċċident mhux okkupazzjonali kkawżat mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin prevedibbli b’mod raġonevoli, li jwassal għall-mewt ta’ vittma fi żmien sena mill-aċċident mhux okkupazzjonali.

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandu jiġi indikat l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari. Is-sorsi tad-data jistgħu jkunu dawn kollha li ġejjin jew kwalunkwe wieħed minnhom: Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti (EU-IDB, European Injury Database); il-grupp ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju (AdCo, Machinery Administrative Cooperation Group); sorsi rilevanti oħra.

Din it-taqsima tinkludi t-tipi kollha ta’ korrimenti, bħal: feriti u korrimenti superfiċjali; diżlokazzjonijiet, tfekkik u strapazzi; konkussjonijiet u korrimenti interni, ksur tal-għadam, avvelenamenti u infezzjonijiet; xokkijiet; ħruq, tismit u frostbites; amputazzjonijiet (telf ta’ partijiet tal-ġisem); effetti tal-ħoss, tal-vibrazzjoni u tal-pressjoni; effetti ta’ temperaturi estremi, tad-dawl u tar-radjazzjoni; għarqiet u asfisazzjonijiet; korrimenti multipli; korrimenti psikoloġiċi.

L-ispazji griżi jkopru kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati li għalihom ma jinstabux użi mhux professjonali. Għalhekk, dawn ma għandhomx jimtlew. Għajr dawk, l-ebda spazju ma għandu jitħalla vojt. Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat fil-kolonna tmienja u tletin jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

Biex aċċident jiġi rrapportat taħt kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, huwa meħtieġ li tali aċċident ikun imputabbli għall-makkinarju jew għall-prodott relatat, użat kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, sakemm tali użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli ma jinvolvix l-eliminazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza previsti mill-manifattur, bħat-tneħħija tal-ilqugħ protettiv. Aċċident jista’ jkun imputabbli għall-makkinarju jew għall-prodott relatat jekk iseħħ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

—

ikun ikkawżat mid-disinn jew mill-kostruzzjoni tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, irrispettivament minn jekk il-makkinarju jew il-prodott relatat humiex konformi mal-istandards armonizzati rilevanti jew jekk tali standards armonizzati jippreżentawx jew le nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli meta l-makkinarju jew il-prodott relatat ikunu ġew introdotti fis-suq tal-UE;

—

ikun ikkawżat minn żbalji tal-operatur, jekk it-tali żbalji jkunu raġonevolment prevedibbli, jew aggravat minn ergonomija ħażina;

—

ikun ikkawżat minn manutenzjoni fqira li tirriżulta minn struzzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma kinux preċiżi jew kompluti.

—   It-Tlieta u Tletin u s-Seba’ u Tletin Kolonna (33–37): L-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament: data dwar aċċidenti jew ħsara lis-saħħa kkawżati mill-makkinarju jew mill-prodott relatat għas-snin preċedenti (Y-2 sa Y-6)/Għadd ta’ aċċidenti mhux okkupazzjonali (serji jew oħrajn) fis-sena [spazju għal numri sħaħ]

It-terminu “aċċident mhux okkupazzjonali” jirreferi għal okkorrenza diskreta matul użu mhux professjonali, li twassal għal ħsara fiżika jew mentali kkawżata mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli.

It-terminu “Serji jew oħrajn” jirreferi għal aċċident mhux okkupazzjonali kkawżat mill-makkinarju jew mill-prodott relatat użati kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, li mhuwiex aċċident fatali.

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandu jiġi indikat l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari. Is-sorsi tad-data jistgħu jkunu dawn kollha li ġejjin jew kwalunkwe wieħed minnhom: Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti (EU-IDB, European Injury Database); il-grupp ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju (AdCo, Machinery Administrative Cooperation Group); sorsi rilevanti oħra.

Din it-taqsima tinkludi t-tipi kollha ta’ korrimenti, bħal: feriti u korrimenti superfiċjali; diżlokazzjonijiet, tfekkik u strapazzi; konkussjonijiet u korrimenti interni, ksur tal-għadam, avvelenamenti u infezzjonijiet; xokkijiet; ħruq, tismit u frostbites; amputazzjonijiet (telf ta’ partijiet tal-ġisem); effetti tal-ħoss, tal-vibrazzjoni u tal-pressjoni; effetti ta’ temperaturi estremi, tad-dawl u tar-radjazzjoni; għarqiet u asfisazzjonijiet; korrimenti multipli; korrimenti psikoloġiċi.

L-ispazji griżi jkopru kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati li għalihom ma jinstabux użi mhux professjonali. Għalhekk, dawn ma għandhomx jimtlew. Għajr dawk, l-ebda spazju ma għandu jitħalla vojt. Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat fil-kolonna tmienja u tletin jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

Biex aċċident jiġi rrapportat fit-tlieta u tletin kolonna sas-seba’ u tletin kolonna u b’rabta ma’ kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat (l-ewwel sar-raba’ kolonna), huwa meħtieġ li tali aċċident ikun imputabbli għall-makkinarju jew għall-prodott relatat, użat kif maħsub, inkluż kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli, sakemm tali użu ħażin raġonevolment prevedibbli ma jinvolvix l-eliminazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza previsti mill-manifattur, bħat-tneħħija tal-ilqugħ protettiv.

Aċċident jista’ jkun imputabbli għall-makkinarju jew għall-prodott relatat jekk iseħħ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

—

ikun ikkawżat mid-disinn jew mill-kostruzzjoni tal-makkinarju jew tal-prodott relatat, irrispettivament minn jekk il-makkinarju jew il-prodott relatat humiex konformi mal-istandards armonizzati rilevanti jew jekk tali standards armonizzati jippreżentawx jew le nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli meta l-makkinarju jew il-prodott relatat ikunu ġew introdotti fis-suq tal-UE;

—

ikun ikkawżat minn żbalji tal-operatur, jekk it-tali żbalji jkunu raġonevolment prevedibbli, jew aggravat minn ergonomija ħażina;

—

ikun ikkawżat minn manutenzjoni fqira li tirriżulta minn struzzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma kinux preċiżi jew kompluti.

—   It-tmienja u tletin Kolonna (38): L-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament: data dwar aċċidenti jew ħsara lis-saħħa kkawżati mill-makkinarju jew mill-prodott relatat għas-snin preċedenti (Y-2 sa Y-6)/Spjegazzjonijiet [spazju għat-test, massimu ta’ 500 kelma]

Għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, għandha tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti dwar is-sorsi tad-data użati kif ukoll il-kwalità u l-kopertura tad-data skont is-sors.

Meta l-għadd ta’ okkorrenzi f’sena partikolari jiġi indikat li huwa żero, għandu jiġi ċċarat jekk hemmx nuqqas ta’ data jew jekk ma jkunx hemm okkorrenzi.

Id-deskrizzjoni tar-raġunijiet ewlenin għaliex il-makkinarju jew il-prodott relatat kellhom ħsara għandha tiġi pprovduta wkoll f’din it-taqsima.

—   Id-disgħa u tletin Kolonna (39): Informazzjoni rilevanti addizzjonali [spazju għat-test, massimu ta’ 500 kelma]

Din it-taqsima tista’ tinkludi informazzjoni (sa fejn tkun disponibbli u titqies mill-Istat Membru li tista’ tiffaċilita aktar il-valutazzjoni li għandha titwettaq mill-Kummissjoni), għal kull kategorija ta’ makkinarju jew prodott relatat, bħal:

—

l-għadd ta’ unitajiet ta’ makkinarju jew prodotti relatati mibjugħa fit-territorju tal-Istat Membru;

—

l-għadd ta’ ħaddiema fis-settur;

—

meta l-makkinarju jew il-prodott relatat ikunu ġew introdotti fis-suq tal-UE;

—

jekk kienx hemm nuqqas ta’ standards armonizzati (u, fir-rigward tar-Regolament, speċifikazzjonijiet komuni stabbiliti skont ir-Regolament) li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza;

—

ir-riskji residwi, inklużi dawk li, skont il-manifattur, jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ taħriġ jew tagħmir protettiv personali partikolari, li jwasslu għal aċċidenti serji jew fatali jew ħsara lis-saħħa rikorrenti;

—

l-applikazzjoni ħażina tal-istandards armonizzati jew tal-ispeċifikazzjonijiet komuni rilevanti u li għalihom l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq li twettqu ma wasslux għal titjib kbir fis-sitwazzjoni tas-suq, f’perjodu raġonevoli;

—

l-inċertezza fil-metodi eżistenti ta’ valutazzjoni tar-riskju relatati ma’ teknoloġiji ġodda;

—

il-konformità jew le tal-makkinarju jew tal-prodott relatat mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli meta ġew introdotti fis-suq tal-UE; jekk mhux konformi: jekk ġewx applikati l-istandards armonizzati rilevanti ċċitati skont dik il-leġiżlazzjoni tal-UE (jew, fir-rigward tar-Regolament, kwalunkwe speċifikazzjoni komuni stabbilita skont ir-Regolament); jew jekk in-nuqqas ta’ konformità kienx dovut għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati rilevanti ċċitati skont dik il-leġiżlazzjoni tal-UE (jew, fir-rigward tar-Regolament, fi kwalunkwe speċifikazzjoni komuni stabbilita skont ir-Regolament);

—

Fir-rigward tal-għadd totali ta’ makkinarju jew prodotti relatati difettużi, irrapportat skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament:

—

il-perċentwal (%) ta’ makkinarju jew prodotti relatati:

—

li ma jkunux għaddew minn modifiki wara l-introduzzjoni tagħhom fis-suq tal-UE;

—

li jkunu għaddew minn modifiki mhux sostanzjali wara l-introduzzjoni tagħhom fis-suq tal-UE;

—

li jkunu għaddew minn modifiki sostanzjali wara l-introduzzjoni tagħhom fis-suq tal-UE;

—

il-perċentwal (%) ta’ makkinarju jew prodotti relatati introdotti fis-suq tal-UE matul l-applikabbiltà:

—

tar-Regolament;

—

tad-Direttiva 2006/42/KE;

—

tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli qabel id-Direttiva 2006/42/KE;

—

l-għadd ta’ manifatturi li jipproduċu l-makkinarju jew il-prodotti relatati rrapportati;

—

il-perċentwal (%) ta’ makkinarju jew prodotti relatati li għalihom kien involut Korp Notifikat;

—

Fir-rigward tal-għadd totali ta’ aċċidenti rrapportati skont l-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament:

—

il-perċentwal (%) ta’ aċċidenti b’makkinarju jew prodotti relatati:

—

li ma jkunux għaddew minn modifiki wara l-introduzzjoni tagħhom fis-suq tal-UE;

—

li jkunu għaddew minn modifiki mhux sostanzjali wara l-introduzzjoni tagħhom fis-suq tal-UE;

—

li jkunu għaddew minn modifiki sostanzjali wara l-introduzzjoni tagħhom fis-suq tal-UE;

—

il-perċentwal (%) ta’ aċċidenti b’makkinarju jew prodotti relatati introdotti fis-suq tal-UE matul l-applikabbiltà ta’:

—

tar-Regolament;

—

tad-Direttiva 2006/42/KE;

—

tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-makkinarju applikabbli qabel id-Direttiva 2006/42/KE;

—

l-għadd ta’ manifatturi li jipproduċu l-makkinarju jew il-prodotti relatati involuti fl-aċċidenti rrapportati;

—

il-perċentwal (%) ta’ aċċidenti b’makkinarju jew prodotti relatati li għalihom kien involut Korp Notifikat;

—

informazzjoni rilevanti oħra.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar il-makkinarju u li jħassar id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 73/361/KEE (ĠU L 165, 29.6.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1230/oj).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1922 tat-12 ta’ Lulju 2024 li jistabbilixxi l-mudell għall-ġbir mill-Istati Membri tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti minn (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1922, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1922/oj).

(3)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/42/oj).

(4)   https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-statistical-working-papers/-/ks-ra-12-002.

(5)   https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-statistical-working-papers/-/ks-ra-12-002.

(6)   https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-statistical-working-papers/-/ks-ra-12-002.


ANNESS A —

In-numerazzjoni tal-kolonni tal-mudell

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26

27

28

29

30

31

32

33

34

35

36

37

38

39

Is-sena (“Y”) tas-sottomissjoni tar-rapport:

 

Stat Membru:

 

 

 

 

 

Kategorija fl-Anness I tar-Regolament

Kategorija fil-Parti tal- Anness I tar- Regolament

Numru tal-Kategorija (jekk il-kategorija hija inkluża fl-Anness I tar- Regolament)

Deskrizzjoni tal-Kategorija (jekk il-kategorija mhijiex inkluża fl-Anness I tar-Regolament)

L-Artikolu 6(5)(a) tar-Regolament: indikazzjonijiet tal-ħsara li ġiet ikkawżata fil-passat minn makkinarju jew prodotti relatati li ntużaw għall-użu maħsub tagħhom jew kwalunkwe użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli (Y-2 sa Y-6)

L-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament: informazzjoni dwar id-difetti fis-sikurezza identifikati matul is-sorveljanza tas-suq, u l-materjal possibbilment disponibbli fis-sistemi ta’ informazzjoni amministrati mill-Kummissjoni, jiġifieri l-azzjoni korrettiva meħuda (miġjuba f’konformità), irtirata jew imsejħa lura

L-Artikolu 6(5)(c) tar-Regolament: informazzjoni dwar l-aċċidenti magħrufa (fuq ix-xogħol jew mhux okkupazzjonali) u kważi aċċidenti serji, inklużi l-karatteristiċi ta’ dawk l-aċċidenti jew kważi aċċidenti (Y-2 sa Y-6)

L-Artikolu 6(5)(d) tar-Regolament: data dwar aċċidenti jew ħsara lis-saħħa kkawżati mill-makkinarju jew mill-prodott relatat għas-snin preċedenti

Informazzjoni rilevanti addizzjonali

 

L-għadd ta’ unitajiet ta’ makkinarju jew prodott relatat li nstabu difettużi kull sena

Spjegazzjonijiet

Għadd ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol (fatali) fis-sena

Għadd ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol (serji) fis-sena

Numru ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol (oħrajn) fis-sena

Għadd ta’ aċċidenti mhux okkupazzjonali (fatali) fis-sena

Għadd ta’ aċċidenti mhux okkupazzjonali (serji jew oħrajn) fis-sena

Spjegazzjonijiet

 

 

Y-6

Y-5

Y-4

Y-3

Y-2

Y-6

Y-5

Y-4

Y-3

Y-2

Y-6

Y-5

Y-4

Y-3

Y-2

Y-6

Y-5

Y-4

Y-3

Y-2

Y-6

Y-5

Y-4

Y-3

Y-2

Y-6

Y-5

Y-4

Y-3

Y-2

 

Iva

A

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

A

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

A

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

A

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

A

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

A

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

12

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

14

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

16

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

17

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

18

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva

B

19

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Le

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Le

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Le

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS B –

Lista ta’ kodiċijiet bi tmien u erba’ ċifri (1) skont il-klassifikazzjoni tal-ESAW tal-Aġenti Materjali, li taħthom jistgħu jinstabu l-kategoriji ta’ makkinarju jew prodotti relatati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament.

Kategorija fl-Anness I tar-Regolament

Aġent materjali tal-ESAW

Parti A

 

1.

Apparati tat-trażmissjoni mekkanika li jistgħu jitneħħew, inkluż l-ilqugħ tagħhom.

05.02.01.07 Xaft, sleeve, kavilja

2.

Ilqugħ għall-apparati tat-trażmissjoni mekkanika li jistgħu jitneħħew.

16.01.00.00 apparati ta’ sikurezza – fuq il-magni

3.

Lifts biex jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-vetturi.

11.02.02.01 Tagħmir għall-irfigħ tal-vetturi, lift għall-vetturi, lift idrawliku

4.

Tagħmir li jaħdem permezz ta’ skrataċ li jista’ jinġarr u makkinarju ta’ impatt ieħor.

07.06.06.00 Xkubetta tal-istuds bi skrataċ splussivi

5.

Komponenti ta’ sikurezza b’imġiba awtoevoluttiva bis-sħiħ jew b’mod parzjali bl-użu ta’ approċċi ta’ tagħlim awtomatiku li jiżguraw funzjonijiet ta’ sikurezza.

16.01.00.00 apparati ta’ sikurezza – fuq il-magni

6.

Makkinarju li jkun inkorpora sistemi b’imġiba awtoevoluttiva bis-sħiħ jew b’mod parzjali bl-użu ta’ approċċi ta’ tagħlim awtomatiku li jiżguraw funzjonijiet ta’ sikurezza li ma jkunux ġew introdotti b’mod indipendenti fis-suq, fir-rigward ta’ dawk is-sistemi biss.

16.01.00.00 apparati ta’ sikurezza – fuq il-magni

PARTI B

 

1.

Srieraq ċirkolari (b’xafra waħda jew b’ħafna xfafar) għax-xogħol tal-injam u ta’ materjali b’karatteristiċi fiżiċi simili jew għax-xogħol mal-laħam u materjal b’karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tipi li ġejjin:

07.01.02.00 Srieraq ċirkolari

07.01.02.0X Srieraq ċirkolari

10.11.01.00 Serrieq ċirkolari

10.11.01.0X Serrieq ċirkolari

1.1.

makkinarju għall-issegar b’xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b’mejda fissa jew b’appoġġ fiss, b’feed manwali tal-materjal li jkun qed jinħadem jew b’power feed li jista’ jitneħħa;

1.2.

makkinarju għall-issegar b’xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b’bank jew b’karru għas-segi b’moviment li jalterna li jitħaddem b’mod manwali;

1.3.

makkinarju għall-issegar b’xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b’feed device mekkaniku integrat għall-materjal li jkun qed jinħadem, b’tagħbija u/jew b’ħatt manwali;

1.4.

makkinarju għall-issegar bi xfafar li jiċċaqilqu waqt il-qtugħ, li jkollhom moviment mekkaniku tax-xafra, b’tagħbija u/jew ħatt manwali.

2.

Makkinarju għall-inċanar tas-superfiċe għal xogħol tal-injam li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn.

10.10.02.0X Magna tal-inċanar, ċana (Peress li ma hemmx kodiċi għaċ-ċani tat-tip thicknesser, nifhmu li dawn huma inklużi fil-magni tal-inċanar)

3.

Ċani tat-tip thicknesser għall-inċanar fuq naħa waħda, b’feed device mekkaniku integrat, b’tagħbija u/jew b’ħatt manwali.

4.

Band-saws b’tagħbija u/jew b’ħatt manwali għal xogħol tal-injam u ta’ materjali b’karatteristiċi fiżiċi simili jew għall-qtugħ tal-laħam u ta’ materjali b’karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tipi li ġejjin:

10.11.02.00 Band saw, ribbon saw

10.11.02.0X Band saw, ribbon saw (minbarra log saw)

10.11.04.0C Band saw, ribbon saw għal zkuk

4.1.

makkinarju għall-issegar b’xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b’mejda jew b’appoġġ fissi jew b’moviment li jalterna għall-materjal li jkun qed jinħadem;

4.2.

makkinarju għall-issegar b’xafra jew bi xfafar immuntati fuq karru b’moviment li jalterna.

5.

Makkinarju kombinat tat-tipi msemmija fil-punti 1 sa 4 u fil-punt 7 għal xogħol tal-injam u ta’ materjali b’karatteristiċi fiżiċi simili.

Ara l-kodiċijiet għall-punti 1 sa 4 tal-Parti B

6.

Makkinarju għall-minċotti li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn, b’diversi postijiet biex jinżammu l-għodod għal xogħol tal-injam.

10.10.12.00 magna li tifforma l-imgħażel, magna li tagħmel il-minċotti

7.

Makkinarju għall-iffurmar b’magħżel b’assi vertikali li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn, għal xogħol tal-injam u ta’ materjali b’karatteristiċi fiżiċi simili.

10.10.12.00 magna li tifforma l-imgħażel, magna li tagħmel il-minċotti

8.

Chainsaws li jistgħu jinġarru għal xogħol tal-injam.

07.01.04.0X Chainsaws li jistgħu jinġarru

9.

Preses, inklużi preses tal-pjanċi, għal xogħol mingħajr sħana tal-metall, b’tagħbija u/jew b’ħatt manwali, li l-parts tagħhom li jaħdmu jistgħu jiċċaqilqu aktar minn 6 mm, b’veloċità ta’ aktar minn 30 mm/s.

10.07.01.0X Pressa kiesħa

10.07.01.0X Pressa pnewmatika

10.07.05.0X Pressa idrawlika (mingħajr speċifikazzjoni)

10.

Makkinarju għall-iffurmar tal-plastik b’injezzjoni jew bil-kompressjoni, b’tagħbija jew b’ħatt manwali.

10.09.01.00 Magna tal-injezzjoni, magna tal-estrużjoni

10.09.01.0X Magna tal-injezzjoni, pressa tal-injezzjoni, pressa tal-estrużjoni, magni tal-iffurmar bl-injezzjoni jew l-estrużjoni

10.09.02.00 Magni għall-ippressar, għall-iffurmar

11.

Makkinarju għall-iffurmar tal-lastiku b’injezzjoni jew bil-kompressjoni, b’tagħbija jew b’ħatt manwali.

10.09.01.00 Magna tal-injezzjoni, magna tal-estrużjoni

10.09.01.0X Magna tal-injezzjoni, pressa tal-injezzjoni, pressa tal-estrużjoni, magni tal-iffurmar bl-injezzjoni jew l-estrużjoni

10.09.02.00 Magni għall-ippressar, għall-iffurmar

10.09.02.0d Magna għall-manifattura ta’ materjali komposti

10.09.02.0d Pressa tal-ivvulkanizzar

12.

Makkinarju li jaħdem taħt l-art tat-tipi li ġejjin:

“13.01 Vetturi — fuq il-linji ferrovjarji, inklużi l-monorails sospiżi: merkanzija” tista’ tapplika wkoll

12.1.

lokomottivi u vannijiet tal-brejkijiet;

13.01.00.00 Vetturi fuq il-linji ferrovjarji

13.01.01.00 Ferroviji, vaguni, eċċ.: oġġetti

13.01.99.00 Vetturi oħra fuq il-linji ferrovjarji: oġġetti

12.2.

irfid tas-soqfa li jaħdmu bl-idrawlika.

09.01.09.00 Tagħmir għal xogħlijiet taħt l-art

13.

Trakkijiet li jitgħabbew b’mod manwali għall-ġbir ta’ skart domestiku b’mekkaniżmu għall-kompressjoni integrat.

12.01.99.00 Tipi oħra ta’ vetturi tqal

10.07 .04.0X Skart tal-istampa, pressa tal-imballar (karta, tessuti, skart tal-metall, eċċ.)

14.

Apparat għall-irfigħ ta’ persuni jew ta’ persuni u oġġetti li jinvolvi r-riskju li xi ħadd jew xi ħaġa taqa’ minn għoli vertikali ta’ aktar minn 3 metri.

11.02.01.00 Lifts ta’ oġġetti

11.02.01.01 Lifts tal-passiġġieri

11.02.01.03 Tagħmir għall-irfigħ ta’ persuni (benniena, basktijiet, pjattaformi għall-irfigħ)

15.

Apparat ta’ protezzjoni ddisinjat għad-detezzjoni tal-preżenza ta’ persuni.

16.01.00.00 apparati ta’ sikurezza – fuq il-magni

16.

Ilqugħ li jistgħu jiġu mċaqilqa, b’lokkjatura u li jaħdmu bl-elettriku, li għandhom jintużaw bħala salvagwardji fil-makkinarju msemmi fil-punti 9, 10 u 11 ta’ din il-Parti.

16.01.00.00 apparati ta’ sikurezza – fuq il-magni

17.

Unitajiet tal-loġika għall-iżgurar tal-funzjonijiet tas-sikurezza.

16.01.00.00 apparati ta’ sikurezza – fuq il-magni

18.

Strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (ROPS).

09.01 Magni li jistgħu jinġarru jew mobbli — għall-estrazzjoni ta’ materjali jew għall-ħdim tal-art — minjieri/barrieri, xogħlijiet ta’ bini u inġinerija ċivili

09.02 Magni li jistgħu jinġarru jew mobbli — għall-ħdim tal-art — biedja

09.04 Magni mobbli għat-tindif tal-art

09.99 Magni u tagħmir oħrajn li jistgħu jinġarru jew mobbli fil-grupp 09 mhux elenkati hawn fuq

19.

Strutturi ta’ protezzjoni minn oġġetti li jaqgħu (FOPS).

09.01 Magni li jistgħu jinġarru jew mobbli — għall-estrazzjoni ta’ materjali jew għall-ħdim tal-art — minjieri/barrieri, xogħlijiet ta’ bini u inġinerija ċivili

09.02 Magni li jistgħu jinġarru jew mobbli — għall-ħdim tal-art — biedja

09.04 Magni mobbli għat-tindif tal-art

09.99 Magni u tagħmir oħrajn li jistgħu jinġarru jew mobbli fil-grupp 09 mhux elenkati hawn fuq


(1)  Il-klassifikazzjoni bi tmien ċifri tal-varjabbli “aġent materjali” tal-ESAW bħalissa ma tintużax fil-bażi tad-data tal-ESAW (tintuża biss il-klassifikazzjoni b’erba’ ċifri) iżda ġiet stabbilita fil-bidu tal-proġett tal-ESAW. Din il-klassifikazzjoni tista’ tiffaċilita l-fehim u/jew it-tfittxija ta’ xi wħud mill-kategoriji ta’ makkinarju.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6142/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)