|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
317 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Marzu 2007
li temenda d-Deċiżjonijiet 94/741/KE u 97/622/KE li jikkonċernaw il-kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart, u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 634)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/151/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (1), u partikolarment l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 16 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1994 rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) (3). |
|
(2) |
Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/689/KEE għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/622/KE tas-27 ta' Mejju 1997 rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) (4). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta' l-iskart (5) jistabbilixxi qafas għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja dwar il-ħolqien, l-irkupru u r-rimi ta' l-iskart. |
|
(4) |
Analiżi ta' l-obbligi tar-rappurtar dwar dejta dwar l-iskart kif previst fil-leġiżlazzjoni Komunitarja turi li ċerti obbligi ta' rappurtar tad-dejta previsti fid-Deċizjoni 94/741/KE u 97/622/KE huma koperti wkoll mir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 jew mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-ġarr ta' l-iskart bil-baħar (6). |
|
(5) |
Biex jiġu evitati duplikazzjoni u rekwiżiti amministrattivi bla bżonn, l-obbligi tar-rappurtar dwar ’l-iskart perikoluż’ u ’skart ieħor’ għandhom jitneħħew mid-Deċiżjoni 94/741/KE. Barra minn hekk, it-terminu ’skart domestiku’ jitbiddel bit-terminu ’skart tad-djar u simili’ sabiex id-Deċiżjoni 94/741/KE ssir koerenti mar-Regolament (KE) Nru 2150/2002. |
|
(6) |
Bl-istess mod, l-obbligu tar-rappurtar dwar l-iskart perikoluż għandu jitneħħa mid-Deċiżjoni 97/622/KE. |
|
(7) |
Id-Deċiżjonijiet 94/741/KE u 97/622/KE għandhom għalhekk jiġu emendati bl-istess mod. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 94/741/KE għandha tiġi emendata kif previst fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 97/622/KE għandha tiġi emendata kif previst fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
(2) ĠU L 377, 30.12.1991, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(3) ĠU L 296, 17.11.1994, p. 42.
(4) ĠU L 256, 19.9.1997, p. 13.
(5) ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 783/2005 (ĠU L 131, 25.5.2005, p. 38).
ANNESS
Emendi għad-Deċiżjoni 94/741/KE u 97/622/KE
|
A. |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 94/741/KE, it-tieni kwestjonarju huwa emendat kif ġej:
|
|
B. |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 97/622/KE, il-punt 11 (d) f'Taqsima II ta' l-ewwel kwestjonarju tneħħa. |
(*1) Fl-Istat Membru”