European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/99

22.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/99

tal-21 ta’ Jannar 2025

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, benalaksil-M, ċiprodinil, diklorprop-P, formetanat, fosetil, alosulfuron-metil, imazamox, milbemektin, fenmedifam, pirimikarb, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, pirimetanil, pirjofenon, pirossulam, spinosad, kubrit, Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, it-tritikonażol u ż-żiram

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2013 (2) approva s-sustanza attiva Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941) sal-31 ta’ Jannar 2024.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2014 (3) approva s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747 sal-31 ta’ Marzu 2025.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2013 (4) approva s-sustanza attiva benalaksil-M sat-30 ta’ April 2024.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE (5) inkludiet iċ-ċiprodinil u l-fosetil bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) sat-30 ta’ April 2017.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (7) inkludiet id-diklorprop-P u l-pirimetanil bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Mejju 2017.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/5/KE (8) inkludiet il-formetanat bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2017.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)Nru 356/2013 (9) approva s-sustanza attiva alosulfuron-metil sat-30 ta’ Settembru 2023.

(8)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/23/KE (10) inkludiet l-imazamox bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(9)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE (11) inkludiet il-milbemectin bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2015.

(10)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/58/KE (12) inkludiet il-fenmedifam bħala sustanza attiva sat-28 ta’ Frar 2015.

(11)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE (13) inkludiet il-pirimikarb u t-tritikonażol bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Jannar 2017.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2013 (14) approva s-sustanza attiva Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134 sal-31 ta’ Jannar 2024.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2013 (15) approva s-sustanza attiva pirjofenon sal-31 ta’ Jannar 2024.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1176/2013 (16) approva s-sustanza attiva pirossulam sat-30 ta’ April 2024.

(15)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/6/KE (17) inkludiet l-ispinosad bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2017.

(16)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/70/KE (18) inkludiet il-kubrit bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2019.

(17)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE (19) inkludiet diversi mikroorganiżmi bħal Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11 u Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080 bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ April 2019.

(18)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/81/KE (20) inkludiet iż-żiram bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Lulju 2014.

(19)

Is-sustanzi attivi ċiprodinil, diklorprop-P, formetanat, fosetil, milbemectin, fenmedifam, pirimikarb, pirimetanil, spinosad, kubrit, Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, tritikonażol u żiram ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (21). Is-sustanzi attivi Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, benalaksil-M, alosulfuron-metil, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, pirjofenon u pirossulam ġew inklużi fil-Parti B, u s-sustanza attiva imazamox ġiet inkluża fil-Parti E tal-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(20)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 (22) estenda l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, pirjofenon u imazamox sal-31 ta’ Jannar 2025, u l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi benalaksil-M u pirossulam sat-30 ta’ April 2025.

(21)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 (23) estenda l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, pirimikarb, pirimetanil, spinosad, tritikonażol u żiram sal-15 ta’ Marzu 2025, u l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, u Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, sal-15 ta’ April 2025.

(22)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 (24) jestendi l-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tas-sustanzi attivi formetanat, milbemectin u fenmedifam sal-15 ta’ Frar 2025.

(23)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 (25) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva alosulfuron-metil sal-31 ta’ Marzu 2025.

(24)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 (26) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kubrit sal-15 ta’ April 2025.

(25)

L-applikazzjonijiet u d-dossiers supplimentari għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjonijiet ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi ġew sottomessi f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (27).

(26)

Fl-1 ta’ Ottubru 2014, fis-27 ta’ Novembru 2015, fis-6 ta’ April 2016, fis-16 ta’ Diċembru 2015, fl-10 ta’ Diċembru 2020, fis-17 ta’ Ġunju 2015, fil-15 ta’ Mejju 2015, fl-1 ta’ Frar 2016, fl-10 ta’ Diċembru 2015, fis-26 ta’ Novembru 2015, fil-21 ta’ Frar 2017, fil-31 ta’ Mejju 2016, fit-30 ta’ Novembru 2015 u fil-31 ta’ Ottubru 2014, l-Istati Membri relaturi għas-sustanzi attivi ċiprodinil, diklorprop-P, formetanat, fosetil, alosulfuron-metil, milbemectin, fenmedifam, pirimikarb, pirimetanil, spinosad, kubrit, Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, tritikonażol u żiram informaw lill-Istati Membri korelaturi, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) li kienu vvalutaw l-ammissibbiltà, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività, ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet għat-tiġdid ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi, u kkonkludew li kienu ammissibbli.

(27)

Id-dossiers supplimentari għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, benalaksil-M, imazamox, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, pirjofenon u pirossulam ġew sottomessi permezz tas-sistema ċentrali għall-preżentazzjoni fit-28 ta’ Jannar 2022, fil-31 ta’ Marzu 2022, fis-27 ta’ April 2022, fil-31 ta’ Jannar 2022, fit-28 ta’ Jannar 2022, fis-27 ta’ Jannar 2022 u fit-30 ta’ April 2022 rispettivament, u l-Istati Membri relaturi għadhom fil-proċess li jivvalutaw l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi. B’konsegwenza ta’ dan, il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi u huwa meħtieġ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura tat-tiġdid. L-Awtorità għamlet l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, imazamox, pirjofenon u pirossulam pubbliċi skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740.

(28)

Għas-sustanzi attivi Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, u Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, l-Awtorità teħtieġ iktar żmien biex tikkonkludi l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa għas-sustanzi, inkluż, meta jkun xieraq, biex torganizza konsultazzjoni pubblika u konsultazzjoni tal-esperti. Huwa meħtieġ ukoll iktar żmien biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju.

(29)

Għas-sustanzi attivi fosetil, fenmedifam u spinosad, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (28), u f’konformità mal-Artikolu 14(1a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (29), l-Awtorità teħtieġ iktar żmien biex toħroġ il-konklużjoni relatata ma’ dawk il-kriterji tal-approvazzjoni. Huwa meħtieġ ukoll iktar żmien biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju.

(30)

Għas-sustanzi attivi ċiprodinil, formetanat, alosulfuron-metil, pirimikarb, tritikonażol u żiram, l-Awtorità, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, u din ġiet sottomessa mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. Madankollu, huwa meħtieġ iktar żmien għall-evalwazzjoni tal-Awtorità u għall-ħruġ tal-konklużjoni relatata mill-valutaturi tar-riskju, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju.

(31)

Għas-sustanza attiva diklorprop-P, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Madankollu, għall-fini tal-effiċjenza, il-Kummissjoni qed tistenna l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-applikazzjoni parallela li tikkonċerna l-istess sustanza sottomessa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 qabel ma tippreżenta rapport tat-tiġdid u abbozz ta’ Regolament dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(32)

Għas-sustanzi attivi milbemectin, pirimetanil u kubrit, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat rapport tat-tiġdid u abbozz ta’ Regolament dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Huwa meħtieġ iktar żmien biex dak il-Kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju.

(33)

Għalhekk, x’aktarx li bejn il-31 ta’ Jannar u t-30 ta’ April 2025 ma tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament qabel l-iskadenza tal-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, l-applikanti rispettivi ma jkollhomx kontroll fuq ir-raġunijiet għad-dewmien f’dawn il-proċeduri tat-tiġdid. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet.

(34)

Għas-sustanzi attivi Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, benalaksil-M, imazamox, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, pirjofenon u pirossulam, peress li l-valutazzjoni tar-riskju għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi u fid-dawl tal-passi li fadal li jridu jitlestew f’kull proċedura tat-tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 29 xahar.

(35)

Għas-sustanzi attivi ċiprodinil, formetanat, fosetil, alosulfuron-metil, fenmedifam, pirimikarb, spinosad, Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11 u Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, peress li l-Awtorità teħtieġ iktar żmien biex tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju, u fid-dawl tal-passi li fadal li jridu jitlestew f’kull proċedura tat-tiġdid, jenħtieġ li l-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni għal kull waħda minn dawn is-sustanzi attivi tiġi stabbilita għal 19-il xahar u ġimagħtejn.

(36)

Għas-sustanzi attivi tritikonażol u żiram, l-Awtorità teħtieġ iktar żmien biex tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju minħabba li l-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-applikanti għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi. Fid-dawl tal-passi li fadal li jridu jitlestew f’dawn il-proċeduri tat-tiġdid, jenħtieġ li d-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi tiġi stabbilita għal 22 xahar u ġimagħtejn.

(37)

Għas-sustanzi attivi diklorprop-P, milbemectin, pirimetanil u kubrit, peress li l-għoti ta’ opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf għadha pendenti, u fid-dawl tal-passi li fadal li jridu jitlestew f’dawn il-proċeduri tat-tiġdid, jenħtieġ li d-durata tal-perjodu tal-approvazzjoni tiġi stabbilita għal 19-il xahar u ġimagħtejn għad-diklorprop-P, sakemm joħroġ l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-applikazzjoni parallela li temenda l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, u għal 15-il xahar u ġimagħtejn għas-sustanzi attivi l-oħra.

(38)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(39)

F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni tiffissa d-data tal-iskadenza fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data tal-applikazzjoni possibbli.

(40)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2013 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li japprova s-sustanza attiva Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 30.8.2013, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/827/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2014 tal-11 ta’ Diċembru 2014 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għal dik is-sustanza attiva (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1316/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2013 tal-20 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva benalaksil-M, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 312, 21.11.2013, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1175/oj).

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE tat-18 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-klopiralid, kiprodinil, fosetil u trineksapak bħala sustanzi attivi (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 107, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/64/oj).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).

(7)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta’ Awwissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyril bħala sustanzi attivi (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/74/oj).

(8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/5/KE tas-7 ta’ Frar 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi captan, folpet, formetanate u methiocarb bħala sustanzi attivi (ĠU L 35, 8.2.2007, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/5/oj).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2013 tat-18 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva alosulfuron metil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/356/oj).

(10)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/23/KE tal-25 ta’ Marzu 2003 biex temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi imazamox, oxasulfuron, ethoxysulfuron, foramsulfuron, oxadiargyl u cyazofamid bħala sustanzi attivi (ĠU L 81, 28.3.2003, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/23/oj).

(11)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE tal-21 ta’ Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-bifenazate u l-milbemectin bħala sustanzi attivi (ĠU L 246, 22.9.2005, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/58/oj).

(12)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/58/KE tat-23 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-alfa-ċipermetrin, il-benalaksil, il-bromossinil, id-dismedifan, il-jossinil u l-fenmedifam bħala sustanzi attivi (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/58/oj).

(13)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE tat-12 ta’ April 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-clodinafop, il-pirimicarb, ir-rimsulfuron, it-tolclofos-methyl u t-triticonazole bħala sustanzi attivi (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/39/oj).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2013 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li japprova s-sustanza attiva Pseudomonas sp, ir-razza DSMZ 13134, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 30.8.2013, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/829/oj).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2013 tat-30 ta’ Awwissu 2013 li japprova s-sustanza attiva pirjofenon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 233, 31.8.2013, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/833/oj).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1176/2013 tal-20 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva pirossulam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 312, 21.11.2013, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1176/oj).

(17)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/6/KE tal-14 ta’ Frar 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-metrafenone Bacillus subtilis, spinosad u t-thiamethoxam bħala sustanzi attivi (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/6/oj).

(18)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/70/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit bħala sustanzi attivi (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/70/oj).

(19)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/113/oj).

(20)  Id-Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/81/KE tal-5 ta’ Settembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi molinate, thiram u ziram bħala sustanzi attivi (ĠU L 224, 6.9.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/81/oj).

(21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2007/oj).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 tal-20 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, klodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, fenpirossimat, fosetil, malatijon, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, piridaben, pirimetanil, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (qabel T. viride) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trineksapak, tritikonażol u żiram (ĠU L 91, 29.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/689/oj).

(24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 tal-4 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aclonifen, ametoktradin, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, captan, kletodim, ċiklossidim, ċiflumetofen, dażomet, diklofop, dimethomorph, ethephon, fenażakwin, fluopicolide, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, imessażol, aċidu indolilbutiriku, mandipropammid, metalaxyl, metaldeid, metam, metazachlor, metribuzin, milbemectin, paklobutrażol, penoxsulam, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, S-metolachlor, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, Trichoderma asperellum ir-razza T34 u Trichoderma atroviride ir-razza I-1237 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 160, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/918/oj).

(25)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 178, 13.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1446/oj).

(26)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 tal-21 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 2-fenilfenol (inklużi l-imlieħ tiegħu bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenoks, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, fluważifop P, lenasil, napropammid, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, spiroksammina, kubrit, tetrakonażol u tri-allat (ĠU L, 2023/2592, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2592/oj).

(27)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).

(28)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/605/oj).

(29)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/844/oj).


ANNESS

1.

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 74, Żiram, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Jannar 2027”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Fenmedifam, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Settembru 2026”;

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemectin, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Mejju 2026”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 124, Pirimikarb, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Ottubru 2026”;

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 127, Tritikonażol, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Jannar 2027”;

(6)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 130, Kiprodinil, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Ottubru 2026”;

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 131, Fosetil, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Ottubru 2026”;

(8)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 133, Diklorprop-P, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Ottubru 2026”;

(9)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 135, Pirimetanil, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Ġunju 2026”;

(10)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 139, Spinosad, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Ottubru 2026”;

(11)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, Formetanat, id-data hija sostitwita bi “fil-30 ta’ Settembru 2026”;

(12)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 204, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Novembru 2026”;

(13)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 206, Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Novembru 2026”;

(14)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 207, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Novembru 2026”;

(15)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 208, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Novembru 2026”;

(16)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 292, Kubrit, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Lulju 2026”.

2.

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Alosulforon - metil, id-data hija sostitwita bi “fil-15 ta’ Novembru 2026”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 50, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Ġunju 2027”;

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 52, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Ġunju 2027”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 53, Pirjofenon, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Ġunju 2027”;

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 58, Benalaksil-M, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Settembru 2027”;

(6)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 61, Pirossulam, id-data hija sostitwita bi “fil-30 ta’ Settembru 2027”;

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 83, Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, id-data hija sostitwita bi “fil-31 ta’ Awwissu 2027”.

3.

Fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 8, Imazamox, id-data hija sostitwita bi “fit-30 ta’ Ġunju 2027”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/99/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)