Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 296, p. 15).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implement azzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.