<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-417/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0417</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:184">EU:C:2012:184</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20120329">29.3.2012</DATE> — KAWŻA C-417/10</P><P>3M ITALIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tassazzjoni diretta</KEYWORD><KEYWORD>Għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż ta’ dritt</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertajiet iggarantiti mit-Trattat</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-417/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20100823">23 ta’ Awwissu 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Entrate</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">3M Italia SpA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Prechal, L. Bay Larsen, C. Toader u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal 3M Italia SpA, minn G. Iannotta, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn H. Walker, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Traversa u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi) u l-Agenzia delle Entrate (Aġenzija tat-taxxi) u 3M Italia SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>3M Italia<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar l-intaxxar tad-dividendi mqassma minn din il-kumpannija għas-snin 1989 sa 1991.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 40/2010 (GURI Nru 71, tas-<DATE ISO="20100326">26 ta’ Marzu 2010</DATE>), li ġie kkonvertit, bl-emendi, fil-Liġi Nru 73/2010 (GURI Nru 120, tal-<DATE ISO="20100505">5 ta’ Mejju 2010</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 40/2010<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Sabiex jiġi limitat it-terminu tal-kawżi fiskali, fid-dawl tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli li għandu jingħata lill-kawżi, skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem[, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)], irrattifikata permezz tal-Liġi Nru 848 tal-<DATE ISO="19550804">4 ta’ Awwissu 1955</DATE>, u fid-dawl b’mod partikolari tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli msemmi fl-Artikolu 6(1) tal-konvenzjoni ċċitata iktar ’il fuq, il-proċeduri fi kwistjonijiet fiskali li jsiru abbażi tar-rikorsi ppreżentati fl-ewwel istanza li, fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi li kkonvertiet id-digriet preżenti, ikun ilhom pendenti iktar minn 10 snin, u li fir-rigward tagħhom l-awtorità tat-taxxa tal-Istat tkun tilfet il-kawża fl-ewwel u fit-tieni istanza, għandhom jiġu konklużi skont il-modalitajiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-proċeduri fi kwistjonijiet fiskali quddiem il-Corte suprema di cassazione jistgħu jiġu konklużi permezz ta’ ħlas ta’ ammont ta’ 5 % tal-valur tal-kawża […] u bl-irtirar konkorrenti ta’ kwalunkwe talba għal kumpens ġust fis-sens tal-Liġi Nru 89 tal-<DATE ISO="20010324">24 ta’ Marzu 2001</DATE>. Il-kontribwent jista’ jressaq talba quddiem is-segretarjat jew ir-reġistru rilevanti fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-liġi ta’ konverżjoni tad-digriet preżenti, flimkien ma’ prova tal-ħlas korrispondenti. Il-proċeduri msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu sospiżi sakemm jiskadi l-limitu ta’ żmien iċċitat iktar ’il fuq u jiġu konklużi bil-ħlas kollu tal-ispejjeż proċedurali. F’ebda każ ma għandu jkun hemm rimbors.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-kumpannija 3M Company, stabbilita fl-Istati Uniti, ittrasferixxiet l-użufrutt tal-azzjonijiet ta’ 3M Italia, li fir-rigward tagħha hija għandha kontroll, lill-kumpannija Shearson Lehman Hutton Special Financing, stabbilita fl-Istati Uniti wkoll. Din tal-aħħar, min-naħa tagħha, ittrasferixxiet dan l-użufrutt lill-kumpannija Olivetti &amp; C., li għandha s-sede tagħha fl-Italja, bid-dritt tal-vot riżervat lill-proprjetarja legali, jiġifieri 3M Company.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara li għamlet spezzjoni, l-awtorità tal-Finanzi Taljana kkunsidrat li t-trasferiment tal-użufrutt lil Olivetti &amp; C. kien fittizju u li d-dividendi li ġew iddistribwiti minn 3M Italia lil din tal-aħħar effettivament ġew irċevuti minn Shearson Lehman Hutton Special Financing, kumpannija mhux residenti fl-Italja. Konsegwentement, hija ddeċidiet li kien xieraq li jiġu applikati għal tali dividendi ir-rata ta’ taxxa ta’ 32.4 % skont il-leġiżlazzjoni Taljana dwar it-taxxa fuq id-dħul minn proprjetà minflok ta’ 10 % u l-kreditu ta’ taxxa korrispondenti applikabbli għall-kontribwenti residenti fl-Italja. Barra minn hekk, l-Awtorità tat-Taxxa kkunsidrat li r-responsabbiltà għall-applikazzjoni skorretta tat-taxxi f’ras il-għajn setgħet tiġi attribwita lil 3M Italia. Konsegwentement, hija talbitha l-ħlas tas-somom ta’ ITL 20089887000 għas-sena 1989, ITL 12960747000 għall-1990 u ITL 9806820000 għall-1991, flimkien ma’ penali u interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>3M Italia ppreżentat appell kontra l-avviżi tat-taxxa korrispondenti quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Caserta (Kummissjoni Provinċjali tat-Taxxa ta’ Caserta), li annullat l-imsemmija avviżi tat-taxxa. Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata b’sentenza tal-Commissione tributaria regionale Campania (Kummissjoni Reġjonali tat-Taxxa ta’ Campania) tal-<DATE ISO="20000714">14 ta’ Lulju 2000</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Ministero dell’Economia e delle Finanze u l-Agenzia delle Entrate appellaw fil-kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, billi sostnew, b’mod partikolari, li t-tranżazzjoni, inkwistjoni, jiġifieri t-trasferiment ta’ użufrutt, kien fir-realtà simulazzjoni bl-iskop li tiġi evitata t-taxxa. F’dan l-istadju tal-proċedura, 3M Italia talbet li tibbenefika mill-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet Nru 40/2010, u għalhekk xtaqet li tiġi konkluża l-proċedura quddiem il-Corte suprema di cassazione.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Madankollu, il-Corte suprema di cassazione tistaqsi dwar il-kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, tqum il-kwistjoni dwar jekk il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, kif stabbilit fis-sentenzi tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" PAGE.ECR="I-1609" YEAR="2006">C-255/02, Ġabra p. I-1609</REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE> Part Service (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-425/06" PAGE.ECR="I-897" YEAR="2008">C-425/06, Ġabra p. I-897</REF.DOC.ECR>), fil-qasam tat-tassazzjoni armonizzata, jistax japplika għal taxxi mhux armonizzati, bħat-taxxi diretti. F’dan ir-rigward, hija tistaqsi, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>jekk jirriżultax interess Komunitarju f’kawżi, bħal dik inkwistjoni, li huma ta’ natura ekonomika transnazzjonali, u li fir-rigward tagħhom ir-rikors għal forom legali li ma jikkorrispondux ma’ tranżazzjonijiet ekonomiċi ġenwini jista’ jitqies li huwa abbuż tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat KE, primarjament il-moviment liberu tal-kapital<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, għandu jiġi eżaminat, skontha, jekk id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni, li tħalli fir-responsabbiltà tal-kontribwent l-obbligu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kważi simboliku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tmurx kontra l-obbligu ta’ repressjoni tal-prattiki abbużivi kif ukoll kontra l-Artikolu 4(3) TUE li jobbliga lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati u jonqsu milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola t-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, barra minn hekk, dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjoni inkwistjoni mal-prinċipji li jirregolaw is-suq uniku, liema dispożizzjoni tinkludi, fil-fehma tagħha, rinunzja kważi sħiħa tal-irkupru tal-kreditu tat-taxxa. Filwaqt li tirreferi għal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>libertajiet u prinċipji fundamentali ggarantiti mit-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> hija tistaqsi, b’mod partikolari, jekk tali dispożizzjoni tistax titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>eżerċizzju xieraq tal-kompetizzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, meta, bħal fil-każ inkwistjoni, it-tnaqqis tat-taxxa jirriżulta minn prattiki abbużivi. Hija tirrileva, barra minn hekk, li din ir-rinunzja għat-taxxa tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>diskriminazzjoni favur impriżi li għandhom is-sede tagħhom fl-Italja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Hemm ukoll lok, skont il-qorti tar-riviju, li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-regoli tat-Trattat FUE dwar l-għajnuna mill-Istat, fid-dawl tal-vantaġġ mogħti mid-dispożizzjoni inkwistjoni lil benefiċjarju tagħha u tan-natura selettiva tagħha. Skont din il-qorti, amnestija fiskali li tikkonsisti f’sempliċi rinunzja għat-taxxa, anki jekk din isseħħ biss matul il-fażi ġudizzjarja, bi skambju għal ħlas ta’ ammont żgħir ħafna, saħansitra trivjali, ma tistax tiġi ġġustifikata min-natura jew mis-sistema ekonomika fiskali inkwistjoni u, bħala prinċipju, għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk tali dispożizzjoni, sa fejn tieħu lill-qorti tal-aħħar istanza l-poter tagħha li teżerċita l-istħarriġ tal-legalità, inkluż l-istħarriġ tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u li tressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari hijiex kuntrarja għall-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi, li l-Corte suprema di cassazione ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju li ma tistax tabbuża mid-dritt fil-qasam fiskali, kif iddefinit fis sentenzi [iċċitati iktar ’il fuq] [...] Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT> […] u […] Part Service […], huwa prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju li japplika biss fil-qasam tat-taxxi armonizzati u fl-oqsma rregolati minn regoli tad-dritt Komunitarju sekondarju, jew jestendi, bħala ipoteżi ta’ abbuż tal-libertajiet fundamentali, għall-qasam tat-taxxi mhux armonizzati, bħat-taxxi diretti, meta l-intaxxar ikopri fatti ekonomiċi transnazzjonali, bħall-akkwist ta’ drittijiet ta’ tgawdija minn kumpannija tal-ishma ta’ kumpannija oħra, li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Indipendentement mir-risposta għad-domanda preċedenti, hemm interess Komunitarju fil-fatt illi l-Istati Membri jipprovdu strumenti xierqa biex jiġġieldu kontra l-evażjoni fiskali fil-qasam tat-taxxi mhux armonizzati; tali interess jipprekludi n-nuqqas ta’ applikazzjoni, fil-kuntest ta’ miżura ta’ amnestija, tal-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt, irrikonoxxut ukoll bħala regola tad-dritt nazzjonali; f’każ bħal dan, hemm ksur tal-prinċipji li jirriżultaw mill Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-prinċipji li jirregolaw is-suq wieħed jinkludu projbizzjoni milli, minbarra l miżuri straordinarji ta’ rinunzja totali għal kreditu fiskali, tiġi stipulata miżura straordinarja li tirregola l-estinzjoni ta’ kawżi fiskali, b’applikazzjoni limitata fiż-żmien u bil-kundizzjoni li titħallas biss parti minima mit-taxxa dovuta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u r-regolamentazzjoni fil-qasam tal għajnuna mill-Istat jostakolaw is-sistema ta’ estinzjoni ta’ kawżi fiskali li dwarha tittratta din il-kawża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ effettività tad-dritt Komunitarju jipprekludi regola ta’ proċedura straordinarja u limitata fiż-żmien, li tneħħi l-istħarriġ tal-legalità (u b’mod partikolari l-istħarriġ tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju) minn idejn il-qorti tal-aħħar istanza, li għandha l-obbligu li tirrinvija domandi preliminari dwar validità u interpretazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat TFUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni, f’kawża bħal dik prinċipali dwar it-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq ta’ proċeduri quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali, permezz tal-ħlas ta’ somma ta’ 5 % tal-valur tal-kawża, meta dawn il-proċeduri jirriżultaw minn rikors li jkun ġie ppreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>3M Italia u l-Gvern Taljan iqisu li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Minħabba l-assenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">dolo</HT> jew ta’ negliġenza definittivament ikkonstatata fil-kuntest tal-kawża prinċipali, l-inapplikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni fil-kawża prinċipali u l-eżistenza ta’ prinċipju kostituzzjonali fid-dritt Taljan ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-ewwel żewġ domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju ma għandhom, skont 3M Italja, ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali u jikkonċernaw sitwazzjoni ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan isostni, min-naħa tiegħu, li d-deċiżjoni ta’ rinviju ma tissodisfax l-obbligu li jiġu pprovduti l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jikkaratterizzaw il-kawża prinċipali sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti interpretazzjoni utli għas-soluzzjoni tagħha. B’mod partikolari, id-deċiżjoni tar-rinviju ma fiha ebda analiżi tal-Artikolu 3(2a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 li tagħti spjegazzjoni tar-raġuni li għaliha din id-dispożizzjoni tinkludi rinunzja għat-taxxa. Hija lanqas ma tindika b’liema mod il-fatti tal-kawża prinċipali għandhom natura transnazzjonali u għandhom jiġu kklassifikati bħala abbuż ta’ dritt. Għalhekk, id-domandi magħmula huma astratti u ipotetiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali tista’ titqies li hija inammissibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew, inkella, meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Bosman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" PAGE.ECR="I-4921" YEAR="1995">C-415/93, Ġabra. p. I-4921</REF.DOC.ECR>, punt 61, kif ukoll tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, Schröder, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-450/09" PAGE.ECR="I-2497" YEAR="2011">C-450/09, Ġabra p. I-2497</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-informazzjoni li għandha tingħata lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ deċiżjoni tar-rinviju, jeħtieġ li din l-informazzjoni ma sservix biss sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposti utli lill-qorti tar-rinviju, iżda għandha wkoll tagħti lill-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-partijiet l-oħra kkonċernati, il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, għal dawn il-finijiet, huwa neċessarju, minn naħa, li l-qorti nazzjonali tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi magħmula minnha jew li, għall-inqas, tispjega s-sitwazzjonijiet fattwali li fuqhom huma bbażati dawn id-domandi. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju għandha tindika r-raġunijiet preċiżi li wasslu lill-qorti nazzjonali titlob l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tqis li huwa neċessarju li tagħmel id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin Internazzjonali, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/07" PAGE.ECR="I-7633" YEAR="2009">C-42/07, Ġabra p. I-7633</REF.DOC.ECR>, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju fiha espożizzjoni tal-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali u tad-dritt nazzjonali rilevanti, jiġifieri l-Artikolu 3(2a)(b), tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010. Hija tindika, barra minn hekk, ir-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni mad-dritt tal-Unjoni u li wassluha tikkunsidra li huwa neċessarju li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Minkejja li l-qorti tar-rinviju, fit-tielet domanda tagħha, li tikkonċerna, b’mod ġenerali, l-interpretazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>prinċipji li jirregolaw is-suq wieħed<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma tispeċifikax il-prinċipji kkonċernati, l-espożizzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju tal-punti ta’ fatti u ta’ liġi kif ukoll tad-dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 mad-dritt tal-Unjoni, hija madankollu, kollha kemm hi, suffiċjenti sabiex tqiegħed lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra f’pożizzjoni li jissottomettu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward u li jipparteċipaw b’mod effikaċi fil-proċeduri, kif juru s-sottomissjonijiet bil-miktub u orali tal-partijiet involuti, u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tipprovdi risposta utli għall-imsemmija qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kwistjoni dwar jekk id-dritt tal-Unjoni huwiex applikabbli għall-kawża prinċipali taqa’ taħt l-eżami tal-mertu tad-domandi magħmula kif irriformulati fil-punt 15 ta’ din is-sentenza. Dawn tal-aħħar jidhru li huma determinanti għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża, peress li hemm involut l-għeluq<?PAGE NO="6"?> tagħha b’deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju, skont id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni. Minn dan isegwi li l-imsemmija domandi għandhom, manifestament, relazzjoni mar-realtà tal-kawża prinċipali u la huma astratti u lanqas huma ta’ natura ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha titqies li hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, minkejja li t-tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, dawn tal-aħħar għandhom madankollu jeżerċitawha b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Glaxo Wellcome, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/08" PAGE.ECR="I-8591" YEAR="2009">C-182/08, Ġabra p. I-8591</REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 jipprovdi l-għeluq, permezz ta’ ħlas ta ammont ekwiparabbli għal 5 % tal-valur tal-kawża u tar-rinunzja għal talba għal kumpens għad-danni minħabba nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli, ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Corte suprema di cassazione fil-qasam fiskali li, mill-preżentata tar-rikors fl-ewwel istanza, it-tul tagħhom ikun jeċċedi l-għaxar snin u li fihom l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sabiex jiġi limitat it-terminu tal-kawżi fiskali, fid-dawl tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli li għandu jingħata lill-kawżi, skont il-[KEDB], u fid-dawl b’mod partikolari tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli msemmi fl-Artikolu 6(1) [tagħha]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li l-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010, li l-qorti tar-rinviju tinterpreta bħala rinunzja għat-taxxa, huwa intiż, skont il-kliem tiegħu stess, li jnaqqas it-tul tal-proċeduri fiskali sabiex jiġi osservat il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli mħaddan mill-KEDB u sabiex jintemm il-ksur tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-proċess jirriżulta li l-fatti tal-kawża prinċipali jmorru lura iktar minn 20 sena.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-provi li għandu jiġi eżaminat jekk ir-regoli u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni mqajma fid-deċiżjoni tar-rinviju, jipprekludux l-applikazzjoni, f’kawża bħal dik prinċipali, ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u tal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li fil-kawża prinċipali, ma hemmx inkwistjoni fejn kontribwenti jinvokaw, jew jistgħu jinvokaw b’mod frawdolenti jew abbużiv dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, is-sentenzi Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kif ukoll Part Service, mogħtija fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tirreferi għalihom il-qorti tar-rinviju filwaqt li tistaqsi jekk il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt imħaddan minn dawn is-sentenzi huwiex estiż għall-qasam ta’ tassazzjoni mhux armonizzata, ma humiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi nnutat li lanqas mill-proċess ma jirriżulta li fil-kawża prinċipali ġew diskussi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tinkludi restrizzjoni għal waħda mil-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE kif ukoll il-ġustifikazzjoni possibbli għal tali restrizzjoni minħabba n-neċessità ta’ prevenzjoni tal-prattiki abbużivi. Konsegwentement, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-abbuż ta’ dritt fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, li tirriżulta, b’mod partikolari mis-sentenzi tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" PAGE.ECR="I-7995" YEAR="2006">C-196/04, Ġabra p. I-7995</REF.DOC.ECR>), tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04, Ġabra p. I-2107</REF.DOC.ECR>) tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>, u Jobra (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-330/07" PAGE.ECR="I-9099" YEAR="2008">C-330/07, Ġabra p. I-9099</REF.DOC.ECR>) u Glaxo Wellcome, iċċitata iktar ’il fuq, lanqas ma hija rilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett u fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li fid-dritt tal-Unjoni ma hemm ebda prinċipju ġenerali li minnu jirriżulta obbligu għall-Istati Membri li jissieltu kontra prattiki abbużivi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali meta t-tranżazzjoni taxxabbli tirriżulta minn tali prattiki u ma hemmx inkwistjoni d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u l-Artikolu 4(3) TUE, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u għandhom jonqsu minn kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola t-twettiq tal għanijiet tal-Unjoni, ma jipprekludux, fil-prinċipju, l-applikazzjoni, f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-libertajiet iggarantiti mit-TFUE u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, għandu jiġi osservat li jidher li huwa biss il-moviment liberu tal-kapital li huwa involut fit-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li din tikkonċerna trasferiment minn kumpannija ta’ Stat terz tal-użufrutt tal-azzjonijiet ta’ kumpannija Taljana favur kumpannija oħra Taljana. Għalhekk, f’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li minn ebda prova mill-proċess ma jirriżulta li, f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, dispożizzjoni bħall-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 taffettwa l-moviment liberu tal-kapital u lanqas, barra minn hekk, b’mod ġenerali, l-eżerċizzju ta’ kwalunkwe waħda mil-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li dawn il-libertajiet huma l-espressjoni speċifika, fil-qasam rispettiv tagħhom, tal-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE>, Attanasio Group, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-384/08" PAGE.ECR="I-2055" YEAR="2010">C-384/08, Ġabra p. I-2055</REF.DOC.ECR>, punt 31), dan il-prinċipju lanqas ma jipprekludi l-applikazzjoni, f’każ li jinvolvi t-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tielet nett, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li l-għan mixtieq mill-interventi tal-Istat ma huwiex biżżejjed sabiex dawn ma jiġux ikklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. Fil-fatt, dan l-artikolu ma jagħmilx distinzjoni skont il-kawżi jew l-għanijiet tal-interventi tal-Istat, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom (ara sentenza tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-487/06 P" PAGE.ECR="I-10515" YEAR="2008">C-487/06 P, Ġabra p. I-10515</REF.DOC.ECR>, punti 84 u 85 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat teħtieġ li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti. L-ewwel nett, għandu jkun hemm inkwistjoni intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun ta’ natura li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, l-intervent għandu jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu. Ir-raba’ nett, dan għandu jwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tal-<DATE ISO="20100610">10 ta’Ġunju 2010</DATE>, Fallimento Traghetti del Mediterraneo, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-140/09" PAGE.ECR="I-5243" YEAR="2010">C-140/09, Ġabra p. I-5243</REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni, għandu jitfakkar li miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi trattament fiskali favorevoli li, għalkemm ma jinkludix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, iqiegħed lill-benefiċjarji f’sitwazzjoni finanzjarja iktar favorevoli minn kontribwenti oħra, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara sentenza tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/02" PAGE.ECR="I-10901" YEAR="2005">C-66/02, Ġabra p. I-10901</REF.DOC.ECR>, punt 78).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, vantaġġi li jirriżultaw minn miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi kollha ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ dan l-artikolu (ara sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 99).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk miżura għandhiex natura selettiva, għandu jiġi eżaminat jekk, fil-kuntest ta’ ordinament ġuridiku partikolari, din il-miżura tikkostitwixxix vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili. Madanakollu, il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat ma jkoprix il-miżuri li jintroduċu differenzazzjoni bejn impriżi u, għaldaqstant, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> selettivi, meta din id-differenzazzjoni tirriżulta min-natura jew mill-istruttura tas-sistema li jagħmlu parti minnha (ara sentenza British Aggregates vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 82 u 83 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jekk jitqies li l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 tista’ tirriżulta, f’sitwazzjoni partikolari, f’vantaġġ għall-benefiċjarju ta’ din dispożizzjoni, għandu jiġi rrilevat, fir-rigward tan-natura selettiva tal-miżura, li din hija ġeneralment applikabbli għall-kontribwenti kollha li huma partijiet fi proċedura pendenti fil-qasam fiskali quddiem il-Corte suprema di cassazione, tkun xi tkun in-natura tat-taxxa inkwistjoni, peress li din il-proċedura nbdiet b’rikors ippreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-fatt li l-kontribwenti biss li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva. Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li l-persuni li ma għandhomx tali dritt ma jinsabux f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili għal dik ta’ dawk il-kontribwenti fir-rigward tal-għan mixtieq mil-leġiżlatur nazzjonali, li huwa li jiġi żgurat il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Huwa minnu li din il-miżura għandha applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> limitata peress li, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minnha, il-persuni taxxabbli għandhom jippreżentaw rikors fis-segretarjat jew fir-reġistru tal-qorti kompetenti fi żmien 90 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi ta’ konverżjoni tal-imsemmi digriet. Madankollu, min-naħa waħda, din il-limitazzjoni hija inerenti għal dawn it-tip ta’ miżuri, li jistgħu biss ikunu tempestivi, u, min-naħa l-oħra, dan it-terminu jidher li huwa suffiċjenti sabiex jippermetti lill-kontribwenti kollha li għalihom tapplika din il-miżura b’mod ġenerali u tempestiv jitolbu li jibbenefikaw minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra msemmija fil-punt 37 tas-sentenza preżenti, li miżura bħal dik prevista fl-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-aħħar lok, fir-rigward tal-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma jipprekludux l-applikazzjoni, f’kawża li tinvolvi t-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 3(2a)(b) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-assenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, ma jistax jiġi kkunsidrat li tali dispożizzjoni, sa fejn għandha l-effett, bħal kull dispożizzjoni oħra li tipprovdi l-estinzjoni tal-proċeduri qabel l-intervent ta’ deċiżjoni fuq il-mertu, li tipprekludi lill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza milli teżerċita l-istħarriġ tal-legalità tagħha fil-proċeduri kkonċernati skont id-dritt tal-Unjoni, wara li, skont il-każ, tkun ressqet proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, tmur kontra l-obbligu tal-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza li jiżguraw, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħhom, applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali dwar it-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem<?PAGE NO="9"?> il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali, permezz ta’ ħlas ta’ somma ta’ 5 % tal-valur tal-kawża, meta dawn il-proċeduri jirriżultaw minn rikors li jkun ġie ppreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali dwar it-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali, permezz ta’ ħlas ta’ somma ekwiparabbli għal 5 % tal-valur tal-kawża, meta dawn il-proċeduri jirriżultaw minn rikors li jkun ġie ppreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>