|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1192 |
23.2.2024 |
P9_TA(2023)0332
Il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (COM(2022)0489 – C9-0321/2022 – 2022/0298(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/1192)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0489), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2), il-punt (b), flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0321/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Marzu 2023 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Lulju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0160/2023), |
1.
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2.
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
P9_TC1-COD(2022)0298
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Ottubru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/2668.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1192/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)