<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-179/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0179</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:111">EU:C:2019:111</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190213">13.2.2019</DATE> – Kawża C‑179/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Rohart</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20190213">13 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet għall-pensjoni taħt l-iskema nazzjonali tal-pensjoni għall-ħaddiema impjegati</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq minn uffiċjal tal-Unjoni Ewropea wara d-dħul fil-kariga tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑179/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-arbeidsrechtbank Gent (it-Tribunal Industrijali ta’ Gent, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ronny Rohart</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Federale Pensioendienst,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tal-Awla, E. Juhász u I. Jarukaitis (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J.-C. Halleux, C. Van Lul u C. Pochet, bħala aġenti, assistiti minn C. Vandenberghe, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Mongin u S. Noë, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-<DATE ISO="19680229">29 ta’ Frar 1968</DATE> li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, u li jistabbilixxi miżuri partikolari applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="056" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1968">ĠU 1968, L 56, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-<DATE ISO="20040322">22 ta’ Marzu 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 248, p. 26</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 130, p. 24</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="342" PAGE.FIRST="48" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 342, p. 48</REF.DOC.OJ>, u fil- <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="289" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 289, p. 21</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Ronny Rohart u l-Federale Pensioendienst (id-Dipartiment Federali tal-Pensjonijiet, il-Belġju) dwar ir-rifjut ta’ dan l-organu li jieħu inkunsiderazzjoni l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq mill-individwu kkonċernat għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu bħala ħaddiem impjegat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Uffiċjal mgħajjat għal servizz militari jew għal taħriġ ta’ riservi jew mgħajjat mill-ġdid biex iservi fil-forzi armati għandu jkun assenjat l-istat speċjali ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>leave għal servizz militari<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>.</ALINEA><ALINEA>Uffiċjal mgħajjat għal servizz militari għandu jieqaf jirċievi r-remunerazzjoni tiegħu iżda għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-avvanzament għal skala ogħla u promozzjoni taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. Huwa għandu wkoll iżomm id-dritt tiegħu li jgawdi minn pensjoni ta’ l-irtirar jekk, wara li jlesti s-servizz militari tiegħu, iħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu b’lura.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), fis-seħħ meta R. Rohart ħareġ bil-pensjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>persuna msejħa għas-servizz jew li terġa tissejjaħ għas-servizz fil-forzi armati, jew għas-servizz ċivili, ta’ Stat Membru tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat. Jekk l-intitolament taħt dik il-leġislazzjoni jkun suġġett għall-kompliment ta’ perjodi ta’ assikurazzjoni qabel id-dħul jew wara li jispiċċa minn tali servizz militari jew ċivili, il-perjodi ta’ assikurazzjoni kompluti taħt il-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jittieħdu inkonsiderazzjoni, sa fejn hu meħtieġ, bħallikieku kienu perjodi ta’ assikurazzjoni kompluta taħt il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel Stat. Il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha msejħa jew imsejħa mill-ġdid għas-servizz fil-forzi armati jew għas-servizz ċivili żżomm l-Istatus ta’ impjegata jew li taħdem għal rasha;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punt F tal-Artikolu 34(1) tal-Koninklijk besluit tot vaststelling van het algemeen reglement betreffende het rust- en overlevingspensioen voor werknemers (id-Digriet Irjali li jadotta Regolament Ġenerali dwar l-Iskema tal-Pensjoni tal-Irtirar u tas-Superstiti għall-Ħaddiema Impjegati), tal-<DATE ISO="19671221">21 ta’ Diċembru 1967</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, <DATE ISO="19680116">16 ta’ Jannar 1968</DATE>, p. 441), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Digriet Irjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprevedi li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, il-perijodi obbligatorji ta’ servizz militari fl-armata Belġjana għandhom jiġu assimilati ma’ perijodi ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-punt 3 tal-Artikolu 34(2) tad-Digriet Irjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-perijodi msemmija fil-punt F tal-paragrafu 1 […] jistgħu jiġu assimilati biss jekk l-individwu kkonċernat ikun okkupat bħala ħaddiem fil-mument li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għal assimilazzjoni jew jekk ikun diġà jinsab f’perijodu ta’ inattività assimilat ma’ perijodu ta’ attività.</ALINEA><ALINEA>Fir-rigward tal-perijodi previsti [fil-punt F] tal-paragrafu 1, l-assimilazzjoni għandha titwettaq ukoll meta l-individwu kkonċernat kellu l-kwalità ta’ ħaddiem fit-tliet snin wara t-tmiem ta’ dawn il-perijodi u baqa’ okkupat f’din il-kwalità, abitwalment u b’mod prinċipali, għal minn tal-inqas sena.</ALINEA><ALINEA>Meta l-pensjoni tibda tiddekorri effettivament u għall-ewwel darba sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="19840101">1 ta’ Jannar 1984</DATE>, il-perijodi previsti fil-punt F tal-paragrafu 1 […] jistgħu jiġu assimilati biss jekk fir-rigward ta’ dawn il-perijodi l-individwu kkonċernat ma jibbenefika minn ebda pensjoni bis-saħħa ta’ skema ta’ pensjoni oħra tal-irtirar u tas-superstiti, bl-esklużjoni tal-iskema għall-persuni li jaħdmu għal rashom.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>R. Rohart ħadem fil-Belġju bħala ħaddiem impjegat mill-<DATE ISO="19701001">1 ta’ Ottubru 1970</DATE> sal-<DATE ISO="19730815">15 ta’ Awwissu 1973</DATE>. Fis-<DATE ISO="19730816">16 ta’ Awwissu 1973</DATE>, huwa daħal fil-kariga ta’ uffiċjal mal-Kummissjoni Ewropea fejn ħadem sal-irtirar tiegħu fl-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>, b’interruzzjoni ta’ sena, jiġifieri mill-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE> sat-<DATE ISO="19750630">30 ta’ Ġunju 1975</DATE>, li matulha wettaq is-servizz militari obbligatorju tiegħu fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>R. Rohart, li jirċievi pensjoni mill-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea, ingħata wkoll pensjoni mill-iskema Belġjana tal-pensjoni għall-ħaddiema impjegati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojciechowski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑408/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:591">EU:C:2015:591</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni ta’ R. Rohart ġie kkalkolat mill-ġdid, fuq talba tiegħu, mid-Dipartiment Federali tal-Pensjonijiet, li stabbilixxa dawn id-drittijiet permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20170524">24 ta’ Mejju 2017</DATE>, mingħajr madankollu ma ħa inkunsiderazzjoni l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju. It-talba tal-individwu kkonċernat sabiex dan il-perijodu jittieħed inkunsiderazzjoni ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE> għar-raġuni li ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet għal assimilazzjoni ddefiniti fl-Artikolu 34 tad-Digriet Irjali, u dan għaliex ma kienx ħaddiem fis-sens ta’ dan id-digriet fil-mument tas-servizz militari tiegħu u lanqas ma kien ħaddiem matul it-tliet snin ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Adita b’rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq minn R. Rohart la ttieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni tiegħu taħt l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni u lanqas ma ttieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni tiegħu taħt l-iskema Belġjana, sa fejn l-individwu kkonċernat ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet għal<?PAGE NO="4"?> assimilazzjoni taħt l-Artikolu 34 tad-Digriet Irjali. Għalhekk, skont il-qorti tar-rinviju, tqum il-kwistjoni ta’ jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex kuntrarji għar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll għall-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kawża prinċipali tqajjem kwistjoni komparabbli għal dawk eżaminati fis-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>My</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:821">EU:C:2004:821</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojciechowski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑408/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:591">EU:C:2015:591</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Hija tosserva li l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq minn R. Rohart kien jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni tiegħu li kieku kien kompla l-karriera tiegħu fil-Belġju bħala ħaddiem impjegat, bħala uffiċjal jew bħala persuna li taħdem għal rasha, u li dan il-perijodu kien jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll li kieku kompla l-karriera tiegħu fi Stat Membru ieħor, konformement mal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71, b’tali mod li jinsab żvantaġġat minħabba li kien uffiċjal tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-arbeidsrechtbank Gent (it-Tribunal Industrijali ta’ Gent, il-Belġju) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni legali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, flimkien mar-Regolamenti tal-Persunal […], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma tippermettix, fil-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem abbażi tal-prestazzjonijiet tiegħu fi Stat Membru, li jittieħed inkunsiderazzjoni s-servizz militari mwettaq minn dan il-ħaddiem f’dan l-Istat Membru, peress li matul l-imsemmi servizz militari u sussegwentement, huwa kien, b’mod interrott, uffiċjal tal-[Unjoni], u għalhekk ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, meta jiġu ddeterminati d-drittijiet għall-pensjoni ta’ ħaddiem li okkupa impjieg bħala ħaddiem impjegat f’dan l-Istat Membru qabel ma sar uffiċjal tal-Unjoni u li wettaq, wara li sar uffiċjal tal-Unjoni, is-servizz militari obbligatorju tiegħu f’dan l-Istat Membru, dan il-ħaddiem għandu jiġi mċaħħad mill-benefiċċju tal-assimilazzjoni tal-perijodu li matulu serva fil-forzi armati ma’ perijodu ta’ xogħol effettiv bħala ħaddiem impjegat, benefiċċju li kien ikun intitolat għalih li kieku kien jeżerċita, fil-mument li fih issejjaħ sabiex iwettaq dan is-servizz jew matul minn tal-inqas sena matul it-tliet snin wara li lesta s-servizz militari obbligatorju tiegħu, impjieg kopert mill-iskema tal-pensjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni ma jippreġudikax il-kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom u li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom jingħataw il-benefiċċji fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Madankollu, jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni, li jinkludi l-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojciechowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑408/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:591">EU:C:2015:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat li r-Regolamenti tal-Persunal ġew adottati permezz ta’ regolament tal-Kunsill, f’dan il-każ ir-Regolament Nru 259/68, li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, għandu portata ġenerali, jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha u li minn dan jirriżulta li, minbarra l-effetti tagħhom fl-ordinament intern tal-amministrazzjoni tal-Unjoni, ir-Regolamenti tal-Persunal jorbtu wkoll lill-Istati Membri kull fejn<?PAGE NO="5"?> il-kooperazzjoni tagħhom tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojciechowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑408/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:591">EU:C:2015:591</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 49 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>My</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:821">EU:C:2004:821</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 10 KE – li issa jinsab espress fl-Artikolu 4(3) TUE –, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jittieħdu inkunsiderazzjoni snin ta’ xogħol li ċittadin tal-Unjoni jkun wettaq fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni għall-finijiet tal-intitolament għal dritt għal pensjoni tal-irtirar antiċipat taħt l-iskema nazzjonali. Fil-punt 34 tad-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100709">9 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ricci u Pisaneschi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/09</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:420">EU:C:2010:420</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li dan jgħodd ukoll fir-rigward tal-intitolament għal dritt għal pensjoni tal-irtirar ordinarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, fil-punti 45 sa 48 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>My</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:821">EU:C:2004:821</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll fil-punti 29 sa 33 tad-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100709">9 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ricci u Pisaneschi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/09</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:420">EU:C:2010:420</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-leġiżlazzjonijiet li kienu inkwistjoni fil-kawżi li taw lok għal din is-sentenza u għal dan id-digriet setgħu jagħmlu iktar diffiċli r-reklutaġġ, mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, ta’ uffiċjali nazzjonali li jkollhom ċerta anzjanità. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li dawn il-leġiżlazzjonijiet setgħu jiskoraġġixxu l-eżerċizzju ta’ attività professjonali fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni sa fejn, meta jaċċetta impjieg ma’ waħda jew wieħed minnhom, ħaddiem li qabel kien affiljat ma’ skema tal-pensjoni nazzjonali seta’ jitlef il-possibbiltà li jibbenefika, taħt din l-iskema, minn benefiċċju tax-xjuħija li kien ikun intitolat għalih li kieku ma aċċettax dan l-impjieg. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li tali konsegwenzi ma setgħux jiġu ammessi fid-dawl tad-dmir ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza leali li għandhom l-Istati Membri fil-konfront tal-Unjoni u li huwa espress fl-obbligu, li qabel kien previst fl-Artikolu 10 KE u li issa jinsab fl-Artikolu 4(3) TUE, li jgħinu lill-Unjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojciechowski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑408/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:591">EU:C:2015:591</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-pensjoni tal-irtirar li tkun dovuta lil ħaddiem fir-rigward tal-prestazzjonijiet imwettqa bħala ħaddiem impjegat f’dan l-Istat Membru ser tkun imnaqqsa jew irrifjutata minħabba l-karriera li huwa eżerċita sussegwentement fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni, filwaqt li osservat b’mod partikolari, fil-punt 43 ta’ dik is-sentenza, li tali leġiżlazzjoni kienet ukoll ta’ natura li tagħmel iktar diffiċli mhux biss ir-reklutaġġ, minn dawn l-istituzzjonijiet, ta’ uffiċjali nazzjonali li jkollhom ċerta anzjanità, iżda wkoll iż-żamma fis-servizz ta’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ uffiċjali b’esperjenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidher li hija wkoll ta’ natura li tagħmel iktar diffiċli r-reklutaġġ ta’ uffiċjali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li għandha l-effett li ċċaħħad lill-ħaddiem li wettaq is-servizz militari obbligatorju tiegħu f’dan l-Istat Membru meta kien uffiċjal tal-Unjoni mill-benefiċċju tal-assimilazzjoni tal-perijodu li matulu serva fil-forzi armati ma’ perijodu ta’ xogħol effettiv, benefiċċju li kien ikun intitolat għalih li kieku kien jeżerċita, fil-mument li fih issejjaħ sabiex iwettaq dan is-servizz jew matul it-tliet snin li lesta s-servizz militari obbligatorju tiegħu, impjieg kopert minn skema tal-pensjoni tal-imsemmi Stat Membru jew, konformement mal-Artikolu 13(2)(e) tar-Regolament Nru 1408/71, impjieg fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni tista’ tiddiswadi lil ħaddiem li jokkupa impjieg kopert minn skema tal-pensjoni tal-Istat Membru kkonċernat milli jsir uffiċjal tal-Unjoni qabel iwettaq is-servizz militari obbligatorju tiegħu jew matul it-tliet snin wara dan is-servizz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>In-natura dissważiva ta’ tali leġiżlazzjoni tista’, barra minn hekk, tissaħħaħ meta l-iskema tal-pensjoni nazzjonali teżiġi numru minimu ta’ snin ta’ attività sabiex wieħed jibbenefika minn pensjoni, b’tali mod li n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu tas-servizz militari obbligatorju bħala perijodu ta’ xogħol effettiv jista’ f’ċerti każijiet iwassal mhux biss għal tnaqqis fl-ammont tal-pensjoni iżda wkoll għall-assenza ta’ dritt għall-pensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Tali konsegwenzi ma jistgħux jiġu ammessi fid-dawl tad-dmir ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza leali li għandhom l-Istati Membri fil-konfront tal-Unjoni u li jinsab espress fl-obbligu previst fl-Artikolu 4(3) TUE li jgħinu lill-Unjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, ma jistax jintlaqa’ l-argument imressaq mill-Gvern Belġjan sabiex jiġġustifika r-rifjut li jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq minn R. Rohart u bbażat fuq il-fatt li dan ma ħallasx kontribuzzjonijiet matul dan il-perijodu lill-iskema tal-pensjoni nazzjonali, peress li dan ikun il-każ ukoll fir-rigward tal-ħaddiema li qabel jew wara t-twettiq tas-servizz militari obbligatorju tagħhom ikunu eżerċitaw impjieg kopert minn din l-iskema jew impjieg fi Stat Membru ieħor, li huma intitolati għall-benefiċċju tal-assimilazzjoni prevista fl-Artikolu 34 tad-Digriet Irjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dan il-gvern lanqas ma jista’ jinvoka l-fatt li R. Rohart seta’, b’applikazzjoni tal-Artikolu 42 tar-Regolamenti tal-Persunal, jagħmel ħlasijiet retroattivi lill-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni sabiex dan il-perijodu jittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-irtirar tiegħu taħt din l-iskema. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tipprevedi sempliċi possibbiltà, li kull uffiċjal ikkonċernat huwa liberu li jeżerċita jew le, li jikkontribwixxi volontarjament għall-imsemmija skema. Għaldaqstant, mill-fatt li din il-possibbiltà ma tiġix eżerċitata ma jistax jirriżulta telf ta’ drittijiet taħt l-iskema tal-pensjoni nazzjonali, għaliex inkella din il-kontribuzzjoni titlef in-natura volontarja u fakultattiva tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojciechowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑408/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:591">EU:C:2015:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, meta jiġu ddeterminati d-drittijiet għall-pensjoni ta’ ħaddiem li okkupa impjieg bħala ħaddiem impjegat f’dan l-Istat Membru qabel ma sar uffiċjal tal-Unjoni u li wettaq, wara li sar uffiċjal tal-Unjoni, is-servizz militari obbligatorju tiegħu f’dan l-Istat Membru, dan il-ħaddiem għandu jiġi mċaħħad mill-benefiċċju tal-assimilazzjoni tal-perijodu li matulu serva fil-forzi armati ma’ perijodu ta’ xogħol effettiv bħala ħaddiem impjegat, benefiċċju li kien ikun intitolat għalih li kieku kien jeżerċita, fil-mument li fih issejjaħ sabiex iwettaq dan is-servizz jew matul minn tal-inqas sena matul it-tliet snin wara li lesta s-servizz militari obbligatorju tiegħu, impjieg kopert mill-iskema tal-pensjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-<DATE ISO="19680229">29 ta’ Frar 1968</DATE> li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, u<?PAGE NO="7"?> li jistabbilixxi miżuri partikolari applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-<DATE ISO="20040322">22 ta’ Marzu 2004</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, meta jiġu ddeterminati d-drittijiet għall-pensjoni ta’ ħaddiem li okkupa impjieg bħala ħaddiem impjegat f’dan l-Istat Membru qabel ma sar uffiċjal tal-Unjoni Ewropea u li wettaq, wara li sar uffiċjal tal-Unjoni, is-servizz militari obbligatorju tiegħu f’dan l-Istat Membru, dan il-ħaddiem għandu jiġi mċaħħad mill-benefiċċju tal-assimilazzjoni tal-perijodu li matulu serva fil-forzi armati ma’ perijodu ta’ xogħol effettiv bħala ħaddiem impjegat, benefiċċju li kien ikun intitolat għalih li kieku kien jeżerċita, fil-mument li fih issejjaħ sabiex iwettaq dan is-servizz jew matul minn tal-inqas sena matul it-tliet snin wara li lesta s-servizz militari obbligatorju tiegħu, impjieg kopert mill-iskema tal-pensjoni nazzjonali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>