|
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/84 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta’ ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom”
COM(2011) 484 finali — 2011/0212 (COD)
2012/C 24/19
Relatur Ġenerali: is-Sur SMYTH
Nhar is-6 ta’ Settembru u d-29 ta’ Settembru 2011 rispettivament, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta’ ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom
COM(2011) 484 finali – 2011/0212 (COD).
Nhar l-20 ta’ Settembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tiegħu dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-475 Sessjoni Plenarja tiegħu tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2011 (seduta tas-27 ta’ Ottubru) li jaħtar lis-Sur SMYTH bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’ 91 voti favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li jiġi emendat ir-Regolament 1198/2006 sabiex il-pagamenti għall-pajjiżi milquta mill-kriżi u li qed jirċievu l-għajnuna finanzjarja mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) jew mill-mekkaniżmu tal-Bilanċ tal-Pagamenti (BOP) jiżdiedu bl-applikazzjoni ta’ 10 punti perċentwali supplimentari tar-rati ta’ kofinanzjament applikabbli għall-assi prijoritarju matul il-perjodu meta ser ikunu qed jibbenefikaw minn dawn il-mekkaniżmi ta’ appoġġ, iżda mingħajr ma tiġi miżjuda l-allokazzjoni totali tagħhom taħt il-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. |
|
1.2 |
Il-KESE japprova l-proposta. |
2. Raġuni
|
2.1 |
Skont il-proposta tal-Kummissjoni, attwalment sitt pajjiżi li jaqgħu taħt il-mekkaniżmi EFSM u BOP ser ikunu meħtieġa jikkontribwixxu anqas għal proġetti li jikkofinanzjaw fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. B'hekk ser ikollhom isibu anqas finanzjament komplementari nazzjonali, u dan, fi żmien meta l-baġits nazzjonali tagħhom jinsabu taħt pressjoni konsiderevoli, ser jikkontribwixxi sew sabiex dawn l-ekonomiji f'diffikultà jerġgħu lura fuq saqajhom. |
|
2.2 |
Il-Kumitat jaqbel li huwa essenzjali li tingħata spinta 'l quddiem lill-prosperità u l-kompetittività fl-Istati Membri l-aktar milqutin mill-kriżi, u għalhekk jappoġġja l-proposta hawn fuq imsemmija. |
Brussell, 27 ta’ Ottubru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON