<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-522/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0522</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:87">EU:C:2022:87</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20220210">10.2.2022</DATE> – Kawża C‑522/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">OE (Residenza abitwali ta’ konjuġi – Kriterju ta’ nazzjonalità)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20220210">10 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ talba għal divorzju</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 18 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Il-ħames u s-sitt inċiż tal-Article 3(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Differenza bejn it-tul ta’ perijodi ta’ residenza mitluba sabiex tiġi ddeterminata l-qorti li għandha ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Distinzjoni bejn resident ċittadin tal-Istat Membru tal-qorti adita u resident mhux ċittadin tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni minħabba n‑nazzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑522/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, L-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20200929">29 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20201019">19 ta’ Ottubru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">OE</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">VY,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tat-Tieni Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, M. J. Passer, F. Biltgen, L. S. Rossi (Relatriċi) u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn M. Balta u T. Haas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wasmeier u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-validità tas-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 82, p. 63</REF.DOC.OJ>) u dwar il-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw minn eventwali invalidità ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn OE u l-konjuġi tiegħu VY dwar talba għax-xoljiment taż-żwieġ tagħhom imressqa quddiem il-qrati Awstrijaċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 209), li tħassar, fl-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, bir-Regolament Nru 2201/2003:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Il-bażijiet [kriterji] ta’ ġurisdizzjoni aċċettati f’dan ir-Regolament huma msejsa fuq ir-regola li għandu jkun hemm rabta vera bejn il-parti konċernata u l-Istat Membru li jeżerċita l-ġurisdizzjoni; id-deċiżjoni li tinkludi ċerti raġunijiet tikkorrespondi mal-fatt li dawn jeżistu f’sistemi legali nazzjonali differenti u li huma aċċettati mill-Istati Membri l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 1 tar-Regolament Nru 2201/2003:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>il-Komunitajiet Ewropej iffissaw l-oġġettiv li joħolqu żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu tal-persuni huwa assigurat. Għal din il-għan, il-Komunità għandha taddotta, fost affarijiet oħra, miżuri fl-oqsma ta’ koperazzjoni ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili li huma neċessarji għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-ġurisdizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa’ taħt il-kompetenza ta’ l-qrati ta’ l-Istat Membru</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>f’liema territorju:</TXT><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-konjuġi huma abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-konjuġi kienu joqgħodu hemm l-aħħar, peress illi xi ħadd minnhom għadu/għadha residenti hemm, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-konvenut huwa abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ ta’ applikazzjoni konġunta, wieħed jew waħda mill-konjuġi huwa abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu joqgħodu hemm mill-inqas sena mmedjatament qabel ma’ saret l-applikazzjoni, jew</P></ITEM><ITEM><P>L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu residenti hemm mill-inqas sitt xhur immedjatament qabel saret l-applikazzjoni u jekk wieħed jew waħda minnhom huwa ċittadin ta’ l-Istat Membru in kwistjoni jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> hemmhekk;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dwar in-nazzjonalità taż-żewġ konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> taż-żewġ konjuġi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għar-raġunijiet ta’ kompetenza ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> se jkollu l-istess tifsira kif għandu taħt is-sistemi legali tar-Renju Unit u l-Irlanda.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>In-natura esklussiva ta’ l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 3, 4 u 5<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-konjuġi li:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huwa/hija abitwalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huwa/hija ċittadin ta’ Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> fit-territorju f’wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>jista’ jiġi mħarrek/imħarrka fi Stat Membru ieħor skond l-Artikoli 3, 4 u 5 biss.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, OE, ċittadin Taljan, u VY, ċittadina Ġermaniża, iżżewġu f’Dublin (l-Irlanda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, OE telaq mir-residenza abitwali komuni tal-koppja, li tinsab fl-Irlanda, f’Mejju 2018 u ilu jgħix l-Awstrija mix-xahar ta’ Awwissu 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>, jiġifieri perijodu ta’ residenza ta’ iktar minn sitt xhur fl-Awstrija, OE ressaq, quddiem il-Bezirksgericht Döbling (il-Qorti Distrettwali ta’ Döbling, l-Awstrija), talba għax-xoljiment taż-żwieġ tiegħu ma’ VY.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>OE jsostni li ċittadin ta’ Stat Membru li ma huwiex l-Istat tal-<HT TYPE="ITALIC">forum</HT> għandu d-dritt jinvoka, abbażi tal-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, wara li jkun irrisjeda biss sitt xhur fit-territorju ta’ dan l-Istat tal-aħħar, immedjatament qabel it-tressiq tat-talba tiegħu għal divorzju, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-imsemmi Stat tal-aħħar skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, li jwassal sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-ħames inċiż ta’ din id-dispożizzjoni, li teħtieġ tul ta’ residenza ta’ mill-inqas sena immedjatament qabel ma titressaq din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20200420">20 ta’ April 2020</DATE>, il-Bezirksgericht Döbling (il-Qorti Distrettwali ta’ Döbling) ċaħdet it-talba ta’ OE, peress li qieset li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tagħha. Skont din il-qorti, id-distinzjoni magħmula abbażi tan-nazzjonalità fil-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandha l-għan li tevita li rikorrent jikseb, permezz ta’ manuvri, ir-rikonoxximent tal-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Adita b’appell, il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (il-Qorti Reġjonali għal Kwistjonijiet Ċivili ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ digriet tad-<DATE ISO="20200629">29 ta’ Ġunju 2020</DATE>, ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Bezirksgericht Döbling (il-Qorti Distrettwali ta’ Döbling).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>OE ppreżenta appell għal reviżjoni minn dan id-digriet quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li d-distinzjoni, stabbilita fil-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, skont it-tul ta’ residenza effettiva tal-persuna kkonċernata, hija bbażata biss fuq il-kriterju tan-nazzjonalità. Filwaqt li tfakkar li jeżistu persuni li twieldu u li kibru fi Stat Membru mingħajr ma kellhom in-nazzjonalità tiegħu, il-qorti tar-rinviju tqis li dan il-kriterju ma jurix differenza suffiċjentement rilevanti għal dak li jirrigwarda l-integrazzjoni tal-persuna kkonċernata u tar-relazzjoni ta’ prossimità tagħha mal-Istat Membru kkonċernat. Konsegwentement, hija għandha dubji għal dak li jikkonċerna l-kompatibbiltà tad-differenza fit-trattament li tirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2201/2003 mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ li din id-differenza fit-trattament tmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-konsegwenzi ġuridiċi li għandhom jinsiltu f’kawża bħall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1)</NO.P><TXT>Is-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament [Nru 2201/2003] imur kontra l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-Artikolu 18 TFUE sa fejn jipprevedi, bħala kundizzjoni meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat ta’ residenza, perijodu ta’ residenza tal-applikant li, skont in-nazzjonalità tal-applikant, huwa iqsar minn dak previst fil-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</TXT><?PAGE NO="5"?><P>Tali ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni jwassal sabiex, skont ir-regola ta’ bażi stabbilita fil-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jkun meħtieġ, fir-rigward tal-applikanti kollha irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, perijodu ta’ residenza ta’ tnax-il xahar sabiex tkun tista’ tiġi invokata l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat ta’ residenza, jew għandha tiġi applikata, fir-rigward tal-applikanti kollha, il-kundizzjoni ta’ perijodu ta’ residenza ta’ sitt xhur?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE, jipprekludix li l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru ta’ residenza, bħal dik prevista fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, tkun suġġetta għal perijodu ta’ residenza minima tal-applikant, immedjatament qabel il-preżentazzjoni tat-talba tiegħu, ta’ sitt xhur iqsar minn dak previst fil-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għar-raġuni li l-persuna kkonċernata tkun ċittadina ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza fit-trattament jeħtieġ li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Centraal Israëlitisch Consistorie van België <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1031">EU:C:2020:1031</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210325">25 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Alvarez y Bejarano <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑517/19 P u C‑518/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:240">EU:C:2021:240</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>In-natura paragunabbli ta’ sitwazzjonijiet differenti għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom. Dawn l-elementi għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-att tal-Unjoni li jistabbilixxi d-distinzjoni kkonċernata. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam li jagħmel parti minnu l-att ikkonċernat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>P. M. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑264/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:472">EU:C:2019:472</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HK vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1119">EU:C:2019:1119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament mil-leġiżlatur tal-Unjoni, li dan tal-aħħar għandu, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilu, setgħa diskrezzjonali wiesgħa meta jintervjeni f’qasam li jinvolvi għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali u meta jintalab iwettaq evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet kumplessi. Għaldaqstant, hija biss in-natura manifestament inadegwata ta’ miżura adottata f’dan il-qasam, fid-dawl tal-għan li l-istituzzjonijiet kompetenti jkunu jixtiequ jilħqu, li jista’ jaffettwa l-legalità ta’ miżura bħal din (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>P. M. et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑264/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:472">EU:C:2019:472</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, skont din il-ġurisprudenza, anki fil-preżenza ta’ tali setgħa, il-leġiżlatur tal-Unjoni huwa obbligat jibbaża l-għażla tiegħu fuq kriterji oġġettivi u xierqa fir-rigward tal-għan li jkun irid jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni kkonċernata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>P. M. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑264/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:472">EU:C:2019:472</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-prinċipji li għadhom kif tfakkru li għandu jiġi vverifikat jekk, fid-dawl b’mod partikolari tal-għan imfittex mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, rikorrent bħalma huwa OE, li jirrisjedi abitwalment fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu u li jibda proċedura ta’ xoljiment tar-rabta matrimonjali quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru, jinsab f’sitwazzjoni li ma hijiex paragunabbli ma’ dik ta’ rikorrent ċittadin tal-imsemmi Stat Membru, b’tali mod li l-fatt li jintalab mill-ewwel wieħed li jkun residenti għal perijodu itwal fit-territorju tal-istess Stat Membru qabel ma jkun jista’ jibda l-proċedura tiegħu, ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 2201/2003 jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Għal dan il-għan, fil-Kapitoli II u III tiegħu, dan ir-regolament jistabbilixxi fost oħrajn regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni kif ukoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam tax-xoljiment tar-rabta matrimonjali, peress li dawn ir-regoli huma intiżi li jiggarantixxu ċ-ċertezza legali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IB (Residenza abitwali ta’ konjuġi – Divorzju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑289/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:955">EU:C:2021:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, li jaqa’ taħt il-Kapitolu II tiegħu, jistabbilixxi l-kriterji ġenerali ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tad-divorzju, tas-separazzjoni legali u tal-annullament taż-żwieġ. Dawn il-kriterji oġġettivi, alternattivi u esklużivi jissodisfaw il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni adattata għall-bżonnijiet speċifiċi tal-kunflitti fil-qasam tax-xoljiment tar-rabta matrimonjali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IB (Residenza abitwali ta’ konjuġi – Divorzju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑289/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:955">EU:C:2021:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm l-ewwel sar-raba’ inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 jirreferu espliċitament għall-kriterji tar-residenza abitwali tal-konjuġi u dik tal-konvenuta, il-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) kif ukoll is-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament jawtorizzaw l-applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">forum actoris</HT> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IB (Residenza abitwali ta’ konjuġi – Divorzju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑289/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:955">EU:C:2021:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn l-aħħar dispożizzjonijiet jirrikonoxxu, taħt ċertu kundizzjonijiet, fir-rigward tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab ir-residenza abitwali tal-persuna li tressaq it-talba, il-ġurisdizzjoni sabiex jagħtu deċiżjoni dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, il-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi tali ġurisdizzjoni jekk ir-rikorrent ikun irrisjeda hemmhekk għal mill-inqas sena immedjatament qabel il-preżentata ta’ din it-talba, filwaqt li s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tal-istess regolament inaqqas it-tul ta’ residenza tar-rikorrent għal sitt xhur immedjatament qabel il-preżentazzjoni tat-talba tiegħu fil-każ fejn dan tal-aħħar ikun ċittadin tal-Istat Membru kkonċernat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Mikołajczyk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑294/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:772">EU:C:2016:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2201/2003, inklużi dawk previsti fil-ħames u s-sitt inċiż tal-paragrafu (1)(a) ta’ dan l-artikolu, huma intiżi li jiżguraw bilanċ bejn, minn naħa, il-mobbiltà tal-persuni ġewwa l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi jipproteġu d-drittijiet tal-konjuġi li, wara l-kriżi konjugali, jkun telaq mill-Istat Membru tar-residenza komuni u, min-naħa l-oħra, iċ-ċertezza legali, b’mod partikolari dik tal-konjuġi l-ieħor, billi jiggarantixxi l-eżistenza ta’ rabta reali bejn ir-rikorrent u l-Istat Membru li l-qrati tiegħu jkollhom il-ġurisdizzjoni sabiex<?PAGE NO="7"?> jiddeċiedu dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Mikołajczyk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑294/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:772">EU:C:2016:772</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IB (Residenza abitwali ta’ konjuġi – Divorzju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑289/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:955">EU:C:2021:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-għan intiż li jiżgura li teżisti rabta reali mal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw din il-ġurisdizzjoni, rikorrent, ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, li, minħabba kriżi konjugali, jitlaq mir-residenza abitwali komuni tal-koppja u jiddeċiedi li jirritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ma jinsabx, bħala prinċipju, f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik ta’ rikorrent li ma jkollux in-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru u li jmur hemmhekk wara tali kriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel sitwazzjoni, mingħajr ma n-nazzjonalità tal-konjuġi tkun suffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji tas-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 humiex issodisfatti, huwa madankollu diġà possibbli li tiġi evalwata r-rabta ta’ dan il-konjuġi mal-Istat Membru kkonċernat, minħabba l-fatt stess li huwa ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, u li huwa neċessarjament għandu rabtiet istituzzjonali u ġuridiċi ma’ dan tal-aħħar kif ukoll, bħala regola ġenerali, rabtiet kulturali, lingwistiċi, soċjali, rabtiet tal-familja u ta’ patrimonju. Tali rabta tista’ konsegwentement diġà tikkontribwixxi għad-determinazzjoni tar-rabta reali li għandha tgħaqqad ir-rikorrent mal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw l-imsemmija ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni hija sostnuta mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 32 tar-Rapport ta’ Spjega, redatt minn A. Borrás, dwar il-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Sentenzi fi Kwistjonijiet Matrimonjali, imsejħa l-Konvenzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Brussell II<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="221" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, C 221, p. 1</REF.DOC.OJ>), li ispirat it-test tar-Regolament Nru 2201/2003. Fil-fatt, skont dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-kriterju tan-nazzjonalità, li issa jinsab fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>jiggarantixxi diġà l-eżistenza ta’ rabta mal-Istat Membru inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ġeneralment dan ma japplikax għall-każ ta’ konjuġi li, wara kriżi konjugali, jiddeċiedi li jmur fi Stat Membru li ma jkunx ċittadin tiegħu. Fil-fatt, dan il-konjuġi, qabel iż-żwieġ tiegħu, fil-parti l-kbira tal-każijiet, qatt ma jkollu rabtiet ma’ dan l-Istat Membru analogi għal dik ta’ ċittadin tal-imsemmi Stat Membru. L-intensità tar-rabta bejn ir-rikorrent u l-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali kkonċernata tista’ konsegwentement tiġi ddeterminata b’mod raġonevoli permezz ta’ fatturi oħra, bħal, fil-każ ineżami, ir-rekwiżit ta’ perijodu pjuttost twil ta’ residenza, ta’ mill-inqas sena, tar-rikorrent fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, immedjatament qabel it-tressiq tat-talba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-differenza relatata mat-tul minimu ta’ residenza effettiva tar-rikorrent fit-territorju tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw din il-ġurisdizzjoni, immedjatament qabel it-tressiq tat-talba tiegħu, skont jekk ir-rikorrent huwiex ċittadin ta’ dan l-Istat Membru jew le, hija bbażata fuq element oġġettiv, neċessarjament magħruf mill-konjuġi tar-rikorrent, jiġifieri n-nazzjonalità tal-konjuġi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-mument li konjuġi, minħabba kriżi konjugali, jitlaq mir-residenza abitwali tal-koppja u jirritorna fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu jkun ċittadin sabiex jistabbilixxi r-residenza abitwali l-ġdida tiegħu hemmhekk, il-konjuġi l-ieħor ikun f’pożizzjoni li jistenna li talba għax-xoljiment tar-rabta matrimonjali titressaq, jekk ikun il-każ, quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-osservanza taċ-ċertezza legali ta’ dan il-konjuġi l-ieħor hija, tal-inqas parzjalment, iggarantita mir-rabta istituzzjonali u ġuridika li tirrappreżenta n-nazzjonalità tal-konjuġi tiegħu fir-rigward tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali kkonċernata, ma huwiex manifestament mhux xieraq li tali rabta tkun ittieħdet inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni fid-determinazzjoni tal-perijodu ta’ residenza effettiva meħtieġ mir-rikorrent fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru li tiegħu ikun ċittadin, sa fejn l-istess rabta tagħmel distinzjoni bejn is-sitwazzjoni ta’ dan ir-rikorrent tal-aħħar minn dik ta’ rikorrent li ma jkollux in-nazzjonalità tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ċertament, id-distinzjoni magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 hija bbażata fuq preżunzjoni li ċittadin għandu, bħala prinċipju, rabtiet iktar mill-qrib mal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu minn persuna li ma hijiex ċittadina tal-Istat ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-għan intiż li jiżgura li teżisti rabta reali bejn ir-rikorrent u l-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali kkonċernata, in-natura oġġettiva tal-kriterju bbażat fuq in-nazzjonalità tar-rikorrent, previst fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, ma tistax tiġi kkontestata mingħajr ma tiġi kkontestata l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jirregola l-adozzjoni ta’ dan il-kriterju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ammettiet li, fir-rigward ta’ kriterju bbażat fuq in-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata, li, anki jekk f’sitwazzjonijiet marġinali, problemi okkażjonali għandhom jirriżultaw mill-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni ġenerali u astratta, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi kkritikat li uża kategorizzazzjoni, ġaladarba din ma tkunx sostanzjalment diskriminatorja fir-rigward tal-għan imfittex minnha (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19801016">16 ta’ Ottubru 1980</DATE>, <NAME.CASE>Hochstrass vs Il-Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>147/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:238">EU:C:1980:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gualtieri vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:188">EU:C:2010:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi kkritikat li bbaża ruħu, parzjalment, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">forum actoris</HT>, fuq il-kriterju tan-nazzjonalità tar-rikorrent, sabiex jiffaċilita d-determinazzjoni tar-rabta reali mal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali kkonċernata, billi jissuġġetta l-ammissibbiltà tal-azzjoni għax-xoljiment tar-rabta matrimonjali tar-rikorrent ċittadin ta’ dan l-Istat Membru għat-twettiq ta’ perijodu ta’ residenza preċedenti iqsar minn dak meħtieġ minn rikorrent li ma jkunx ċittadin tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fid-dawl tal-għan li jiġi żgurat li teżisti rabta reali bejn ir-rikorrent u l-Istat Membru li l-qrati tiegħu jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali kkonċernata, id-distinzjoni magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni, abbażi tal-kriterju tan-nazzjonalità tar-rikorrent, fil-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, ma tikkostitwixxix differenza fit-trattament ibbażata fuq in-nazzjonalità pprojbita mill-Artikolu 18 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab ir-residenza abitwali tar-rikorrent, bħal dik prevista fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, tkun suġġetta għal perijodu<?PAGE NO="9"?> minimu ta’ residenza tar-rikorrent, immedjatament qabel it-tressiq tat-talba tiegħu, ta’ sitt xhur iqsar minn dik prevista fil-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament, minħabba li l-persuna kkonċernata tkun ċittadina ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tiġi eżaminata t-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab ir-residenza abitwali tar-rikorrent, bħal dik prevista fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, tkun suġġetta għal perijodu minimu ta’ residenza tar-rikorrent, immedjatament qabel il-preżentata tat-talba tiegħu, ta’ sitt xhur iqsar minn dik prevista fil-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament, minħabba li l-persuna kkonċernata tkun ċittadina ta’ dan l-Istat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>