<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0800846101.case.xml"><NO.CASE>C-180/10</NO.CASE><NO.CASE>C-181/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0180</NO.CELEX><NO.SEQ>0021.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8474</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8493</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL- <DATE ISO="20110915">15.9.2011</DATE> — KAWŻI MAQGĦUDA C-180/10 U C-181/10</LEFT><RIGHT>SŁABY <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-180/10 u C-181/10,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja), permezz ta’ deċiżjonijiet tad-<DATE ISO="20100309">9 ta’ Marzu 2010</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20100409">9 ta’ April 2010</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Jarosław Słaby</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister Finansów</HT> (C-180/10),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Emilian Kuć</HT></P><?PAGE NO="I-8475"?><P><HT TYPE="BOLD">Halina Jeziorska-Kuć</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie</HT> (C-181/10),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur), U. Lõhmus, Ó Caoimh u P. Lindh, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal E. Kuć u H. Jeziorska-Kuć, minn W.Modzelewski, radcy prawni,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-8476"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Triantafyllou u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 9, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="757" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 757</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikoli 9(1), 16 u 295(1)(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/138/KE, tad-<DATE ISO="20061219">19 ta’ Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200M" PAGE.FIRST="541" DATE.PUB="2006">ĠU L 200M, p. 541</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, minn naħa, J. Slaby u l-Minister Finansów (Ministru tal-Finanzi) (Kawża C-180/10), u min-naħa l-oħra, E. Kuć u H. Jeziorska-Kuć (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>konjuġi Kuć<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u d-Dyrektor Izby Skarbowej<?PAGE NO="I-8477"?> w Warszawie (Direttur tal-Kamra tat-Taxxa ta’ Varsavja) (Kawża C-181/10) dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-bejgħ ta’ diversi artijiet intiżi għall-kostruzzjoni għandu jkun suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva VAT, skont l-Artikoli 411 u 413 tagħha, ħassret u ssostitwiet, b’effett mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT, b’mod partikolari s-Sitt Direttiva. Skont il-premessi 1 u 3 tad-Direttiva VAT, kien meħtieġ li s-Sitt Direttiva titfassal mill-ġdid sabiex id-dispożizzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-VAT jiġu ppreżentati b’mod ċar u razzjonali bi struttura u formulazzjoni mfassla mill-ġdid iżda, bħala regola, mingħajr ma jsir tibdil fil-mertu. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 huma, essenzjalment, identiċi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva VAT, li essenzjalment jirriproduċi kliem l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>għandhom ikunu soġġetti għall-VAT il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8478"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva VAT, li huwa essenzjalment redatt bi kliem simili għal kliem l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Persuna taxxabbli għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</P><P>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) u (3) tad-Direttiva VAT, li essenzjalment jirriproduċi kliem l-Artikolu 4(3) tas-Sitt Direttiva, jinkludi d-dispożizzjonijiet segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq transazzjoni, fuq bażi okkażjonali, li jkollha x’taqsam ma’ l-attivitajiet imsemmija fit–tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u partikolarment waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art għall-bini.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="I-8479"?><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>art għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandha tfisser kull art mhux żviluppata jew art żviluppata meqjusa bħala tali mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva VAT, li essenzjalment jikkorrispondi għall-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-applikazzjoni minn persuna taxxabbli ta’ merkanzija li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha għall–użu privat tagħha jew tal-persunal tagħha, jew biex issir it-tneħħija tagħhom mingħajr ħlas jew, b’mod iktar ġenerali, l-applikazzjoni tagħhom għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha għandhom jitqiesu bħala provvista bi ħlas, fejn il-VAT fuq dik il-merkanzija jew il-partijiet komponenti tagħhom kienet deduċibbli kollha jew parti minnha<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 295(1)(1) u (3) tad-Direttiva VAT jiddefinixxi, bħall-ewwel u bħat-tielet inċiż tal-Artikolu 25(2) tas-Sitt Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>bidwi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, għall-finijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu XII, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>persuna taxxabbli li twettaq l-attività ekonomika tagħha f’impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>bidwi b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>bidwi kopert mill-iskema ta’ rata fissa pprovduta f’dan il-Kapitolu<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 296(1) tad-Direttiva VAT, li jikkorrispondi għall-Artikolu 25(1) tas-Sitt Direttiva, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fejn l-applikazzjoni għall-bdiewa ta’ l–arranġamenti normali tal-VAT, jew l-iskema speċjali pprovduta fil-Kapitolu 1, x’aktarx li twassal għal diffikultajiet, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-bdiewa, skond dan il-Kapitolu, skema b’ rata fissa mfassla b’mod li tpatti għall-VAT imposta fuq xiri ta’ merkanzija u servizzi magħmula mill-bdiewa b’ rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8480"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1), (2), (4) u (5) tal-Att tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni ġuridiċi, l-organizzazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika, u l-persuni fiżiċi li jwettqu, fuq bażi indipendenti, waħda mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2, irrispettivament mill-iskop u mir-riżultati ta’ din l-attività, huma kkunsidrati bħala persuni taxxabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Attività ekonomika tfisser kull attività ta’ produttur, ta’ kummerċjant jew ta’ persuna li tipprovdi servizzi, inklużi l-attivitajiet fil-minjieri, fil-biedja u dawk ta’ professjonijiet liberali jew simili, anki meta l-attività titwettaq darba waħda biss iżda fejn jirriżulta miċ-ċirkustanzi li l-intenzjoni kienet li dik l-attività titwettaq ripetutament. Attività ekonomika tfisser ukoll l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="015.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Persuni taxxabbli tfisser, fil-każ ta’ persuni fiżiċi li jeżerċitaw esklussivament attività agrikola, tal-foresti jew tas-sajd, il-persuni li jkunu mlew dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 96(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjoni tal-paragrafu 4 tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-persuni fiżiċi li jeżerċitaw esklussivament attività agrikola f’ċirkustanzi oħra li ma humiex dawk imsemmija fl-imsemmi paragrafu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8481"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1)(3) u (9) tal-liġi dwar il-VAT jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma eżenti mit-taxxa:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-bejgħ minn bidwi b’rata fissa tal-prodotti agrikoli riżultanti mill-attività agrikola tiegħu u l-prestazzjoni ta’ servizzi agrikoli minn bidwi b’rata fissa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli mhux mibnija minbarra artijiet għall-bini u ddestinati għal kostruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-180/10</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>J. Slaby fl-1996 xtara, bħala persuna fiżika li ma teżerċitax attività ekonomika, art li ġiet ikklassifikata, skont il-pjan ta’ żvilupp tat-territorju fis-seħħ dak iż-żmien, f’żona agrikola. Huwa uża l-imsemmija art għall-ħtiġijiet ta’ attività agrikola bejn l-1996 u l-1998, u temm din l-attività fl-1999.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8482"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-1997 il-pjan ta’ żvilupp tat-territorju ġie emendat u l-art inkwistjoni ġiet minn issa ’l quddiem assenjata għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għall-vakanzi. Wara din l-emenda, J. Slaby qasam l-art f’64 porzjon, li huwa, mis-sena 2000, beda jbigħ ftit ftit lill-persuni fiżiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE>, J. Slaby ressaq talba għal deċiżjoni preliminari fiskali mingħand il-Minister Finansów sabiex isir jaf jekk, fid-dawl tal-Artikolu 15(1) tal-Liġi dwar il-VAT, il-qsim ta’ art f’porzjonijiet, segwit mill-bejgħ ta’ dawn il-porzjonijiet lil xerrejja differenti, għandux jitqies bħala operazzjoni li hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni preliminari fiskali tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, il-Minister Finansów indika li l-imsemmija operazzjonijiet kienu jikkostitwixxu attività ekonomika, peress li l-bidwi huwa, fid-dawl tal-liġi dwar il-VAT, persuna taxxabbli li teżerċita attività ekonomika, u li d-daqs u l-portata tal-operazzjonijiet inkwistjoni kif ukoll il-fatt li l-art inqasmet f’porzjonijiet kienu jindikaw l-intenzjoni ta’ J. Slaby li jipproċedi bi bejgħ ripetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>J. Slaby ippreżenta rikors kontra l-imsemmija deċiżjoni preliminari. Il-Wojewódzki Sąd Administracyjny de Varsovie injorat l-interpretazzjoni tal-Minister Finansów billi ddeċidiet li mill-fatti tal-każ ma jirriżultax li J. Slaby kien jeżerċita jew ried jeżerċita attività ekonomika fil-qasam tat-tranżazzjonijiet immobbiljari, iżda li kien jeżerċita attività agrikola, li dak iż-żmien ma kinitx suġġetta għall-VAT. Skont din il-qorti, xejn ma jippermetti li jiġi stabbilit li l-art inxtrat bl-intenzjoni li tinbigħ mill-ġdid, peress li din inxtrat għal ħtiġijiet ta’ attività agrikola u li kienet inħadmet għal dan il-għan. Il-qsim u l-bejgħ tal-porzjonijiet kienu l-konsegwenza ta’ emenda fil-pjan ta’ żvilupp tat-territorju li ma tistax tiġi attribwita lil J. Slaby. Għalhekk, skont din il-qorti, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma kienx qed jaġixxi bħala kummerċjant meta xtara l-art inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8483"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Minister Finansów ippreżenta appell ta’ kassazzjoni kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Huwa sostna li l-art inkwistjoni, li nxtrat għal finijiet ta’ produzzjoni agrikola, ma ġietx użata biss għall-ħtiġijiet privati ta’ J. Slaby, iżda ġiet assenjata għat-tħaddim agrikolu u kienet isservi, għalhekk, fl-eżerċizzju ta’ attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Persuna fiżika li tkun wettqet attività agrikola fuq art u li mbagħad, minħabba fi bdil fil-pjanijiet ta’ żvilupp tat-territorju li huma indipendenti mir-rieda tagħha, temmet din l-attività, ikklassifikat mill-ġdid il-patrimonju tagħha bħala patrimonju privat, qasmet (f’artijiet intiżi għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għall-vakanzi) u ntrabtet li tbiegħhom, hija, minħabba f’hekk, persuna suġġetta għall-VAT skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE<HT TYPE="BOLD">,</HT> u għalhekk għandha tħallas il-VAT għall-attività kummerċjali tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-181/10</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-konjuġi Kuć huma l-proprjetarji, mill-1996, ta’ impriża agrikola akkwistata bħala art agrikola li ma hijiex awtorizzata għall-kostruzzjoni. Huma użaw l-imsemmija art, sa tmien is-sena 2006, għall-ħtiġijiet ta’ attività agrikola, jiġifieri, it-trobbija taż-żwiemel, u wara sabiex ikabbru l-għalf għall-annimali tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8484"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li fl-2004 huma rċevew interpretazzjoni tal-amministrazzjoni fiskali, il-konjuġi Kuć irreġistraw ruħhom bħala persuni taxxabbli għall-VAT, minkejja li fil-fehma tagħhom xogħolhom kien jaqa’ taħt il-patrimonju personali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara emenda fil-pjan ta’ żvilupp tat-territorju, li tipprovdi li l-art inkwistjoni ġiet minn issa ’l quddiem assenjata għall-kostruzzjoni ta’ residenzi u għas-servizzi, huma bdew ibigħu, b’mod okkażjonali u mhux organizzat, ċerti partijiet mill-impriża tagħhom. Dawn il-provvisti kienu suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-konjuġi Kuć, l-imsemmija provvisti ma kellhomx jiġu suġġetta għall-VAT għaliex dawn kienu marbuta mal-patrimonju personali tagħhom. Huma talbu mingħand id-direttur tal-amministrazzjoni fiskali tal-belt ta’ Wolomin interpretazzjoni bil-miktub dwar dan is-suġġett. Fid-deċiżjoni preliminari fiskali tat-<DATE ISO="20080613">13 ta’ Ġunju 2008</DATE>, l-imsemmi direttur qies li l-bejgħ tal-artijiet kien jikkostitwixxi provvista ta’ proprjetà bi ħlas li kien suġġett għall-VAT. Din l-interpretazzjoni ġiet ikkonfermata mid-Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-konjuġi Kuć ippreżentaw rikors kontra din l-interpretazzjoni quddiem in-Naczelnik Urzędu Skarbowego w Wołominie (direttur tal-amministrazzjoni fiskali tal-belt ta’ Wolomin). Skont dan tal-aħħar, il-provvisti tal-artijiet għall-kostruzzjoni inkwistjoni għandhom jiġu suġġetta għall-VAT għaliex, minn naħa, l-imsemmija artijiet kienu jifformaw parti mill-impriża agrikola tal-konjuġi Kuć u, min-naħa l-oħra, dawn tal-aħħar wettqu l-imsemmija provvisti bħala kummerċjanti. Dawn iż-żewġ fatti jiġġustifikaw, irrispettivament wieħed mill-ieħor, l-issuġġettar tal-imsemmija tranżazzjonijiet għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>In-Naczelny Sąd Administracyjny, li quddiemha l-konjuġi Kuć ippreżentaw l-appell ta’ kassazzjoni, tosserva l-ewwel nett li dawn tal-aħħar ibbenefikaw, inkwantu bdiewa, mill-iskema b’rata fissa ta’ taxxa tal-VAT. Għalhekk, din il-qorti ssaqsi jekk il-bejgħ tal-artijiet inkwistjoni jistax jitqies bħala bejgħ ta’ proprjetà li tirriżulta mill-patrimonju personali tagħhom, meta x-xiri tal-imsemmija artijiet ma tax lok għal<?PAGE NO="I-8485"?> tnaqqis tal-VAT. Barra minn hekk, hija tenfasizza li l-artijiet inkwistjoni ġew użati mhux biss għall-kunsinna ta’ prodotti agrikoli iżda wkoll għall-ħtiġijiet privati tal-bidwi u tal-membri tal-familja tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.P><TXT>Għandu jiġi applikat, fir-rigward ta’ bidwi b’rata fissa fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112, li jbigħ biċċiet ta’ art użati għall-attività agrikola tiegħu, intiżi, skont pjan ta’ żvilupp tal-komun, għall-bini għall-akkomodazzjoni u għal servizzi iżda li nxtraw bħala artijiet agrikoli (eżenti mill-VAT), l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, li jipprovdi li l-applikazzjoni ta’ assi ta’ impriża għall-użu privat ta’ persuna taxxabbli jew għall-finijiet oħra għajr dawk tal-operat tagħha titqies biss bħala provvista bi ħlas meta l-assi jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-VAT?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[Jekk iva,] bidwi b’rata fissa fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112, li jbigħ biċċiet ta’ art li jkunu preċedentement intużaw għall-attività agrikola tiegħu, intiżi, skont pjan ta’ żvilupp lokali, għall-bini għal użu residenzjali u għal servizzi iżda li nxtraw bħala artijiet agrikoli (eżenti mill-VAT) għandu jitqies li huwa persuna suġġetta għall-VAT fir-rigward ta’ dan il-bejgħ skont ir-regoli ġenerali?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk persuna fiżika li<?PAGE NO="I-8486"?> tkun eżerċitat attività agrikola fuq art, akkwistata bla ħlas ta’ VAT, u riklassifikata, wara emenda fil-pjanijiet ta’ żvilupp tat-territorju li saret għal raġunijiet indipendentement mir-rieda ta’ din il-persuna, għandhiex titqies bħala persuna taxxabbli għall-VAT meta hija tipproċedi bil-bejgħ tal-imsemmija art. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>bidwi b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva tal-VAT, għandux jitqies bħala persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skont l-iskema normali u jekk l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva huwiex ta’ applikazzjoni għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jiġi ppreċiżat li mill-kawżi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta li parti mill-bejgħ tirrigwarda perijodu ta’ taxxa li jippreċedi l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea. Issa, f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fi Stat Membru ġdid, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti biss sabiex tinterpretah mid-data tal-adeżjoni ta’ dan tal-aħħar fl-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, id-digriet tas-<DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, Ceramika Paradyż, C-168/06, punt 22). Għalhekk, il-kunsiderazzjonijiet segwenti jirrigwardaw biss it-tranżazzjonijiet magħmula wara d-data ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li l-kwistjonijiet fil-kawża prinċipali jirrigwardaw perijodu li matul tiegħu s-Sitt Direttiva u d-Direttiva tal-VAT kienu japplikaw suċċessivament. Madankollu, ma hemmx lok, għall-finijiet tar-risposti għad-domandi preliminari, li ssir distinzjoni bejn id-dispożizzjonijiet li jirriżultaw mill-imsemmija direttivi, peress li dawn għandhom jitqiesu bħala li essenzjalment għandhom l-istess portata għall-ħtiġijiet tal-intepretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja hija msejħa tagħmel fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, mid-deċiżjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li, wara emenda fil-pjanijiet ta’ żvilupp tat-territorju li saret għal raġunijiet indipendentement mir-rieda ta’ J. Slaby u l-konjuġi Kuć, l-art inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiet riklassifikata f’art intiża għall-kostruzzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8487"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-VAT jippermetti lill-Istati Membri li jqisu bħala persuni taxxabbli kull persuna li twettaq, fuq bażi okkażjonali, tranżazzjoni li taqa’ taħt l-attivitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) u b’mod partikolari provvista waħda ta’ art għall-bini.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Gvern Pollakk isostni li huwa uża l-possibbiltà mogħtija lilu mill-imsemmi Artikolu 12(1), billi introduċa, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Artikolu 15(2) tal-Liġi dwar il-VAT, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>attività ekonomika tfisser kull attività ta’ produttur, ta’ kummerċjant jew ta’ persuna li tipprovdi servizzi [...], anki meta l-attività titwettaq darba waħda biss iżda fejn jirriżulta miċ-ċirkustanzi li l-intenzjoni kienet li dik l-attività titwettaq ripetutament [...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, la mid-deċiżjonijiet tar-rinviju u lanqas minn kliem l-imsemmi Artikolu 15(2) tal-Liġi dwar il-VAT ma jirriżulta jekk ir-Repubblika tal-Polonja effettivament użatx l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-VAT, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva jistabbilixxi possibbiltà u mhux obbligu għall-Istati Membri. Minn dan isegwi li, sabiex jibbenefikaw mill-possibbiltà prevista f’din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri huma mitluba jagħżlu li jużawha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, SALIX, C-102/08, punti 51 u 52).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-traspożizzjoni fid-dritt intern ta’ direttiva ma teżiġix neċessarjament riproduzzjoni formali u testwali tad-dispożizzjonijiet tagħha f’regola legali espressa u speċifika u tista’ tiġi sodisfatta minn kuntest ġuridiku ġenerali, billi dan jiżgura effettivament l-applikazzjoni sħiħa<?PAGE NO="I-8488"?> tad-direttiva b’mod biżżejjed ċar u preċiż (ara, b’analoġija, is-sentenza SALIX, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-każ li l-qorti nazzjonali tiddeċiedi li l-Istat Membru inkwistjoni uża l-fakultà prevista fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva VAT, il-provvista ta’ art għall-bini għandha titqies bħala suġġetta għall-VAT skont il-liġi nazzjonali, irrispettivament min-natura permanenti tat-tranżazzjoni jew mill-kwistjoni dwar jekk il-persuna li wettqet il-provvista teżerċitax attività ta’ produttur, ta’ kummerċjant jew persuna li tipprovdi servizzi, sakemm din it-tranżazzjoni ma tikkostitwixxix is-sempliċi eżerċizzju ta’ dritt ta’ proprjetà mill-proprjetarju tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li s-sempliċi eżerċizzju ta’ dritt tal-proprjetà mill-proprjetarju tagħha ma jistax, fih innifsu, jitqies bħala li jikkostitwixxi attività ekonomika (ara s-sentenza Wellcome Trust, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li n-numru u d-daqs tal-bejgħ imwettaq f’din il-kawża ma humiex fihom innfushom determinanti. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, id-daqs tal-bejgħ ma jistax jitqies bħala kriterju li jagħmel distinzjoni bejn l-attivitajiet ta’ operatur li jaġixxi fuq bażi privata, li jinsab lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, u l-attivitajiet ta’ operatur li t-tranżazzjonijiet tiegħu jikkostitwixxu attività ekonomika. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li bejgħ sinjifikattiv jista’ jitwettaq ukoll minn operaturi li jaġixxu fuq bażi privata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19960620">20 ta’ Ġunju 1996</DATE>, Wellcome Trust, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-155/94" PAGE.ECR="I-3013" YEAR="1996">C-155/94, Ġabra p. I-3013</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-fatt li, qabel il-bejgħ, il-persuna kkonċernata pproċediet bil-qsim tal-art sabiex tislet minnha l-aħjar prezz globali ma huwiex, fih innifsu, determinanti, bħalma lanqas ma huwa determinanti t-tul ta’ żmien li matulu l-imsemmija tranżazzjonijiet twettqu jew l-importanza tad-dħul li rriżulta minnhom. Fil-fatt, dawn il-fatti kollha jistgħu jidħlu fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-patrimonju personali tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8489"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ meta l-persuna kkonċernata tipproċedi b’inizjattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-art billi tuża mezzi simili għal dawk użati minn produttur, kummerċjant jew persuna li tipprovdi servizzi fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tali attivitajiet jistgħu jikkonsistu, b’mod partikolari, fit-twettiq fuq dawn l-artijiet ta’ xogħlijiet ta’ żvilupp tal-art, kif ukoll l-implementazzjoni ta’ mezzi magħrufa ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li dawn l-inizjattivi normalment ma jidħlux fil-kuntest tal-amministrazzjoni ta’ patrimonju personali, il-provvista f’tali ipoteżi ta’ art intiża għall-kostruzzjoni ma tistax titqies bħala s-sempliċi eżerċizzju ta’ dritt ta’ proprjetà mill-proprjetarju tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi li l-qorti tar-rinviju tikkonstata li r-Repubblika tal-Polonja ma għamlitx użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva VAT, ikun hemm lok li jiġi eżaminat jekk l-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex taxxabbli skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont kliem din id-dispożizzjoni, il-kunċett ta’ persuna taxxabbli huwa ddefinit b’rabta mal-kunċett ta’ attività ekonomika. Fil-fatt, hija l-eżistenza ta’ din l-attività li tiġġustifika l-klassifikazzjoni ta’ persuna taxxabbli (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, Fini H, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-32/03" PAGE.ECR="I-1599" YEAR="2005">C-32/03, Ġabra p. I-1599</REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> huwa ddefinit fl-imsemmi subparagrafu 2 tal-Artikolu 9(1) bħala li jiġbor fih kull attività ta’ produttur, ta’ kummerċjant u ta’ persuna li tipprovdi servizzi u, b’mod partikolari,<?PAGE NO="I-8490"?> it-tranżazzjonijiet li jinkludu l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli bil-ħsieb li minnha jsir dħul li jkun ta’ natura permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, is-sempliċi xiri jew is-sempliċi bejgħ ta’ proprjetà ma jisgħux jikkostitwixxu sfruttament ta’ proprjetà intiża li tipproduċi dħul li jkun ta’ natura permanenti fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva VAT, peress li l-uniku dħul minn dawn it-tranżazzjonijiet huwa kkostitwit mill-benefiċċju eventwali meta l-imsemmija proprjetà tinbiegħ. Fil-fatt, tranżazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux, bħala regola, jikkostitwixxu, fihom innfushom, attivitajiet ekonomiċi fis-sens ta’ din id-direttiva (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20041021">21 ta’ Ottubru 2004</DATE>, BBL, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-8/03" PAGE.ECR="I-10157" YEAR="2004">C-8/03, Ġabra p. I-10157</REF.DOC.ECR>, punt 39, u tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, EDM, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-77/01" PAGE.ECR="I-4295" YEAR="2004">C-77/01, Ġabra p. I-4295</REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-kriterji stabbiliti fil-punti 37 sa 41 ta’ din is-sentenza huma applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 16 tad-Direttiva VAT, għandu jiġi ppreċiżat li dan japplika, kif jirriżulta minn kliemu, meta l-proprjetà inkwistjoni jew l-elementi li jsawruha jagħtu dritt għal tnaqqis sħiħ jew parzjali ta’ VAT. F’dan ir-rigward, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li meta r-rikorrenti fil-kawża prinċipali xtraw l-artijiet inkwistjoni huma kienu eżentati mill-VAT. Għalhekk, ix-xiri tal-imsemmija artijiet ma ta lok għall-ebda tnaqqis ta’ VAT. Minn dan isegwi li l-Artikolu 16 ma japplikax f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawżi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti l-fatt li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tal-Kawża C-181/10 kienu rreġistraw ruħhom bħala persuni taxxabbli għall-VAT taħt skema b’rata fissa skont l-attività agrikola tagħhom huwa irrilevanti.<?PAGE NO="I-8491"?> Fil-fatt, kif ġustament sostnew il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni, it-tranżazzjonijet l-oħra minbarra l-provvista tal-prodotti agrikoli u l-provvista ta’ servizzi agrikoli, fis-sens tal-Artikolu 295(1) tad-Direttiva VAT, magħmula mill-bidwi b’rata fissa fil-kuntest tax-xogħol agrikolu jibqgħu suġġetta għall-iskema ġenerali ta’ din id-direttiva (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Harbs, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-321/02" PAGE.ECR="I-7101" YEAR="2004">C-321/02, Ġabra p. I-7101</REF.DOC.ECR>, punti 31 u 36, kif ukoll tas-<DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, Stadt Sundern, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/04" PAGE.ECR="I-4491" YEAR="2005">C-43/04, Ġabra p. I-4491</REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-provvista ta’ art intiża għall-kostruzzjoni għandha titqies bħala li hija suġġetta għall-VAT skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru jekk dan l-Istat Membru għamel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva VAT, irrispettivament min-natura permanenti tat-tranżazzjoni jew mill-kwistjoni dwar jekk il-persuna li tkun wettqet il-provvista teżerċitax l-attività ta’ produttur, ta’ kummerċjant jew ta’ persuna li tipprovdi servizzi, sakemm din it-tranżazzjoni ma tikkostitwixxix is-sempliċi eżerċizzju ta’ dritt ta’ proprjetà mill-proprjetarju tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Persuna fiżika li tkun eżerċitat attività agrikola fuq art li, wara emenda fil-pjanijiet ta’ żvilupp tat-territorju li saret għal raġunijiet indipendentement mir-rieda ta’ din il-persuna, ġiet riklassifikata f’art intiża għall-kostruzzjoni, ma għandhiex titqies bħala suġġetta għall-VAT fis-sens tal-Artikolu 9(1) u tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-VAT, meta hija tipproċedi bil-bejgħ tal-imsemmija art, jekk dan il-bejgħ jidħol fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-patrimonju privat ta’ din il-persuna.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk din il-persuna tipproċedi, bi ħsieb li twettaq l-imsemmi bejgħ, b’inizjattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-art billi tuża mezzi simili għal dawk użati minn produttur, kummerċjant jew persuna li tipprovdi servizzi fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva VAT, din il-persuna għandha titqies bħala<?PAGE NO="I-8492"?> li teżerċita <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-imsemmi artikolu u għandha, għalhekk, titqies bħala persuna suġġetta għat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-fatt li din il-persuna hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>bidwi b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva VAT ma għandu l-ebda effett f’dan ir-rigward.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-provvista ta’ art intiża għall-kostruzzjoni għandha titqies bħala li hija suġġetta għall-VAT skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru jekk dan l-Istat Membru għamel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, irrispettivament min-natura permanenti tat-tranżazzjoni jew mill-kwistjoni dwar jekk il-persuna li tkun wettqet il-provvista teżerċitax l-attività ta’ produttur, ta’ kummerċjant jew ta’ persuna li tipprovdi<?PAGE NO="I-8493"?> servizzi, sakemm din it-tranżazzjoni ma tikkostitwixxix is-sempliċi eżerċizzju ta’ dritt ta’ proprjetà mill-proprjetarju tagħha.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Persuna fiżika li tkun eżerċitat attività agrikola fuq art li, wara emenda fil-pjanijiet ta’ żvilupp tat-territorju li saret għal raġunijiet indipendentement mir-rieda ta’ din il-persuna, ġiet riklassifikata f’art intiża għall-kostruzzjoni, ma għandhiex titqies bħala suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud fis-sens tal-Artikolu 9(1) u tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2006/112, meta hija tipproċedi bil-bejgħ tal-imsemmija art, jekk dan il-bejgħ jidħol fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-patrimonju privat ta’ din il-persuna.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Min-naħa l-oħra, jekk din il-persuna tipproċedi, bi ħsieb li twettaq l-imsemmi bejgħ, b’inizjattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-art billi tuża mezzi simili għal dawk użati minn produttur, kummerċjant jew persuna li tipprovdi servizzi fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112, din il-persuna għandha titqies bħala li teżerċita</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/><HT TYPE="BOLD">attività ekonomika</HT><QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> <HT TYPE="BOLD">fis-sens tal-imsemmi artikolu u għandha, għalhekk, titqies bħala persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatt li din il-persuna hija</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/><HT TYPE="BOLD">bidwi b’rata fissa</HT><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> <HT TYPE="BOLD">fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva VAT ma għandu l-ebda effett f’dan ir-rigward.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>