European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2259

10.4.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.11937 — WARBURG PINCUS / BERKSHIRE PARTNERS / TRIUMPH GROUP

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2259)

1.   

Fil-31 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti),

—

Berkshire Partners LLC (“Berkshire Partners”, l-Istati Uniti),

—

Triumph Group, Inc (“TGI”, l-Istati Uniti).

Warburg Pincus u Berkshire Partners se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ TGI kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Warburg Pincus hija kumpanija ta’ ekwità privata li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerka. Il-kumpaniji tal-portafoll ta’ Warburg Pincus huma attivi f’firxa ta’ setturi, fosthom l-oġġetti ta’ konsum, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u tan-negozju, it-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet,

—

Berkshire Partners hija investitur multisettorjali fl-ekwità privata u pubblika. It-tim tal-ekwità privata tad-ditta jinvesti f’kumpaniji attivi fis-setturi tan-negozju u tas-servizzi għall-konsumatur, tal-kura tas-saħħa, tal-industrija, u tat-teknoloġija u l-komunikazzjonijiet.

—

TGI hija manifattur u fornitur globali ta’ prodotti tas-settur ajruspazjali u tad-difiża. TGI torganizza l-attivitajiet tagħha f’żewġ segmenti operattivi: (i) Triumph Systems & Support u (ii) Triumph Interiors, li jaħdmu għall-industrija globali tal-avjazzjoni, inklużi l-fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali u l-ispettru sħiħ tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru militari u kummerċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11937 — WARBURG PINCUS / BERKSHIRE PARTNERS / TRIUMPH GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2259/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)