4.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 389/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1909

tal-4 ta’ Novembru 2021

li jimplimenta l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fil-25 ta' Ottubru 2021, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ('KSNU') stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1970 (2011) żied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 2016/44 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)   ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44:

" 29. Isem: 1: Osama 2: Al Kuni 3: Ibrahim 4: mhux disponibbli

Titlu: Maniġer taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Al Nasr f'Zawiyah Titlu: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976 Post tat-Twelid: Tripli, Libja Kwalità tajba magħruf ukoll bħala.: a) Osama Milad b) Osama al-Milad c) Osama Zawiya d) Osama Zawiyah e) Osama al Kuni Kwalità ħażina magħruf ukoll bħala: mhux disponibbli Nazzjonalità: Nru tal-Passaport tal-Libja: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiyah, Libja Elenkat fi: 25 ta' Ottubru 2021 Informazzjoni oħra: Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata tkun direttament, u/jew permezz ta' subordinati involuti fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Elenkat skont il-paragrafi 11(a), 11(f) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2441 (2018).

Informazzjoni addizzjonali

Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata tkun direttament, u/jew permezz ta' subordinati, kienet involuta fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru d-dritt internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Għal snin sħaħ, iċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr f'Zawiyah ġie identifikat fil-pubbliku u f'rapporti kunfidenzjali li jiddeskrivu s-sitwazzjoni mwiegħra tal-migranti u ta' dawk li jfittxu l-ażil fil-Libja, inkluż it-tortura, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u t-traffikar tal-bnedmin. L-organizzazzjonijiet umanitarji u l-vittmi tat-traffikar identifikaw b'mod konsistenti lill-persuna kkonċernata bħala l-maniġer de facto taċ-ċentru tad-detenzjoni. Tliet individwi li kienu qed jaħdmu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr ingħataw sentenzi ta' ħabs għat-tortura tal-migranti fiċ-ċentru ta' detenzjoni."