|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/671 |
18.6.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/671
tat-2 ta’ April 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tipi ta’ data addizzjonali dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(6), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2023/1804 jistabbilixxi li sal-14 ta’ April 2025, l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar u punti ta’ riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi, jew, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, is-sidien ta’ dawk il-punti, għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ data statika u data dinamika dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom, jew servizzi marbuta b’mod inerenti ma’ tali infrastruttura li huma jipprovdu jew li jesternalizzaw, mingħajr ħlas. |
|
(2) |
Sabiex jiġi pprovdut sett komprensiv ta’ data b’mod armonizzat madwar l-Unjoni b’kapaċità li jissodosfa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni futuri tal-utenti finali tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, li jipprovdihom b’informazzjoni suffiċjenti dwar il-post ġeografiku, il-karatteristiċi u s-servizzi ġenerali offruti fil-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li jqis ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda u s-servizzi ġodda li se jidħlu fis-suq, huwa neċessarju li tiġi emendata l-lista tas-sett preliminari ta’ tipi ta’ data inkluża fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2023/1804. |
|
(3) |
It-tipi ta’ data addizzjonali introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament huma relatati mal-informazzjoni ġenerali dwar l-operaturi tal-punti tal-irriċarġjar u tal-punti tar-riforniment, inkluża l-informazzjoni dwar il-preżenza ta’ persuni fiżiċi li jieħdu ħsieb l-istazzjon tal-irriċarġjar jew tar-riforniment, jew l-eżistenza ta’ faċilitajiet li joffru servizzi assoċjati lill-utent. Barra minn hekk, ċerti tipi ta’ data jkopru aspetti ta’ aċċessibbiltà, bħal parametri aktar dettaljati tal-kompatibbiltà tat-tip ta’ vettura billi jinkludu speċifikazzjonijiet tal-vetturi permessi u aspetti operazzjonali, bħall-kapaċità kumulattiva ta’ kuljum tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu jew il-pressjoni tal-idroġenu kkonsenjata fil-punt tar-riforniment. Barra minn hekk, it-tipi oħra ta’ data jindirizzaw b’mod speċifiku l-iżviluppi teknoloġiċi u s-servizzi ġodda li jidħlu fis-suq, bħal servizzi plug-and-charge jew servizzi tal-irriċarġjar intelliġenti. B’mod ġenerali, jeħtieġ li jiġu introdotti dawn it-tipi ta’ data addizzjonali biex jiġi żgurat li l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar is-sessjonijiet tal-irriċarġjar u tar-riforniment tagħhom abbażi ta’ servizzi ta’ informazzjoni ta’ kwalità għolja żviluppati mill-atturi rilevanti tas-suq. |
|
(4) |
Sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet bejn it-tipi ta’ data eżistenti u dawk miżjuda ġodda, jeħtieġ li jiġu aġġustati ċerti tipi ta’ data elenkati fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2023/1804. Pereżempju, it-tip ta’ data “post ġeografiku tal-punti tal-irriċarġjar u tal-punti ta’ riforniment għall-fjuwils alternattivi” huwa sostitwit b’diversi tipi ta’ data addizzjonali ġodda bħal “informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika tas-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS, Global Navigation Satellite System)”, “informazzjoni addizzjonali dwar il-pożizzjoni ġeografika”, “pajjiż”, “reġjun”, “belt jew raħal”, “kodiċi postali”, u “isem li hemm fuq l-indirizz”. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jikkomplementaw is-subtaqsimiet eżistenti skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2023/1804 billi jżidu punti ġodda mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2023/1804 biex ikopru data statika għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku, data statika ulterjuri għall-infrastruttura tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi, u data dinamika ulterjuri għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
It-tipi ta’ data addizzjonali introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament huma konsistenti mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-format, il-frekwenza u l-kwalità stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 20(7) tar-Regolament (UE) 2023/1804 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/655 (2). |
|
(7) |
Sabiex jiġu antiċipati l-iżviluppi futuri u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2023/1804, it-tipi ta’ data stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu aċċessibbli wkoll permezz ta’ punt ta’ aċċess komuni Ewopew li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026. Dan se jippermetti lill-utenti tad-data jaċċessaw faċilment id-data u jqabblu l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, bħall-prezz, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà jew il-kapaċità tal-potenza. |
|
(8) |
It-tipi ta’ data addizzjonali stipulati b’dan ir-Regolament jibnu fuq l-eżiti tal-Azzjoni ta’ Appoġġ għall-Programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa b’rabta mal-Ġbir ta’ data relatata mal-punti tal-irriċarġjar/tar-riforniment għall-fjuwils alternattivi u l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni uniċi relatati mal-atturi tal-elettromobbiltà (IDACS) li ġiet konkluża fl-2022. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 20(8) tar-Regolament (UE) 2023/1804 l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament għandhom jipprevedu perjodi tranżizzjonali raġonevoli qabel ma d-dispożizzjonijiet li jinsabu fihom, jew l-emendi tagħhom, isiru vinkolanti fuq l-operaturi jew is-sidien ta’ punti tal-iċċarġjar u punti ta’ riforniment għall-fjuwils alternattivi. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-14 ta’ April 2025 biex jikkoinċidi mad-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2023/1804. |
|
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2023/1804 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2023/1804 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Sal-14 ta’ April 2025, l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar u punti ta’ riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi, jew, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, is-sidien ta’ dawk il-punti, għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ data statika u data dinamika dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom, jew servizzi marbuta b’mod inerenti ma’ tali infrastruttura li huma jipprovdu jew li jesternalizzaw, mingħajr ħlas. It-tipi ta’ data li ġejjin għandhom ikunu disponibbli:
|
(a) |
Data statika għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:
|
|
(b) |
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:
|
|
(c) |
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:
|
|
(d) |
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-metan likwifikat:
|
|
(e) |
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:
|
|
(f) |
Data dinamika għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:
|
|
(g) |
Data dinamika ulterjuri għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ April 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1804/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/655 tat-2 ta’ April 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-proċeduri relatati mad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (ĠU L, 2025/655, 3.4.2025, ELI: xxx).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/671/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)