|
11.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-8 ta’ Frar 2016
dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal- Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(2016/C 52/03)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”),
Billi:
|
(1) |
Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċeduri separati fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn naħa u fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika min-naħa l-oħra. |
|
(2) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/1891 (1) dwar il-konklużjoni tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Frar 2014, u fl-1 ta’ Ottubru 2015 għall-verżjoni bl-Irlandiż, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/1892 (2) li tapprova l-konklużjoni tal-Protokoll mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(4) |
Għaldaqstant il-Protokoll għandu jiġi konkluż ukoll f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fejn jidħlu kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) (3) hija b’hekk approvata.
Artikolu 2
Il-President tal-Kummissjoni huwa b’hekk awtorizzat li jwettaq il-passi kollha meħtieġa f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li tkun marbuta bil-Protokoll, b’mod partikolari li tiddepożita n-notifikazzjoni hekk kif previst fl-Artikolu 12 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-8 ta’ Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1891 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 279, 23.10.2015, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1892 tat-18 ta’ Frar 2014 dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 279, 23.10.2015, p. 3).
(3) ĠU L 276, 18.9.2014, p. 3.