<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-103/18</NO.CASE><NO.CASE>C-429/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0103</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:219">EU:C:2020:219</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>26</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20200319">19.3.2020</DATE> – Kawżi magħquda C-103/18 u C-429/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Sánchez Ruiz u Fernández Álvarez et</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200319">19 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 1999/70/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP –Klawżola 5</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ osservanza mill-persuna li timpjega tat-terminu legali mogħti sabiex timtela pożizzjoni okkupata provviżorjament mill-ħaddiem għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Proroga impliċita ta’ sena b’sena tar-relazzjoni ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Okkupazzjoni minn ħaddiem għal żmien determinat tal-istess pożizzjoni fil-kuntest ta’ żewġ ħatriet konsekuttivi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tal-impjieg suċċessivi għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Osservanza tal-motivi ta’ reklutaġġ previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Eżami konkret li jirrileva li t-tiġdid suċċessiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat huwa intiż li jkopri bżonnijiet permanenti u sostenibbli tal-persuna li timpjega fir-rigward tal-persunal</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri intiżi li li jipprevjenu u, skont il-każ, jissanzjonaw l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ selezzjoni intiżi sabiex jimtlew b’mod definitiv pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Konverżjoni tal-istatut ta’ ħaddiema għal żmien determinat f’<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>persunal għal żmien determinat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD>Għoti lill-ħaddiem ta’ kumpens ekwivalenti għal dak mogħti fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat minkejja l-fatt li l-ħaddiem ikun ta l-kunsens tiegħu għat-tiġdid suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ obbligu għall-qrati nazzjonali li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali kunfliġġenti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑103/18 u C‑429/18,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT>8 de Madrid (il-Qorti Amministrattiva Nru 8 ta’ Madrid, Spanja) u mill-Juzgado Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT>14 de Madrid (il-Qorti Amministrattiva Nru 14 ta’ Madrid, Spanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-30 ta’ Jannar u tat-<DATE ISO="20180608">8 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ Frar u fit-<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE> rispettivament, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Domingo Sánchez Ruiz</HT> (C‑103/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Berta Fernández Álvarez</HT> <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT> (Kawża C‑429/18)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud)</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, P. G. Xuereb, T. von Danwitz, N. Piçarra u A. Kumin, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal M. Sánchez Ruiz, minn J. M. Ruiz de la Cuesta Vacas, procurador de los Tribunales, u F. J. Araúz de Robles Dávila, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn F. J. Araúz de Robles Dávila, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud), minn L. J. García Redondo u A. Serrano Patiño, letrados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, inizjalment minn S. Jiménez García u A. Gavela Llopis, sussegwentement minn S. Jiménez García, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Ruiz García, M. van Beek u J. Rius, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) u tal-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li jinsab bħala anness ma’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet bejn ħaddiema impjegati mill-Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud) (id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika tal-Komunità Awtonoma ta’ Madrid, Spanja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Komunità ta’ Madrid<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jiġifieri, fil-Kawża C‑103/18, Domingo Sanchéz Ruiz <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, u fil-Kawża C‑429/18, Berta Fernández Álvarez kif ukoll erba’ ħaddiema nisa oħra (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), u l-Komunità ta’ Madrid dwar ir-rikonoxximent ta’ dawn il-persuni bħala membri tal-persunal statutorju permanenti, jew sussidjarjament, bħala persunal pubbliku li jibbenefika minn statut paragunabbli għal dan il-persunal, li fir-rigward tagħhom japplikaw il-prinċipji ta’ permanenza u ta’ irremovibbiltà.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Mill-premessa 17 tad-Direttiva 1999/70 jirriżulta li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>fejn għandhom x’jaqsmu t-termini użati fil-ftehim qafas imma mhux speċifikament definiti hemmhekk, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri biex jiddefinixxu dawn it-termini f’konformità mal-liġi jew il-prattika nazzjonali kif inhu l-każ għal Direttivi oħrajn dwar kwistjonijiet soċjali li jużaw termini simili, sakemm id-definizzjonijiet inkwistjoni jirrispettaw il-kontenut tal-ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/70, din għandha l-iskop li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[ġ]ġib fis-seħħ il-[Ftehim qafas] konkluż […] bejn l-organizzazzjonijiet ġenerali ta’ l-industrija [(Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC), Konfederazzjonijiet Industrijali u ta’ Min Iħaddem fl-Ewropa (UNICE), u ċ-Ċentru Ewropew tal-Intrapriżi Pubbliċi (CEEP)].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattvi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva [u għandhom] jieħdu xi miżuri neċessarji sabiex ikunu jistgħu f’kull ħin ikunu f’posizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti b’din id-Direttiva. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-klawżola 1 tal-Ftehim qafas, l-għan tiegħu huwa, minn naħa, li jtejjeb il-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat billi jiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi qafas sabiex jiġu evitati l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Miżuri għal prevenzjoni ta’ l-abbuż<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ipprevenut l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss, wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika, u/jew l-imsieħba soċjali, għandhom, meta ma hemm ebda miżuri ekwivalenti legali biex jipprevjenu l-abbuż, jintroduċu b’mod li jieħu kont tal-ħtiġiet tas-setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema, waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iż-żmien massimu totali ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>in-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali u/jew l-imsieħba soċjali għandhom, meta approprjat, jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet il-kuntratti jew ir-relazzjonijiet ta’ impjieg għal terminu fiss:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala kuntratti jew relazzjonijiet għal żmien indefinit.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-Ley estatal 55/2003 del Estatuto Marco del personal estatutario de los servicios de salud (il-Liġi 55/2003 dwar ir-Regolamenti Qafas tal-Persunal Statutorju tad-Dipartimenti tas-Saħħa), tas-<DATE ISO="20031216">16 ta’ Diċembru 2003</DATE> (BOE Nru 301, tas-<DATE ISO="20031217">17 ta’ Diċembru 2003</DATE>, p. 44742), fil-verżjoni tagħha applikabbli meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Regolamenti Qafas<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>persunal statutorju permanenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>il-persunal li, wara li jkun għadda mill-proċedura ta’ selezzjoni korrispondenti, jinħatar sabiex jeżerċita b’mod permanenti l-funzjonijiet li jirriżultaw minn din il-ħatra<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tar-Regolamenti Qafas:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, okkażjonali jew straordinarja, id-dipartimenti tas-saħħa jistgħu jaħtru persunal statutorju temporanju.</ALINEA><ALINEA>Il-ħatriet ta’ persunal statutorju jistgħu jkunu fuq bażi <HT TYPE="ITALIC">interim</HT>, okkażjonali jew sostitwenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħatra <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> tista’ ssir sabiex timtela temporanjament pożizzjoni vakanti fiċ-ċentri jew dipartimenti tas-saħħa, meta jkun meħtieġ li jkunu okkupati funzjonijiet korrispondenti.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Il-funzjonijiet tal-persunal statutorju <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> jintemmu meta jiġi rreklutat persunal permanenti għall-pożizzjoni okkupata permezz ta’ proċedura legali jew regolatorja stabbilita, kif ukoll meta din il-pożizzjoni tiġi abolita.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ħatra fuq bażi okkażjonali għandha ssir fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta tkun tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi partikolari ta’ natura temporanja, awżiljarja jew straordinarja,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta tkun neċessarja sabiex tiżgura l-funzjonament permanenti u kontinwu taċ-ċentri tas-saħħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>għall-provvista ta’ servizzi kumplimentari sabiex jiġi kkumpensat it-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-funzjonijiet tal-persunal statutorju okkażjonali jintemmu meta jitwettaq l-għan tal-ħatra jew meta jiskadi t-terminu evalwat espressament fil-ħatra, kif ukoll meta l-funzjonijiet li mmotivawh f’dak iż-żmien ġew aboliti.</P><P>Jekk ikun hemm iktar minn żewġ ħatriet għall-provvista tal-istess servizzi għal perijodu kumulattiv ta’ 12-il xahar jew iktar fuq perijodu ta’ sentejn, ikun lok li jiġu eżaminati r-raġunijiet ta’ dawn il-ħatriet sabiex jiġi evalwat, jekk ikun il-każ, jekk hemmx lok li tinħoloq pożizzjoni strutturali fl-istituzzjoni kkonċernata.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħatra bħala persunal <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> tintuża meta jkun meħtieġ li jimtlew il-funzjonijiet ta’ persunal permanenti jew temporanju matul perijodi ta’ vaganzi, ta’ leave u assenzi temporanji oħra li jinvolvu ż-żamma tal-pożizzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-ħatra ta’ persunal statutorju sostituttiv tintemm meta l-persunal ssostitwit jerġa’ jkun integrat, kif ukoll meta dan tal-aħħar jitlef id-dritt tiegħu għal integrazzjoni mill-ġdid fl-istess pożizzjoni jew fl-istess funzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Real Decreto Legislativo 5/2015 por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley del Estatuto Básico del Empleado Público (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 5/2015 li Japprova t-Test Irriformulat tal-Liġi dwar ir-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal tas-Servizz Pubbliku), tat-<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE> (BOE Nru 261, tal-<DATE ISO="20151031">31 ta’ Ottubru 2015</DATE>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprevedi, fl-Artikolu 2 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Membri tal-persunal <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> huma persuni li, għal raġunijiet ta’ neċessità u urġenza ġġustifikati espressament, jinħatru f’din il-kwalità sabiex jeżerċitaw funzjonijiet li jwettquhom uffiċjali permanenti, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-eżistenza ta’ pożizzjonijiet vakanti li ma jistgħux jiġu okkupati minn uffiċjali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, il-pożizzjonijiet vakanti mimlija minn membri tal-persunal temporanji huma inklużi fl-offerta ta’ impjieg li tikkorrispondi għall-eżerċizzju li matulu ssir il-ħatra tagħhom jew, jekk dan ikun impossibbli, matul is-sena finanzjarja segwenti, sakemm ma jiġix deċiż li l-pożizzjoni titneħħa.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(1) tar-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-bżonnijiet ta’ riżorsi umani li jibbenefikaw minn allokazzjoni baġitarja li għandhom ikunu koperti mir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid huma suġġetti għal offerta ta’ impjieg pubbliku jew huma pprovduti permezz ta’ strument ieħor simili ta’ ġestjoni tal-kopertura għall-bżonnijiet tal-persunal, u dan jimplika l-organizzazzjoni tal-proċeduri ta’ selezzjoni korrispondenti għall-pożizzjonijiet previsti, sal-limitu ta’ għaxra fil-mija addizzjonali, u l-iffissar tat-terminu massimu għall-pubblikazzjoni tal-avviżi. Fi kwalunkwe każ, l-implimentazzjoni tal-offerta ta’ impjieg pubbliku jew tal-istrument simili għandha ssir f’terminu li ta’ tliet snin li ma jistax jiġi estiż.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont ir-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tar-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1. L-amministrazzjoni pubblika tista’ tippubblika avviżi ta’ kompetizzjoni sabiex tikkonsolida l-impjieg f’pożizzjonijiet strutturali li jikkorrispondu għad-diversi korpi jew kategoriji tagħhom, pożizzjonijiet li għandhom riżorsi baġitarji u koperti minn membri tal-persunal mhux permanenti jew minn persunal temporanju qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>.</P><P>[…]</P><P>3. Il-kontenut tal-eżamijiet huwa relatat mal-proċeduri, mal-kompiti u mad-dmirijiet abitwali tal-pożizzjonijiet li huma s-suġġett ta’ kull avviż ta’ kompetizzjoni. Matul il-fażi ta’ kompetizzjoni, jistgħu jiġu evalwati, fost merti oħra, iż-żmien ta’ servizz imwettaq fl-amministrazzjoni pubblika u l-esperjenza għall-pożizzjonijiet tax-xogħol li huma s-suġġett tal-avviż.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑103/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19991102">2 ta’ Novembru 1999</DATE>, il-Komunità ta’ Madrid ħatret lil J. Sanchéz Ruiz bħala membru tal-persunal statutorju ta’ sostituzzjoni f’pożizzjoni li taqa’ taħt il-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>grupp tekniku funzjoni amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ tekniku tal-informatika, fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa ta’ din il-komunità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Minħabba t-tneħħija ta’ din il-kategorija ta’ persunal fl-okkażjoni ta’ riforma leġiżlattiva, il-ħatra tiegħu ntemmet fit-<DATE ISO="20111228">28 ta’ Diċembru 2011</DATE>. Fl-istess jum, J. Sanchéz Ruiz inħatar membru tal-persunal statutorju <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> f’pożizzjoni li taqa’ taħt kategorija ġdida, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>persunal statutorju fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, iżda dejjem sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ tekniku tal-informatika, fi ħdan l-istess dipartiment. Il-persuna kkonċernata qatt ma kkontestat it-tmiem tal-ewwel ħatra tiegħu u lanqas it-tieni ħatra tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-att ta’ ħatra tat-<DATE ISO="19991102">2 ta’ Novembru 1999</DATE> u dak tat-<DATE ISO="20111228">28 ta’ Diċembru 2011</DATE> kienu jippreċiżaw li J. Sanchéz Ruiz kien irreklutat bħala membru tal-persunal statutorju <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> sabiex jokkupa pożizzjoni vakanti, li l-pożizzjoni hekk okkupata kienet ser tiġi okkupata sakemm titneħħa jew tiġi attribwita lil membru tal-persunal statutorju permanenti integrat mill-ġdid u li dawn l-impenji ma kinux jagħtu lill-persuna kkonċernata d-dritt li ssir impjegata tal-imsemmija pożizzjoni, ikun xi jkun it-tul ta’ din is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Matul il-perijodu kollu tar-reklutaġġ tiegħu mill-Komunità ta’ Madrid, J. Sanchéz Ruiz okkupa l-istess pożizzjoni ta’ xogħol u wettaq, b’mod kostanti u kontinwu, l-istess funzjonijiet. Huwa ma pparteċipax għall-unika kompetizzjoni organizzata fl-ispeċjalizzazzjoni tiegħu bejn is-snin 1999 u 2015 bil-għan li jaċċedi għall-istatus ta’ persunal statutorju permanenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, J. Sanchéz Ruiz talab lill-Komunità ta’ Madrid ir-rikonoxximent tal-kwalità tiegħu ta’ membru tal-persunal statutorju permanenti jew, sussidjarjament, ta’ persunal pubbliku li jibbenefika minn status simili, li għalihom japplikaw il-prinċipji ta’ permanenza u ta’ irremovabbiltà, għar-raġuni li huwa kien vittma ta’ aġir abbużiv min-naħa tal-persuna li timpjegah, li jirriżulta mill-użu minn din tal-aħħar ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, fis-sens tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Komunità ta’ Madrid ċaħdet it-talba tiegħu billi qieset li tali abbuż jippresupponi l-eżistenza ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi u li, fil-każ ta’ J. Sanchéz Ruiz, din kienet l-istess relazzjoni waħda ta’ xogħol għal żmien determinat, u t-tieni ħatra tiegħu seħħet minħabba riforma leġiżlattiva tal-kategoriji tal-persunal. Il-Komunità ta’ Madrid qieset, barra minn hekk, li l-aċċess għall-istatus ta’ membru tal-persunal statutorju permanenti huwa fil-prinċipju rriżervat għall-persuni li jkunu għaddew minn proċedura ta’ selezzjoni. Għalhekk ma huwiex possibbli, skont id-dritt Spanjol, li, barra minn tali proċedura, membru tal-persunal statutorju temporanju jinħatar bħala membru tal-persunal statutorju permanenti. L-iktar l-iktar, membru tal-persunal statutorju temporanju jista’ jinħatar bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>membru tal-persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> f’pożizzjoni sakemm din tal-aħħar titħassar jew tingħata lil membru tal-persunal statutorju permanenti. Barra minn hekk, il-Komunità ta’ Madrid sostniet li J. Sanchéz Ruiz ma jistax validament jinvoka aġir abbużiv min-naħa tal-persuna li timpjegah, peress li la kkontesta t-tneħħija tal-pożizzjoni tiegħu, la l-ħatra tiegħu f’pożizzjoni ġdida u lanqas il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>J. Sanchéz Ruiz ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tiegħu quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Juzgado Contencioso‑Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT>8 de Madrid (il-Qorti Amministrattiva Nru 8 ta’ Madrid, Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li l-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas tirreferi biss għall-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, din il-qorti tistaqsi, l-ewwel nett, jekk is-sitwazzjoni ta’ J. Sanchéz Ruiz hijiex ikkaratterizzata mill-eżistenza ta’ relazzjoni waħda ta’ xogħol għal żmien determinat jew, kif sostniet quddiemha l-persuna kkonċernata, ta’ żewġ relazzjonijiet ta’ xogħol ta’ dan it-tip.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-persuna kkonċernata ġiet irreklutata għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolamenti Qafas, li l-persuna li timpjegaha naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, li jirriżultaw mill-Artikoli 10 u 70 tar-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku, li tinkludi l-pożizzjoni li J. Sanchéz Ruiz jokkupa provviżorjament fl-offerta ta’ impjieg li tikkorrispondi għall-eżerċizzju li matulu saret il-ħatra tiegħu jew matul is-sena sussegwenti jew, fi kwalunkwe każ, mhux iktar tard mit-tliet snin sussegwenti għal din is-sena, u li dan kellu bħala riżultat il-fatt li huwa okkupa din il-pożizzjoni provviżorjament matul 17-il sena. Minn dan jirriżulta li r-relazzjoni ta’ xogħol ta’ J. Sanchéz Ruiz tista’ titqies li ġiet impliċitament estiża sena b’sena, anki jekk għandha l-forma ta’ relazzjoni ta’ xogħol waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, it-tieni nett, jekk il-fatt li J. Sanchéz Ruiz ta l-kunsens tiegħu għal din is-sitwazzjoni, sa fejn huwa ma kkontestax l-illegalità tat-tieni ħatra tiegħu u lanqas is-sitwazzjoni tiegħu b’mod iktar ġenerali, jistax jivvalida l-aġir tal-Komunità ta’ Madrid, fil-każ fejn jidher li dan l-aġir imur kontra l-Ftehim qafas, u b’hekk iċaħħad lill-persuna kkonċernata mid-drittijiet li jagħtiha dan il-ftehim. Din il-qorti tirrileva, f’dan ir-rigward, li J. Sanchéz Ruiz jinsab f’sitwazzjoni stabbli, liema sitwazzjoni huwa jista’ jittermina billi jitlob il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti jew billi jipparteċipa f’kompetizzjoni sabiex jaċċedi għall-istatus ta’ persunal statutorju permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-imsemmija qorti tindika li, skont il-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), it-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat huwa possibbli sakemm tali tiġdid ikun jissodisfa r-raġunijiet ta’ reklutaġġ elenkati fl-Artikolu 9(1) tar-Regolamenti Qafas. Peress li s-settur pubbliku huwa kkaratterizzat min-neċessità li jiġu pprovduti<?PAGE NO="7"?> s-servizzi essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-kumpannija, il-kundizzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni huma <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ssodisfatti u qatt ma huwa ser ikun possibbli li jiġi konkluż li jeżisti aġir abbużiv li jirriżulta mill-użu ta’ tali kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Is-settur pubbliku tas-saħħa Spanjol ilu kkaratterizzat, għal żmien twil, mill-iżnaturament tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat. Il-ħaddiema għal żmien determinat għandhom diversi relazzjonijiet ta’ xogħol, billi jaħdmu kull jum tas-sena jew kważi kull jum tas-sena, għal diversi snin, peress li l-motiv tar-reklutaġġ tagħhom jibqa’ jippersisti. Dawn il-ħaddiema jeżerċitaw l-istess funzjonijiet bħal dawk eżerċitati mill-persunal statutorju permanenti. Dawn b’hekk ikopru, fir-realtà, bżonnijiet permanenti ta’ persunal. Għalhekk, f’din il-parti tas-settur pubbliku Spanjol, teżisti problema strutturali li tirriżulta f’perċentwali għolja ta’ ħaddiema temporanji, li l-kontribuzzjoni tagħhom hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-imsemmi settur, kif ukoll fin-nuqqas ta’ limiti massimi għan-numru ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi u n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu legali li jimtlew il-pożizzjonijiet temporanjament okkupati minn dan il-persunal permezz tal-impjieg ta’ ħaddiema għal żmien indeterminat. Fil-fatt, madwar 75 % tal-ħaddiema tal-kategorija professjonali ta’ J. Sanchéz Ruiz huma impjegati fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, f’dan ir-rigward, li, sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li teżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>raġuni oġġettiva<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas, li tiġġustifika t-tiġdid ta’ tali relazzjonijiet ta’ xogħol, l-użu tagħhom għandu mhux biss josserva r-raġunijiet ta’ reklutaġġ previsti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolamenti Qafas, iżda wkoll ikun <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, ċirkustanzjali u sporadiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-eżistenza fid-dritt Spanjol ta’ miżuri li jistgħu jipprevjenu u, jekk ikun il-każ, jissanzjonaw l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tippreċiża li fid-dritt Spanjol ma jeżistux limiti fuq in-numru ta’ ħatriet bħala membru tal-persunal statutorju temporanju. Barra minn hekk, fil-każ ta’ nuqqas mill-persuna li timpjega pubblika li twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikoli 10 u 70 tar-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku, ma jkunx possibbli li dan jiġi suġġett għall-miżuri applikabbli għal persuna li timpjega privata. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza nazzjonali applikabbli jostakolaw il-kisba tal-istatus ta’ persunal statutorju permanenti b’mod ieħor milli permezz tas-suċċess tal-proċedura ta’ selezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-possibbiltà ta’ konverżjoni tal-persunal statutorju temporanju f’persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti, li tirriżulta mill-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), ma hijiex miżura sodisfaċenti għall-ġlieda kontra l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, għaliex ikun possibbli li titneħħa l-pożizzjoni okkupata mill-ħaddiem ikkonċernat jew li jintemmu l-funzjonijiet tiegħu jekk din il-pożizzjoni tingħata lil ħaddiem statutorju permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-possibbiltà għall-amministrazzjoni pubblika li tikkonsolida l-impjieg ta’ membri tal-persunal mhux permanenti jew ta’ persunal temporanju permezz ta’ eżamijiet, prevista mir-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tar-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku, hija l-unika miżura li tista’ tiġġieled kontra l-użu abbużiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi. Madankollu, din il-miżura hija maħsuba bħala sempliċi possibbiltà għall-persuna pubblika li timpjega u tiddependi mis-sempliċi rieda tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-ħames nett, skont il-qorti tar-rinviju, fil-kawża prinċipali, hemm inkwistjoni deċiżjonijiet amministrattivi definittivi bħal ħatriet, deċiżjonijiet ta’ tmiem ta’ funzjonijiet u avviżi ta’ kompetizzjoni kif ukoll deċiżjonijiet definittivi mogħtija minn qrati li jiddeċiedu fl-ewwel u l-aħħar istanza. In-natura definittiva ta’ dawn id-deċiżjonijiet u sentenzi tikkumplika l-irrappurtar, minn ħaddiema għal żmien<?PAGE NO="8"?> determinat, ta’ irregolaritajiet imwettqa mill-amministrazzjoni u, għalhekk, it-twettiq tal-għanijiet tad-Direttiva 1999/70. Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni dwar jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni jeżiġix li jiġu rreveduti sentenzi jew atti amministrattivi definittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT>8 de Madrid (il-Qorti Amministrattiva Nru 8 ta’ Madrid) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>Sitwazzjoni bħal dik deskritta f’din il-kawża (li fiha l-persuna li timpjega pubblika tonqos milli tosserva l-limiti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> legali meħtieġa u permezz ta’ dan tippermetti [relazzjonijiet ta’ xogħol] temporanji suċċessivi, jew iżżomm in-natura temporanja [ta’ relazzjoni ta’ xogħol] billi tibdel it-tip ta’ ħatra minn temporanja għal interim jew ta’ sostituzzjoni), tista’ tinftiehem bħala użu suċċessiv ta’ ħatriet abbużivi u għaldaqstant titqies bħala sitwazzjoni deskritta fil-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, li jidhru fl-Anness tad-Direttiva 1999/70, fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli proċedurali nazzjonali li jeħtieġu mill-ħaddiem temporanju aġir attiv ta’ kontestazzjoni jew ta’ appell (tal-ħatriet u tal-waqfien suċċessivi kollha), kundizzjoni meħtieġa sabiex dan jista’ jaqa’ taħt id-Direttiva Komunitarja, u jkun jista’ jsostni d-drittijiet mogħija lilu mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>B’kunsiderazzjoni tal-fatt li fis-settur pubbliku u fl-eżerċizzju ta’ servizzi essenzjali, in-neċessità li jiġu koperti pożizzjonijiet vakanti, mard, vaganzi hija essenzjalment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>permanenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u minħabba dan ikun neċessarju li jitfassal il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>raġuni oġġettiva<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li jiġġustifika r-reklutaġġ temporanju:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-fatt li l-ħaddiem temporanju jwettaq, [relazzjonijiet ta’ xogħol] interim suċċessivi mingħajr interruzzjoni billi jaħdem il-ġranet kollha tas-sena jew kważi, permezz ta’ ħatriet/sejħiet konsekuttivi u suċċessivi li jiġu estiżi, fuq bażi kompletament stabbli mal-medda tas-snin, u meta dan iseħħ filwaqt li dejjem tiġi ssodisfatta r-raġuni għalfejn ġie msejjaħ, jista’ jinftiehem li jkun kuntrarju għad-Direttiva 1999/70/KE (klawżola 5(1)(a)) u għalhekk li ma teżistix raġuni oġġettiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Difett li huwa espress fil-perċentwali ta’ kuntratt interim fis-settur inkwistjoni, [u/jew] li fih dawn in-neċessitajiet dejjem u bħala regola jiġu koperti minn ħaddiema temporanji, li jinbidlu b’mod stabbli f’element essenzjali fl-iżvilupp tas-settur pubbliku, għandu jinftiehem bħala neċessità permanenti u mhux temporanja u għaldaqstant li ma jaqax taħt ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>raġuni oġġettiva<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li tinsab fil-klawżola 5(1)(a) b’kunsiderazzjoni lejn il-parametri deskritti, jiġifieri l-eżistenza ta’ numru kbir ta’ ħatriet u ta’ sejħiet, li jiġu estiżi matul is-snin, bħall-eżistenza ta’ difett strutturali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Jew jista’ jitqies li, essenzjalment, jeħtieġ sempliċement, sabiex jiġi stabbilit liema huwa l-limitu permess ta’ temporanjetà, li jsir unikament riferiment għas-sens letterali tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-użu ta’ dawn il-ħaddiema temporanji, meta din tipprovdi li jistgħu jiġu maħtura minħabba raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja, b’mod definittiv, sabiex titqies li teżisti raġuni oġġettiva, l-użu tal-ħaddiema għandu jissodisfa dawn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali, u li dan jieqaf milli jkun il-każ u għaldaqstant jeżisti abbuż meta l-użu tagħhom ma jibqax iktar speċifiku, okkażjonali jew ċirkostanzjali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni ta’ raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja bħala raġunijiet oġġettivi għar-reklutaġġ u għat-tiġdid suċċessiv tal-ispeċjalisti informatiċi statutorji temporanji, meta dawn l-impjegati pubbliċi jeżerċitaw b’mod permanenti u stabbli funzjonijiet ordinarji li jsiru mill-impjegati statutorji fissi, mingħajr ma l-Amministrazzjoni li timpjega tistabbilixxi limiti massimi f’dawn il-ħatriet, u mingħajr ma twettaq l-obbligi legali sabiex timla dawn il-pożizzjonijiet u dawn in-neċessitajiet b’uffiċjali fissi, u lanqas ma tistabbilixxi miżura ekwivalenti sabiex tipprevjeni u tevita l-abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol<?PAGE NO="9"?> temporanja suċċessiva, fejn jitwettqu s-servizzi pprovduti mill-impjegati li huma speċjalisti informatiċi statutorji temporanji għal perijodi ta’ żmien, f’dan il-każ għal 17-il sena ta’ servizzi kontinwi, hija konformi mal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, li jidhru fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 u l-interpretazzjonijiet li tagħti dwaru l-Qorti tal-Ġustizzja, huma kompatibbli mal-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), sa fejn tistabbilixxi, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni kriterji oħra, l-eżistenza ta’ raġunijiet oġġettivi fir-rigward tar-raġuni ta’ ħatra, fil-limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> proprju tagħha, jew tiddetermina li huwa impossibbli li jiġi stabbilit terminu ta’ paragun mal-uffiċjal permanenti, billi tirreferi għall-ordinament ġuridiku differenti, għas-sistema ta’ aċċess, jew għall-permanenza stess fil-funzjonijiet tal-uffiċjali permanenti filwaqt li tirreferi għan-natura temporanja tal-funzjonijiet eżerċitati mill-membri tal-persunal interim?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Peress li l-qorti nazzjonali kkonstatat l-abbuż fir-reklutaġġ suċċessiv tal-impjieg pubbliku statutorju temporanju interim għas-servizz ta’ SERMAS, li huwa intiż sabiex ikopri neċessitajiet permanenti u strutturali tal-provvista ta’ servizzi tal-impjegati statutorji fissi, peress li fl-ordinament ġuridiku nazzjonali ma teżisti ebda miżura effettiva sabiex dan l-abbuż jiġi ssanzjonat u li jiġu eliminati l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-qorti nazzjonali li tadotta miżuri effettivi u dissważivi li jiggarantixxu l-effett utli tal-Ftehim Qafas, u għaldaqstant, li tissanzjona dan l-abbuż u telimina l-konsegwenzi tal-ksur ta’ din ir-regola Ewropea, u b’hekk tipprekludi milli tiġi applikata r-regola nazzjonali li timpedixxi dan?</TXT><P>F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, u fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 41 tas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, C‑184/15 u C‑197/15:</P><P>It-trasformazzjoni tar-relazzjoni statutorja ta’ xogħol temporanja interim/eventwali/sostituzzjoni, f’relazzjoni statutorja stabbli, kemm permezz ta’ din il-ħatra bħala impjegat pubbliku fiss kif ukoll għal żmien indeterminat, bl-istess stabbiltà fl-impjieg bħall-impjegati statutorji fissi paragunabbli tkun konformi mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 1999/70/KE, bħala miżura għall-prevenzjoni u għall-issanzjonar tal-abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva u sabiex tiġi eliminata l-konsegwenza tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva, il-konverżjoni tar-relazzjoni statutorja temporanja interim f’relazzjoni għal żmien indeterminat jew fissa tista’ tinftiehem li titwettaq biss skont l-għanijiet tad-Direttiva 1999/70/KE u tal-Ftehim Qafas tagħha, meta l-impjegat statutorju temporanju li jkun bata l-abbuż igawdi mill-istess kundizzjonijiet identiċi ta’ xogħol fir-rigward tal-persunal statutorju fiss (fil-qasam ta’ protezzjoni soċjali, promozzjoni professjonali, ħruġ ta’ pożizzjonijiet vakanti, taħriġ professjonali, leave mingħajr ħlas, sitwazzjonijiet amministrattivi, leave ta’ tip ieħor, drittijiet għall-pensjoni, u waqfien ta’ pożizzjonijiet ta’ xogħol, kif ukoll il-parteċipazzjoni għall-kompetizzjonijiet organizzati sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti u l-promozzjoni professjonali), konformement mal-prinċipji ta’ permanenza u ta’ irremovibbiltà, bid-drittijiet u obbligi inerenti kollha, fuq livell ta’ ugwaljanza mal-ispeċjalisti informatiċi statutorji fissi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Id-dritt Komunitarju jobbliga li ssir reviżjoni ta’ sentenzi/atti amministrattivi definittivi f’dawn iċ-ċirkustanzi deskritti kif ġej, meta jiġu ssodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet meħtieġa fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040113">13 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Kühne &amp; Heitz</NAME.CASE> [(<NO.CASE>C‑453/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:17">EU:C:2004:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)] fid-dritt Spanjol, l-Amministrazzjoni u l-qrati għandhom is-setgħa ta’ reviżjoni, iżda bir-restrizzjonijiet rikonoxxuti li jagħmlu din ir-reviżjoni diffiċli ħafna jew li jkun impossibbli li tintlaħaq; 2) id-deċiżjonijiet ikkontestati saru definittivi bħala konsegwenza ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar/fl-unika istanza; 3) din is-sentenza hija bbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mhux konformi<?PAGE NO="10"?> mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li ġiet adottata mingħajr ma l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ġiet adita b’talba għal deċiżjoni preliminari; u 4) il-persuna kkonċernata kienet indirizzat ruħha quddiem korp amministrattiv malli saret taf b’din il-ġurisprudenza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>Il-qrati nazzjonali bħall-qrati Ewropej li għandhom jiggarantixxu l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri, jistgħu u għandhom jeħtieġu, u jikkundannaw lill-awtorità amministrattiva nazzjonali tal-Istati Membri sabiex – fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom – jadottaw id-dispożizzjonijiet rilevanti sabiex jiġu eliminati r-regoli nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod ġenerali, u mad-Direttiva 1999/70/KE, u mal-Ftehim Qafas tagħha, b’mod partikolari?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑429/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ilhom jaħdmu fid-dipartiment tas-saħħa tal-Komunità ta’ Madrid matul 12 sa 17-il sena skont il-każ, bħala membri tal-persunal statutorju temporanju. Hemmhekk huma jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ kirurgu dentali u kienu s-suġġett ta’ bejn 82 u 227 ħatriet suċċessivi, skont il-każ ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Komunità ta’ Madrid ma inkludietx il-pożizzjonijiet provviżorjament okkupati minn B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fl-offerta ta’ impjieg li tikkorrispondi għas-snin li matulhom saru l-ħatriet rispettivi tagħhom jew matul is-snin sussegwenti jew, fi kwalunkwe każ, sa mhux iktar tard mit-tliet snin sussegwenti għal dawn, kif jeżiġu l-Artikoli 10 u 70 tar-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku. Fil-fatt, matul il-ħmistax-il sena qabel id-deċiżjoni tar-rinviju, ġie ppubblikat avviż ta’ kompetizzjoni wieħed għall-kategorija professjonali ta’ dentisti speċjalisti, f’dan il-każ matul is-sena 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160722">22 ta’ Lulju 2016</DATE>, B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> talbu lill-Komunità ta’ Madrid ir-rikonoxximent tal-kwalità tagħhom ta’ membri tal-persunal statutorju permanenti jew, sussidjarjament, ta’ persunal pubbliku li jibbenefika minn status simili, li fir-rigward tiegħu japplikaw il-prinċipji ta’ permanenza u ta’ irremovabbiltà, minħabba li s-sitwazzjoni tagħhom kienet tmur kontra r-rekwiżiti tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160826">26 ta’ Awwissu 2016</DATE>, il-Komunità ta’ Madrid ċaħdet it-talba tagħhom. Fit-<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, hija ċaħdet ukoll l-appell amministrattiv li huma kienu ppreżentaw kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160826">26 ta’ Awwissu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Juzgado Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT>14 de Madrid (il-Qorti Amministrattiva Nru 14 ta’ Madrid, Spanja). Insostenn ta’ dan, huma jsostnu li l-persuna li timpjegahom tirrikorri b’mod abbużiv għal relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat, sabiex tissodisfa bżonnijiet permanenti u strutturali u billi ġġeddidhom mingħajr raġuni oġġettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li ma jistax jiġi kkontestat li B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ġew ingaġġati fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol suċċessivi ta’ natura differenti u li l-funzjonijiet li huma jeżerċitaw f’dan il-kuntest huma identiċi għal dawk eżerċitati mill-persunal statutorju permanenti. Barra minn hekk, minkejja li dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol jiġu konklużi għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolamenti Qafas, ir-reklutaġġ ta’ B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> huwa intiż li jkopri bżonn permanenti u fit-tul tal-Komunità ta’ Madrid fil-qasam tal-persunal, peress li jikkumpensa defiċit strutturali ta’ dentisti li għandhom status ta’ persunal statutorju permanenti. Fil-fatt, 38.77 % biss tal-ħaddiema fil-kategorija professjonali tad-dentisti speċjalisti huma impjegati bħala persunal statutorju permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi dwar l-eżistenza fid-dritt Spanjol ta’ miżuri li jistgħu jipprevjenu u, jekk ikun il-każ, jissanzjonaw l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi. Hija tistaqsi b’mod partikolari jekk, fis-sitwazzjoni ta’ B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni u l-għoti ta’ kumpens ekwivalenti għal dak imħallas<?PAGE NO="11"?> fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva jistgħux jikkostitwixxu tali miżuri. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li n-natura effettiva u dissważiva tal-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni hija dubjuża, peress li dan ma jkollu ebda effett negattiv għall-persuna pubblika li timpjega li hija responsabbli għall-abbuż. Min-naħa l-oħra, l-għoti ta’ kumpens ekwivalenti għal dak imħallas fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva jissodisfa r-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u ta’ effettività u jkollu effett dissważiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT>14 de Madrid (il-Qorti Amministrattiva Nru 14 ta’ Madrid) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1)</NO.P><TXT>Hija konformi mal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li r-reklutaġġ temporanju [ta’ B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT>] jikkostitwixxi abbuż, sa fejn il-persuna pubblika li timpjega tuża forom differenti ta’ reklutaġġ, kollha temporanji, għat-twettiq[,] b’mod permanenti u stabbli, ta’ funzjonijiet ordinarji li jsiru mill-impjegati statutorji fissi; ikopru difetti strutturali u ħtiġijiet li, fil-fatt, ma humiex provviżorji, iżda permanenti u stabbli? Huwa għalhekk li dan ir-reklutaġġ temporanju hawn deskritt ma huwiex iġġustifikat fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas, bħala raġuni oġġettiva, sa fejn tali użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien iddeterminat jipprekludi direttament it-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim Qafas u l-punti 6 u 8 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali ta’ dan il-ftehim, peress li ċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw tali kuntratti ta’ xogħol għal żmien iddeterminat ma humiex issodisfatti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Hija konformi mal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni ordinarja li għandha l-karetteristiċi deskritti[,] ma hijiex miżura ekwivalenti, u lanqas ma tista’ titqies bħala sanzjoni, peress li ma hijiex proporzjonali għall-abbuż imwettaq, li l-konsegwenza tiegħu huwa t-tmiem tas-servizz tal-ħaddiem temporanju, bi ksur tal-għanijiet tad-Direttiva [1999/70] u ż-żamma tal-qagħda sfavorevoli tal-impjegati statutorji temporanji, u lanqas ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala miżura effettiva minħabba li ma tikkawża l-ebda ħsara lill-persuna li timpjega u lanqas ma tissodisfa kwalunkwe funzjoni dissważiva, u għalhekk ma tikkonformax mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70 peress li ma tiggarantixxix li l-Istat Spanjol jilħaq ir-riżultati stabbiliti [fl-imsemmija] Direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Hija konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70 u mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja [tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)] l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni konformi mal-prinċipju ta’ kompetizzjoni libera ma tikkostitwixxix sanzjoni adegwata sabiex tissanzjona l-abbuż fir-reklutaġġ temporanju suċċessiv, peress li l-leġiżlazzjoni Spanjola ma tipprovdix għal mekkaniżmu ta’ sanzjoni effettiva u dissważiva li ttemm l-abbuż fil-ħatra ta’ persunal statutorju temporanju, u ma tippermettix li dawn il-pożizzjonijiet strutturali jimtlew mill-persunal li kien is-suġġett ta’ abbuż, b’tali mod li s-sitwazzjoni ta’ prekarjetà ta’ dawn il-ħaddiema tippersisti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Hija konsistenti l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li l-konverżjoni ta’ impjiegi tal-ħaddiema temporanji vittmi ta’ abbuż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>għal żmien indeterminat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ma tikkostitwixxix sanzjoni effettiva, sa fejn jistgħu jintemmu l-funzjonijiet ta’ ħaddiem li jkun kiseb dan l-istatus, jew billi l-pożizzjoni tiegħu tiġi koperta permezz ta’ proċedura ta’ selezzjoni jew bit-tneħħija ta’ din il-pożizzjoni, u għalhekk ma hijiex konformi mal-Ftehim Qafas sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien iddeterminat, sa fejn ma jiġix issodisfat l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70 peress li ma tiggarantixxix li l-Istat Spanjol jilħaq ir-riżultati stabbiliti fid-Direttiva?</TXT><?PAGE NO="12"?><P>Minħabba f’din is-sitwazzjoni huwa meħtieġ li wieħed itenni d-domandi li ġejjin magħmula fil-kuntest tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari tat‑<DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>, imressaq mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 8 de Madrid [il-Qorti Amministrattiva Nru 8 ta’ Madrid)] [fil-kuntest tal-Kawża C‑103/18]:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Peress li l-qorti nazzjonali kkonstatat l-abbuż fir-reklutaġġ suċċessiv tal-impjieg pubbliku statutorju temporanju interim għas-servizz ta’ [tal-Komunità ta’ Madrid], li huwa intiż sabiex ikopri neċessitajiet permanenti u strutturali tal-provvista ta’ servizzi tal-impjegati statutorji fissi, peress li fl-ordinament ġuridiku nazzjonali ma teżisti ebda miżura effettiva sabiex dan l-abbuż jiġi ssanzjonat u li jiġu eliminati l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas […] għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-qorti nazzjonali li tadotta miżuri effettivi u dissważivi li jiggarantixxu l-effett utli tal-Ftehim Qafas, u għaldaqstant, li tissanzjona dan l-abbuż u telimina l-konsegwenzi tal-ksur ta’ din ir-regola Ewropea, u b’hekk tipprekludi milli tiġi applikata r-regola nazzjonali li timpedixxi dan?</TXT><P>F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, u fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 41 tas-[sentenza tal‑<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, Mart C‑184/15 u C‑197/15:</P><P>Il-konverżjoni tar-relazzjoni statutorja ta’ xogħol temporanja interim/eventwali/sostituzzjoni, f’relazzjoni statutorja stabbli, permezz ta’ din il-ħatra bħala impjegat pubbliku fiss jew għal żmien indeterminat, bl-istess stabbiltà fl-impjieg bħall-impjegati statutorji fissi paragunabbli, u dan fid-dawl tal-fatt li l-liġi Spanjola tipprojbixxi b’mod assolut, fis-settur pubbliku, il-konverżjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat u ma tinkludix xi miżura effettiva oħra sabiex tevita u, jekk ikun il-każ, tissanzjona l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat, hija konformi mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 1999/70/KE, bħala miżura għall-prevenzjoni u għall-issanzjonar tal-abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva u sabiex tiġi eliminata l-konsegwenza tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva, il-konverżjoni tar-relazzjoni statutorja temporanja interim f’relazzjoni għal żmien indeterminat jew fissa tista’ tinftiehem li titwettaq biss skont l-għanijiet tad-Direttiva 1999/70/KE u tal-Ftehim Qafas tagħha, meta l-impjegat statutorju temporanju li jkun safa vittma tal-abbuż igawdi mill-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol fir-rigward tal-persunal statutorju fiss (fil-qasam ta’ protezzjoni soċjali, promozzjoni professjonali, ħruġ ta’ pożizzjonijiet vakanti, taħriġ professjonali, leave mingħajr ħlas, sitwazzjonijiet amministrattivi, leave ta’ tip ieħor, drittijiet għall-pensjoni, u waqfien ta’ pożizzjonijiet ta’ xogħol, kif ukoll il-parteċipazzjoni għall-kompetizzjonijiet organizzati sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti u l-promozzjoni professjonali), konformement mal-prinċipji ta’ permanenza u ta’ irremovibbiltà, bid-drittijiet u obbligi inerenti kollha, fuq livell ta’ ugwaljanza mal-ispeċjalisti informatiċi statutorji fissi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Fil-każ tal-eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji ta’ impjieg sabiex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet permanenti, mingħajr ma tkun teżisti raġuni oġġettiva, liema kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-ħtieġa urġenti u imperattiva li tiġġustifikahom, fl-assenza ta’ sanzjonijiet jew limiti effettivi fid-dritt nazzjonali [Spanjol], kumpens, ekwiparabbli għal dak li jingħata fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva, bħala sanzjoni adegwata, proporzjonat, effettiva u dissważiva, huwa konformi mal-għanijiet li d-Direttiva 1999/70/KE tipprova tilħaq, bħala miżura għall-prevenzjoni tal-abbuż u sabiex konsegwentement jiġi eliminat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta l-persuna li timpjega ma toffrix pożizzjoni permanenti lill-ħaddiem?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> talbu, permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE>, li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħhom, B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> isostnu, essenzjalment, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma bbażati fuq żbalji li għandhom jiġu rrettifikati u jinkludu formulazzjonijiet li ma ġewx diskussi bejn il-partijiet, jew jikkontradixxu dak li dawn irrikonoxxew. Qabelxejn, il-kumpens lill-persunal pubbliku vittmi ta’ użu abbużiv tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, li l-Avukat Ġenerali semmiet fil-punti 75 sa 78 tal-konklużjonijiet tagħha, ma jeżistix fid-dritt Spanjol. Bl-istess mod, il-mekkaniżmu ta’ sanzjoni effettiva u dissważiva, li l-Avukat Ġenerali semmiet fil-punt 77 tal-konklużjonijiet tagħha, huwa wkoll nieqes f’dan id-dritt, peress li dan tal-aħħar ma jippermettix li tiġi imposta multa fuq l-awtoritajiet amministrattivi. Sussegwentement, il-pożizzjoni, allegatament espressa mill-Avukat Ġenerali fil-punt 85 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-konverżjoni tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien indeterminat għandha ssir, fl-assenza ta’ miżuri oħra, skont proċedura valida, sabiex jiġi ddeterminat b’mod ċar l-ordni tal-ħatriet, tikkostitwixxi element ġdid u huwa indispensabbli li l-partijiet ikollhom il-possibbiltà li jippreżentaw il-pożizzjoni tagħhom f’dan ir-rigward. Fl-aħħar nett, l-Avukat Ġenerali, fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tagħha, introduċiet fatt ġdid li ma huwiex sostnut mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi qieset li l-membri tal-persunal temporanju tal-Komunità ta’ Madrid li kienu vittmi ta’ użu abbużiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi ma jistgħux jaċċedu għall-istabbiltà tal-impjieg, għaliex huma ma tawx prova tal-merti tagħhom u tal-kapaċità tagħhom fil-kuntest ta’ proċedura ta’ selezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta b’dawn il-konklużjonijiet u lanqas bil-motivazzjoni li abbażi tagħha l-Avukat Ġenerali jasal għal dawn il-konklużjonijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191113">13 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>College Pension Plan of British Columbia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:960">EU:C:2019:960</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest għandu jitfakkar ukoll li la l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lanqas ir-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedu l-possibbiltà għall-partijiet jew għall-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dan l-istatut li jippreżentaw osservazzjonijiet bi tweġiba għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali. In-nuqqas ta’ qbil ta’ parti jew ta’ tali parti kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu liema jkunu l-kwistjonijiet li jkun eżamina hemmhekk, ma jistax, konsegwentement, jikkostitwixxi fih innifsu raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191113">13 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>College Pension Plan of British Columbia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:960">EU:C:2019:960</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Isegwi li, sa fejn it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali mressqa minn B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> hija intiża sabiex dawn ikunu jistgħu jwieġbu l-konstatazzjonijiet magħmula mill-Avukat Ġenerali fil-konklużjonijiet tiegħu, din ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Huwa minnu li, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, madankollu, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku nazzjonali, hija għandha bħala prinċipju tibbaża lilha nnifisha fuq il-punti li jirriżultaw mill-qorti tar-rinviju u ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt intern ta’ Stat Membru (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191113">13 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>College Pension Plan of British Columbia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:960">EU:C:2019:960</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, id-deċiżjonijiet tar-rinviju jinkludu l-informazzjoni neċessarja relatata mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Spanjol u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet applikabbli lill-membri tal-persunal pubbliku Spanjoli, li għandha tibbaża ruħha fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija għandha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qrati tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑103/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑103/18, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikseb preċiżazzjonijiet dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din id-domanda tikkonċerna l-fatt li, f’dan il-każ, D. Sánchez Ruiz ġie ngaġġat mill-Komunità ta’ Madrid fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’pożizzjoni vakanti sakemm din tal-aħħar timtela b’mod definittiv, li din il-persuna li timpjega ma osservatx it-terminu, previst mil-leġiżlazzjoni Spanjola, għall-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni intiża sabiex timtela din il-pożizzjoni b’mod definittiv u li din ir-relazzjoni ta’ xogħol għalhekk baqgħet għaddejja għal diversi snin. Barra minn hekk, minn din id-deċiżjoni jirriżulta li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li r-relazzjoni ta’ xogħol tal-persuna kkonċernata ġiet impliċitament estiża sena b’sena. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, minkejja li D. Sánchez Ruiz kien is-suġġett, f’Novembru 1999 u f’Diċembru 2011, ta’ żewġ ħatriet mill-Komunità ta’ Madrid, huwa okkupa b’mod mhux interrott l-istess pożizzjoni ta’ xogħol u eżerċita, b’mod kostanti u kontinwu, l-istess funzjonijiet fis-servizz ta’ din l-istess persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikoprix sitwazzjoni li fiha ħaddiem irreklutat fuq il-bażi ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat, jiġifieri sakemm il-pożizzjoni vakanti li fir-rigward tagħha huwa jkun ġie rreklutat timtela b’mod definittiv, ikun okkupa, fil-kuntest ta’ diversi ħatriet, l-istess pożizzjoni ta’ xogħol b’mod interrott matul diversi snin u jkun eżerċita, b’mod kostanti u kontinwu, l-istess funzjonijiet, bil-konsegwenza tkun iż-żamma b’mod kontinwu ta’ dan il-ħaddiem f’din il-pożizzjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-persuna li timpjega tal-obbligu legali tagħha li torganizza fit-terminu stabbilit proċedura ta’ selezzjoni intiża li timtela l-imsemmija pożizzjoni vakanti b’mod definittiv b’mod li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun impliċitament ġiet estiża sena b’sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-għan tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas huwa li jimplimenta wieħed mill-għanijiet imfittxija mill-imsemmi ftehim, jiġifieri li jiġi rregolat l-użu suċċessiv ta’ kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat, meqjusa bħala sors potenzjali ta’ abbuż għad-detriment tal-ħaddiema,<?PAGE NO="15"?> billi jipprovdi numru ta’ dispożizzjonijiet minimi ta’ protezzjoni intiżi sabiex jiġi evitat li s-sitwazzjoni tal-impjegati ssir iktar prekarja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim qafas, kif ukoll mill-punti 6 u 8 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tal-imsemmi Ftehim qafas, il-benefiċċju tal-istabbiltà tal-impjieg huwa kkonċepit bħala element prinċipali tal-protezzjoni tal-ħaddiema, filwaqt li huwa biss f’ċerti ċirkustanzi li kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jistgħu jissodisfaw kemm il-bżonnijiet tal-persuni li jimpjegaw kif ukoll dawk tal-ħaddiema (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas tobbliga lill-Istati Membri, bil-għan ta’ prevenzjoni abbużiva ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, bl-adozzjoni ta’ miżura jew miżuri elenkati fil-każ fejn id-dritt nazzjonali ma jinkludix miżuri legali ekwivalenti għall-prevenzjoni ta’ tali abbuż (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas tapplika biss fil-preżenza ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tax-xogħol għal żmien determinat suċċessivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Mangold</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:709">EU:C:2005:709</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kücük</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑586/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:39">EU:C:2012:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Baldonedo Martín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑177/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:26">EU:C:2020:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-klawżola 5(2) tal-Ftehim qafas tħalli, fil-prinċipju, f’idejn l-Istati Membri u.jew lill-imsieħba soċjali sabiex jiddeterminaw huma taħt liema kundizzjonijiet kuntratti jew relazzjonijiet tal-impjieg għal żmien determinat għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Baldonedo Martín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑177/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:26">EU:C:2020:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Filwaqt li tali referenza għall-awtoritajiet nazzjonali għall-bżonnijiet tad-definizzjoni tal-arranġamenti konkreti tal-applikazzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> skont il-Ftehim qafas tispjega ruħha mix-xewqa li tiġi ppreżervata d-diversità tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam, għandu madankollu jitfakkar li l-marġni diskrezzjonali kif mogħti lill-Istati Membri ma huwiex illimitat, peress li f’ebda każ ma jista’ jintuża sabiex jiġu kkontestati l-għan jew l-effettività tal-Ftehim qafas. B’mod partikolari, din is-setgħa diskrezzjonali ma għandhiex tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali b’mod li twassalha għal sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal abbużi u għaldaqstant li tmur kontra l-imsemmi għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Istati Membri huma marbuta li jiggarantixxu r-riżultat impost mid-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta mhux biss mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, iżda wkoll mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70, moqri fid-dawl tal-premessa 17 ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Istati Membri, li hemm riferiment għalihom fil-punt 58 ta’ din is-sentenza, huma partikolarment importanti fir-rigward ta’ kunċett prinċipali, bħall-kunċett ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol suċċessivi, li huwa determinanti għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni stess tad-dispożizzjonijiet nazzjonali intiżi sabiex jimplimentaw il-Ftehim qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Kif essenzjalment irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tagħha, il-fatt li jiġi konkluż li ma kienx hemm relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, fis-sens tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas, minħabba s-sempliċi raġuni li l-ħaddiem ikkonċernat, minkejja li kien is-suġġett ta’ diversi ħatriet, okkupa b’mod mhux interrott l-istess pożizzjoni ta’ xogħol għal diversi snin u eżerċita, b’mod kostanti u kontinwu, l-istess funzjonijiet, għalkemm iż-żamma b’mod kontinwu ta’ dan<?PAGE NO="16"?> il-ħaddiem f’pożizzjoni vakanti abbażi ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat hija l-konsegwenza tan-nuqqas ta’ osservanza tal-persuna li timpjega tal-obbligu legali tagħha li torganizza fit-terminu stabbilit proċedura ta’ selezzjoni intiża li timtela l-imsemmija pożizzjoni vakanti b’mod definittiv u li għaldaqstant minħabba dan ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun impliċitament estiża sena b’sena, ikollu r-riskju li jikkomprometti l-għan, il-finalità kif ukoll l-effett utli ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali definizzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tippermetti li jiġu impjegati ħaddiema b’mod prekarju matul diversi snin (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-istess definizzjoni restrittiva jkollha r-riskju li jkollha bħala effett mhux biss l-esklużjoni, fil-prattika, ta’ numru kbir ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat mill-benefiċċju ta’ protezzjoni tal-ħaddiema mfittex mid-Direttiva 1999/70 u mill-Ftehim qafas, billi tinnega l-għan ta’ dawn, iżda wkoll li tippermetti l-użu abbużiv ta’ tali relazzjonijiet mill-impjegati sabiex jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet permanenti u sostenibbli fil-qasam tal-persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑103/18 għandha tkun li l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali ma jistgħux jeskludu mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kuntratti jew relazzjonijiet tal-impjieg suċċessivi għal żmien determinat<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha ħaddiem irreklutat fuq il-bażi ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat, jiġifieri sakemm il-pożizzjoni vakanti li fir-rigward tagħha jkun ġie rreklutat timtela b’mod definittiv, ikun okkupa, fil-kuntest ta’ diversi ħatriet, l-istess pożizzjoni ta’ xogħol b’mod interrott matul diversi snin u jkun eżerċita, b’mod kostanti u kontinwu, l-istess funzjonijiet, bil-konsegwenza tkun iż-żamma b’mod kontinwu ta’ dan il-ħaddiem f’din il-pożizzjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-persuna li timpjega tal-obbligu legali tagħha li torganizza fit-terminu stabbilit proċedura ta’ selezzjoni intiża li timtela l-imsemmija pożizzjoni vakanti b’mod definittiv b’mod li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun ġiet impliċitament estiża sena b’sena.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet sal-ħames domanda fil-Kawża C‑103/18 kif ukoll fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑429/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet sal-ħames domanda tagħhom fil-Kawża C‑103/18 u tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑429/18, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, jekk il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li t-tiġdid suċċessiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat jitqies bħala ġġustifikat minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-punt 1(a) ta’ din il-klawżola, abbażi tar-raġuni unika li dan it-tiġdid ikun jissodisfa r-raġunijiet ta’ reklutaġġ li hemm riferiment għalihom f’din il-leġiżlazzjoni, jiġifieri raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew l-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas għandu jinftiehem bħala li jfisser ċirkustanzi preċiżi u konkreti li jikkaratterizzaw attività partikolari u, għaldaqstant, ta’ natura li jiġġustifikaw f’dan il-kuntest partikolari l-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi. Dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jirriżultaw, b’mod partikolari, min-natura partikolari tal-kompiti li fir-rigward tagħhom tali kuntratti ġew konklużi u mill-karatteristiċi intrinsiċi tagħhom jew, jekk ikun il-każ, mit-tfittxija ta’ għan leġittimu ta’ politika soċjali ta’ Stat Membru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dispożizzjoni nazzjonali li tillimita ruħha li tawtorizza, b’mod ġenerali u astratt permezz ta’ regola leġiżlattiva jew regolament, l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat ma hijiex konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-punt preċedenti tas-sentenza preżenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali dispożizzjoni purament formali ma tippermettix li jiġu identifikati kriterji oġġettivi u trasparenti sabiex jiġi vverifikat jekk it-tiġdid ta’ tali kuntratti jissodisfax effettivament bżonn veru, jekk huwiex ta’ natura li jilħaq l-għan imfittex u jekk huwiex neċessarju għal dan l-iskop. Tali dispożizzjoni tinvolvi għalhekk riskju reali li jsir użu abbużiv minn dan it-tip ta’ kuntratti u għalhekk ma hijiex kompatibbli mal-għan u mal-effettività tal-Ftehim qafas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawżi prinċipali, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tiddetermina b’mod preċiż il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu konklużi l-kuntratti jew ir-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi. Fil-fatt, l-użu ta’ tali kuntratti huwa permess, skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolamenti Qafas, skont il-każijiet, meta jikkonċerna l-provvista ta’ servizzi paritkolari ta’ natura temporanja, awżiljarja jew straordinarja, meta jkun neċessarju sabiex jiżgura t-tħaddim permanenti u kontinwu taċ-ċentri tas-saħħa jew sabiex jingħataw servizzi addizzjonali li jikkumpensaw it-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tispeċifika wkoll li, jekk ikun hemm iktar minn żewġ ħatriet għall-provvista tal-istess servizzi għal tul kumulattiv ta’ tnax-il xahar jew iktar, fuq perijodu ta’ sentejn, l-amministrazzjoni kompetenti għandha teżamina l-kawżi ta’ dawn il-ħatriet u tiddeċiedi jekk għandhiex toħloq pożizzjoni strutturali addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistabbilixxix awtorizzazzjoni ġenerali u astratta sabiex jintużaw kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi, iżda tillimita l-użu ta’ dawn il-kuntratti sabiex jintlaħqu, essenzjalment, bżonnijiet provviżorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sostituzzjoni temporanja ta’ ħaddiem sabiex jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet provviżorji tal-persuna li timpjega f’termini ta’ persunal tista’, bħala prinċipju, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>raġuni oġġettiva<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) ta’ dan il-ftehim qafas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li, f’amministrazzjoni li jkollha persunal sostanzjali, bħas-settur tas-saħħa pubblika, huwa inevitabbli li jkunu neċessarji sostituzzjonijiet temporanji minħabba, b’mod partikolari, l-indisponibbiltà ta’ membri tal-persunal li jkunu ħarġu bil-leave tal-mard, leave tal-maternità, leave tal-ġenituri jew oħrajn. Is-sostituzzjoni temporanja ta’ ħaddiema f’dawn iċ-ċirkustanzi tista’ tikkostitwixxi raġuni oġġettiva fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas, li tiġġustifika kemm iż-żmien determinat tal-kuntratti konklużi mal-persunal statutorju sostitwenti kif ukoll it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti skont l-okkorrenza ta’ bżonnijiet ġodda, bla ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Ftehim qafas f’dan ir-rigward (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-obbligu li jiġu organizzati s-servizzi tas-saħħa sabiex jiġi żgurat bilanċ kostanti bejn l-għadd ta’ membri tal-persunal tal-kura tas-saħħa u l-għadd ta’ pazjenti, huwa tal-amministrazzjoni pubblika u jiddependi minn għadd kbir ta’ fatturi li jistgħu jirriflettu bżonn partikolari għal flessibbiltà li, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 68 ta’ din is-sentenza, hija tali, f’dan is-settur speċifiku, li tiġġustifika oġġettivament, fid-dawl tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas, l-użu ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ma jistax jiġi ammess li kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat jistgħu jiġġeddu bl-għan li, b’mod permanenti u sostenibbli, jitwettqu kompiti fis-servizzi tas-saħħa li jagħmlu parti mill-attività normali tal-persunal ordinarju tal-isptar (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat sabiex jiġu koperti bżonnijiet li huma, fil-fatt, ta’ natura mhux provviżorja iżda permanenti u sostenibbli ma huwiex iġġustifikat fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas sa fejn tali użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat imur direttament kontra l-premessa li fuqha huwa bbażat dan il-ftehim qafas, jiġifieri li l-kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat jikkostitwixxu l-forma ġenerali tar-relazzjonijiet ta’ impjieg, filwaqt li l-kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat huma karatteristika tal-impjieg f’ċerti setturi jew għal ċerti xogħlijiet u attivitajiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>L-osservanza tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas teżiġi għalhekk li jkun jista’ jiġi vverifikat konkretament li t-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal żmien determinat huwa intiż li jkopri bżonnijiet provviżorji u li dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tiġix użata, fil-fatt, sabiex jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet permanenti u sostenibbli tal-persuna li timpjega fil-qasam tal-persunal (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pérez López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:679">EU:C:2016:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qrati tar-rinviju kkonstataw li, fil-prattika, il-ħatriet suċċessivi ta’ D. Sánchez Ruiz u ta’ B. Fernández Álvarez <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ma kinux jissodisfaw sempliċi bżonnijiet provviżorji tal-Komunità ta’ Madrid, iżda kienu intiżi sabiex jissodisfaw bżonnijiet permanenti u sostenibbli fil-qasam tal-persunal fi ħdan is-servizz tas-saħħa ta’ din il-komunità. Fil-fatt, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li, fil-mument tal-preżentata tar-rikorsi tagħhom, dawn il-ħaddiema kienu kollha impjegati mill-Komunità ta’ Madrid għal mill-inqas 12-il sena konsekuttivi, li wħud minnhom kienu s-suġġett ta’ iktar minn 200 ħatra u li huma kienu jwettqu kompiti li jaqgħu taħt l-attività normali tal-persunal li jibbenefika minn status permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li l-qrati tar-rinviju rreferew għall-eżistenza ta’ problema strutturali fis-settur pubbliku tas-saħħa Spanjol, li tissarraf f’perċentwali għolja ta’ ħaddiema temporanji, li jikkostitwixxu, għal din ir-raġuni, element essenzjali tal-funzjonament ta’ dan is-settur kif ukoll f’nuqqas ta’ limiti massimi għan-numru ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi u n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu legali li jimtlew il-pożizzjonijiet temporanjament koperti minn dan il-persunal billi jiġu impjegati ħaddiema għal żmien indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għat-tielet sal-ħames domanda fil-Kawża C‑103/18 u għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑429/18 għandha tkun li l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li t-tiġdid suċċessiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat jitqies bħala ġġustifikat minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-punt 1(a) ta’ din il-klawżola, abbażi tar-raġuni unika li dan it-tiġdid ikun jissodisfa r-raġunijiet ta’ reklutaġġ li hemm riferiment għalihom f’din il-leġiżlazzjoni, jiġifieri raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew l-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja sa fejn tali leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali ma jipprekludux lill-persuna li timpjega kkonċernata milli tirrispondi, fil-prattika, b’tali tiġdid, għal bżonnijiet permanenti u sostenibbli ta’ persunal.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ domanda fil-Kawża C‑103/18 kif ukoll fuq it-tieni, it-tielet, ir-raba’, is-sitt u s-seba’ domanda fil-Kawża C‑429/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Permezz tas-seba’ domanda tagħhom fil-Kawża C‑103/18 kif ukoll tat-tieni, tat-tielet, tar-raba’, tas-sitt u tas-seba’ domanda fil-Kawża C‑429/18, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qrati tar-rinviju jistaqsu lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, dwar jekk ċerti miżuri previsti mid-dritt Spanjol jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu miżuri adegwati għall-finijiet tal-prevenzjoni u, skont il-każ, sabiex tas-sanzjoni ta’ abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, fis-sens tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qrati tar-rinviju jirreferu, b’mod partikolari, għall-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni intiżi sabiex jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema impjegati fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat, għall-konverżjoni tal-istatus tal-ħaddiema li kienu impjegati b’mod abbużiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> u għall-għoti ta’ kumpens ekwivalenti għal dak imħallas f’każ ta’ tkeċċija abbużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas, li għandha l-għan li timplimenta wieħed mill-għanijiet segwiti minnha, jiġifieri li jkun limitat l-użu suċċessiv tal-kuntratti jew tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat, teżiġi, fil-punt 1 tagħha, fir-rigward tal-Istati Membri, l-adozzjoni effettiva u vinkolanti ta’ mill-inqas waħda mill-miżuri elenkati, meta d-dritt intern tagħhom ma jkollux miżuri legali ekwivalenti. Il-miżuri hekk elenkati fil-punt 1(a) sa (ċ) ta’ din il-klawżola, li huma tlieta, jirrigwardaw, rispettivament, raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat, it-tul massimu totali ta’ dawn il-kuntratti jew ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ impjieg suċċessivi u n-numru ta’ tiġdid tagħhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom, f’dan ir-rigward, marġni ta’ diskrezzjoni, peress li għandhom l-għażla li jużaw waħda jew iktar mill-miżuri stabbiliti fil-punt 1(a) sa (ċ) tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas jew miżuri legali eżistenti ekwivalenti, u dan filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet ta’ setturi speċifiċi u/jew ta’ kategoriji ta’ ħaddiema (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas jassenja lill-Istati Membri għan ġenerali, li jikkonsisti fil-prevenzjoni ta’ tali abbuż, filwaqt li jħallilhom l-għażla tal-mezzi sabiex jilħqu dan l-għan, sa fejn ma jikkompromettux l-għan jew l-effettività utli tal-Ftehim qafas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas ma tistabbilixxix sanzjonijiet speċifiċi fil-każ fejn ikunu ġew ikkonstatati abbużi. F’tali każ, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jadottaw miżuri li jridu jkunu ta’ natura mhux biss proporzjonata, iżda wkoll effettivi u dissważivi biżżejjed sabiex jiggarantixxu l-effettività sħiħa tar-regoli adottati skont il-Ftehim qafas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Ftehim qafas ma jistabbilixxix obbligu ġenerali tal-Istati Membri li jipprevedu l-konverżjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat. L-ordinament ġuridiku intern tal-Istat Membru inkwistjoni għandu madankollu jinkludi miżura effettiva oħra sabiex jiġi evitat u, skont il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Andrés u Castrejana López</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/15 u C‑197/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:680">EU:C:2016:680</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Meta jkun sar użu abbużiv minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi, għandha tkun tista’ tiġi applikata miżura li tagħti garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema sabiex tissanzjona b’mod xieraq dan l-abbuż u tħassar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, skont l-istess termini tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70, l-Istati Membri għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>jieħdu xi miżuri neċessarji sabiex ikunu jistgħu f’kull ħin ikunu f’posizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti [minn din] id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, barra minn hekk, li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern, peress li dan il-kompitu jaqa’ fuq il-qrati nazzjonali kompetenti, li għandhom jiddeterminaw jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 5 tal-Ftehim qafas humiex issodisfatti mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina sa fejn il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kif ukoll għall-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt intern jikkostitwixxu miżura adegwata għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, billi tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni preliminari, tista’ madankollu tipprovdi preċiżazzjonijiet li jistgħu jiggwidaw l-imsemmija qrati fl-evalwazzjoni tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li ebda waħda mill-miżuri nazzjonali msemmija fil-punt 82 ta’ din is-sentenza ma tidher li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ miżuri msemmija fil-klawżola 5(1)(a) sa (ċ) tal-Ftehim qafas, intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat, fit-tieni lok, jekk dawn il-miżuri jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens ta’ din il-klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-organizzazzjoni, fit-termini meħtieġa, ta’ proċeduri ta’ selezzjoni intiżi sabiex jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema għal żmien determinat, għandu jiġi osservat li tali miżura hija ta’ natura li tevita li l-istatus prekarju ta’ dawn il-ħaddiema jippersisti, billi jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet li huma jokkupaw jimtlew malajr b’mod definittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-organizzazzjoni fit-termini meħtieġa ta’ tali proċeduri tista’, bħala prinċipju, f’sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevjeni l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi sakemm dawn il-pożizzjonijiet jimtlew b’mod definittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Dan premess, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li, f’dan il-każ, minkejja l-fatt li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi termini preċiżi għall-organizzazzjoni ta’ tali proċeduri, fir-realtà, dawn it-termini ma humiex osservati u dawn il-proċeduri ma humiex frekwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni intiżi sabiex jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema għal żmien determinat kif ukoll termini preċiżi għal dan il-għan, iżda li ma tippermettix li jiġi żgurat li tali proċeduri jkunu effettivament organizzati, ma tidhirx li hija adatta sabiex tipprevjeni l-użu abbużiv, mill-persuna li timpjega kkonċernata, ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi. Tali leġiżlazzjoni lanqas ma tidher adatta sabiex tissanzjona debitament l-użu abbużiv ta’ tali<?PAGE NO="21"?> relazzjonijiet ta’ xogħol u tħassar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, peress li, kif indikaw il-qrati tar-rinviju, l-applikazzjoni tagħha ma jkollha ebda effett negattiv għal din il-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Konsegwentement, bla ħsara għall-verifika mill-qrati tar-rinviju, tali leġiżlazzjoni ma tidhirx li tikkostitwixxi miżura suffiċjentement effettiva u dissważiva sabiex tiggarantixxi l-effettività sħiħa tar-regoli adottati skont il-Ftehim qafas, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 86 ta’ din is-sentenza, u, għaldaqstant, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>miżura legali ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fis-sens tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>L-istess japplika għar-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tar-Regolamenti Bażiċi tal-Persunal Pubbliku, li tipprevedi l-possibbiltà għall-amministrazzjoni li tikkonsolida l-impjieg f’pożizzjonijiet okkupati minn membri tal-persunal mhux permanenti jew persunal temporanju permezz ta’ eżamijiet. Fil-fatt, mill-informazzjoni pprovduta mill-qrati tar-rinviju jirriżulta li din id-dispożizzjoni tipprevedi biss possibbiltà għall-amministrazzjoni, b’tali mod li din ma hijiex obbligata timplimenta l-imsemmija dispożizzjoni, anki meta jkun ġie kkonstatat li hija kienet tirrikorri b’mod abbużiv għall-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-fatt li l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni tipprovdi l-okkażjoni lill-ħaddiema li jkunu ġew impjegati b’mod abbużiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat li jippruvaw jaċċedu għall-istabbiltà tal-impjieg, peress li dawn jistgħu, bħala prinċipju, jipparteċipaw f’dawn il-proċeduri, dan il-fatt ma jistax jeżenta lill-Istati Membri mill-osservanza tal-obbligu li jipprevedu miżura adegwata sabiex jiġi debitament issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti u relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi. Fil-fatt, kif irrilevat essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tagħha, tali proċeduri, li l-eżitu tagħhom huwa inċert, huma miftuħa wkoll għall-kandidati li ma kinux vittmi ta’ tali abbuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li l-organizzazzjoni ta’ tali proċeduri hija indipendenti minn kull kunsiderazzjoni dwar in-natura abbużiva tal-użu ta’ kuntratti għal żmien determinat, hija ma tidhirx li tista’ tissanzjona debitament l-użu abbużiv ta’ tali relazzjonijiet ta’ xogħol u tħassar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, hija ma tidhirx li tista’ tippermetti li jintlaħaq l-għan tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-konverżjoni tal-istatus tal-ħaddiema li kienu impjegati b’mod abbużiv f’relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-qrati tar-rinviju jqisu huma stess li din il-miżura ma tippermettix li jintlaħaq l-għan tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas. Fil-fatt, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li din il-konverżjoni hija bla ħsara għall-possibbiltà għall-persuna li timpjega li tħassar il-pożizzjoni jew li ttemm il-funzjonijiet tal-ħaddiem għal żmien determinat ikkonċernat meta l-ħaddiem issostitwit jerġa’ jassumi l-funzjonijiet tiegħu. Barra minn hekk, kif indikaw il-qrati tar-rinviju, għad-differenza tal-konverżjoni, fis-settur privat, ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, il-konverżjoni tal-istatus tal-ħaddiema għal żmien determinat ikkonċernati f’dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ma tippermettilhomx li jgawdu mill-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol bħall-persunal statutorju permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-għoti ta’ benefiċċju ekwivalenti għal dak mogħti fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva, għandu jitfakkar li, sabiex jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>miżura legali ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fis-sens tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas, l-għoti ta’ benefiċċju għandu jkun speċifikament intiż li jikkumpensa l-effetti tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 86 ta’ din is-sentenza, jeħtieġ ukoll li l-kumpens mogħti jkun mhux biss proporzjonat, iżda wkoll suffiċjentement effettiv u dissważiv sabiex jiggarantixxi l-effettività sħiħa ta’ din il-klawżola.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sa fejn id-dritt Spanjol jippermetti l-għoti ta’ kumpens ekwivalenti għal dak imħallas fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva lill-membri tal-persunal statutorju temporanju vittmi tal-użu abbużiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jiddeterminaw jekk tali miżura hijiex xierqa sabiex tipprevjeni u, jekk ikun il-każ, tissanzjona tali abbuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għas-seba’ domanda fil-Kawża C‑103/18 kif ukoll għat-tieni, għat-tielet, għar-raba’, għas-sitt u għas-seba’ domanda fil-Kawża C‑429/18 għandha tkun li l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, konformement mar-regoli kollha tad-dritt nazzjonali tagħha applikabbli, jekk l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni intiżi li jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema impjegati fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat, il-konverżjoni tal-istatus ta’ dawn il-ħaddiema f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u l-għoti ta’ kumpens ekwivalenti għal dak imħallas fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva jikkostitwixxux miżuri adegwati għall-prevenzjoni u, skont il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda fil-Kawża C‑103/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Mill-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑103/18 jirriżulta li, permezz tat-tieni domanda tagħha f’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-Ftehim qafas għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ użu abbużiv, minn persuna pubblika li timpjega, ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, il-fatt li l-ħaddiem ikkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu għall-istabbiliment ta’ dawn id-diversi relazzjonijiet ta’ xogħol jistax ineħħi, minn din il-perspettiva, kull natura abbużiva tal-aġir ta’ din il-persuna li timpjega, b’tali mod li l-Ftehim qafas ma jkunx applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-formulazzjoni stess tal-klawżola 2(1) tal-Ftehim qafas jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar huwa fformulat b’mod wiesa’ peress li jkopri b’mod ġenerali l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit fil-liġi, fil-ftehim kollettiv jew fil-prattika f’kull Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>ħaddiema għal żmien determinat<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> skont il-Ftehim qafas, stabbilit fil-klawżola 3(1) tiegħu, tinkludi l-ħaddiema kollha, mingħajr ma tagħmel distinzjoni skont il-kwalità pubblika jew privata tal-persuna li timpjegahom u indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-kuntratt tagħhom fid-dritt intern (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Il-Ftehim qafas japplika għalhekk għall-ħaddiema kollha li jipprovdu servizzi bi ħlas fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat li torbothom mal-persuna li timpjegahom, sa fejn dawn ikunu marbuta b’kuntratt ta’ xogħol fis-sens tad-dritt nazzjonali, u bla ħsara biss għall-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mill-klawżola 2(2) tal-Ftehim qafas fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal ċerti kategoriji ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol kif ukoll tal-esklużjoni, skont ir-raba’ paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim qafas, ta’ ħaddiema temporanji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet bl-ebda mod ma jirriżulta li l-applikazzjoni tal-Ftehim qafas hija eskluża meta l-ħaddiem ikun ta l-kunsens tiegħu għall-istabbiliment tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu ma’ persuna pubblika li timpjega.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, tali interpretazzjoni tmur manifestament kontra wieħed mill-għanijiet tal-Ftehim qafas, jiġifieri, kif jirriżulta mill-punt 53 ta’ din is-sentenza, dak li jiġi limitat l-użu suċċessiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat, meqjus bħala sors potenzjali ta’ abbuż għad-detriment tal-ħaddiema, billi jiġu previsti ċertu numru ta’ dispożizzjonijiet protettivi minimi intiżi sabiex tiġi evitata l-prekarjetà tas-sitwazzjoni tal-impjegati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Dan l-għan tal-Ftehim qafas huwa bbażat impliċitament iżda neċessarjament fuq il-premessa li l-ħaddiem, minħabba l-pożizzjoni dgħajfa tiegħu meta mqabbel mal-persuna li timpjega, jista’ jkun il-vittma ta’ użu abbużiv, mill-persuna li timpjega, ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, anki jekk fir-rigward tal-istabbiliment u tat-tiġdid ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol ikun ingħata kunsens liberu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fil-fatt, din is-sitwazzjoni ta’ dgħufija tista’ tiskoraġġixxi ħaddiem milli jinvoka espliċitament id-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-persuna li timpjegah, b’mod partikolari, meta t-talba tagħhom tista’ tesponih għal miżuri meħuda minn din tal-aħħar ta’ natura li jaffettwaw ir-relazzjoni tax-xogħol għad-detriment ta’ dan il-ħaddiem (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jitqies li l-ħaddiema għal żmien determinat huma mċaħħda mill-protezzjoni mogħtija lilhom mill-Ftehim qafas għas-sempliċi raġuni li dawn ikunu taw il-kunsens liberu tagħhom għall-konklużjoni ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, mingħajr ma l-klawżola 5 ta’ dan il-ftehim tiċċaħħad kompletament mill-effett utli tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 108 ta’ din is-sentenza, ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, il-fatt li dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol ikunu ġew stabbiliti permezz ta’ atti amministrattivi minħabba l-kwalità pubblika tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda fil-Kawża C‑103/18 għandha tkun li l-klawżola 2, il-klawżola 3(1) u l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ użu abbużiv, minn persuna pubblika li timpjega, ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, il-fatt li l-ħaddiem ikkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu għall-istabbiliment u/jew għat-tiġdid ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol ma jistax ineħħi, minn din il-perspettiva, in-natura inġusta tal-aġir ta’ din il-persuna li timpjega, b’mod li l-Ftehim qafas ma jkunx applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt u d-disa’ domanda fil-Kawża C‑103/18 kif ukoll fuq il-ħames domanda fil-Kawża C‑429/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt u tad-disa’ domanda fil-Kawża C‑103/18 u tal-ħames domanda fil-Kawża C‑429/18, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq qorti nazzjonali adita b’kawża bejn ħaddiem u l-persuna pubblika li timpjegah li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li ma hijiex konformi mal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas ma hijiex inkundizzjonata u suffiċjentement preċiża sabiex tkun tista’ tiġi invokata minn individwu quddiem qorti nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Impact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:223">EU:C:2008:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Tali dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma jkollhiex effett dirett ma tistax tiġi invokata, bħala tali, fil-kuntest ta’ tilwima li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni kunfliġġenti tad-dritt nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għaldaqstant, qorti nazzjonali ma hijiex obbligata li ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha li tmur kontra l-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Dan premess, għandu jitfakkar li, billi japplikaw id-dritt intern, il-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu li jinterpretawh sa fejn possibbli fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva inkwistjoni sabiex jintlaħaq ir-riżultat intiż minnha u, għaldaqstant, jikkonformaw ruħhom mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 288 TFUE (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali huwa fil-fatt inerenti għas-sistema tat-Trattat minħabba li dan jippermetti lill-qrati nazzjonali jiżguraw, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni meta jiddeċiedu l-kawżi li jitressqu quddiemhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adelener <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tirreferi għall-kontenut ta’ direttiva meta tinterpreta u tapplika r-regoli rilevanti tad-dritt nazzjonali huwa limitat mill-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari dawk taċ-ċertezza legali kif ukoll ta’ nuqqas ta’ retroattività, u ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adelener <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi jeżiġi madankollu li l-qrati nazzjonali jagħmlu dak kollu li jaqa’ taħt il-kompetenza tagħhom, billi jieħdu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu u billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minn dan id-dritt, sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tad-direttiva inkwistjoni u sabiex tinstab soluzzjoni konformi mal-għan imfittex minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adelener <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għas-sitt u għad-disa’ domanda fil-Kawża C‑103/18 kif ukoll għall-ħames domanda fil-Kawża C‑429/18 għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq qorti nazzjonali adita b’kawża bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah pubblika li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li ma hijiex konformi mal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tmien domanda fil-Kawża C‑103/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Permezz tat-tmien domanda tagħha fil-Kawża C‑103/18, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi lill-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà ta’ reviżjoni ta’ sentenzi u ta’ atti amministrattivi relatati ma’ terminazzjonijiet ta’ funzjonijiet u ta’ ħatriet kif ukoll avviżi ta’ kompetizzjoni li saru definittivi sabiex jiġi ggarantit l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija għandha r-responsabbiltà li tiddefinixxi, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tagħti deċiżjoni fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma jkollha ebda relazzjoni mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aragón Carrasco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:487">EU:C:2019:487</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-neċessità li ssir interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi li hija tagħmel jew li, minn tal-inqas, tispjega ċ-ċirkustanzi fattwali li fuqhom huma bbażati dawn id-domandi (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aragón Carrasco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:487">EU:C:2019:487</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-qorti tar-rinviju bl-ebda mod ma ppreċiżat li fil-kawża prinċipali, hija ser ikollha teżamina sentenza mill-ġdid jew tordna korp amministrattiv jeżamina mill-ġdid deċiżjoni ta’ terminazzjoni ta’ funzjonijiet jew ta’ ħatra jew avviż ta’ kompetizzjoni li jkunu saru finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jista’ jiġi dedott mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑103/18, kif ukoll mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Spanjol f’din il-kawża, li l-uniċi ċirkustanzi li fihom il-Komunità ta’ Madrid tista’ eventwalment tbiddel deċiżjonijiet ta’ ħatriet jew ta’ terminazzjoni ta’ funzjonijiet li jkunu saru definittivi huma l-konverżjoni ta’ ħatriet suċċessivi ta’ D. Sánchez Ruiz f’ħatriet bħala membru tal-persunal statutorju permanenti, sabiex jiġi ssanzjonat l-użu abbużiv, minn din il-persuna pubblika li timpjega, ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi. Madankollu, mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li tali konverżjoni hija kategorikament eskluża skont id-dritt Spanjol, peress li l-aċċess għall-istatus ta’ persunal statutorju permanenti huwa possibbli biss wara t-tmiem b’suċċess ta’ proċedura ta’ selezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher b’mod manifest li l-problema mqajma mit-tmien domanda fil-Kawża C‑103/18 hija ta’ natura ipotetika. Għaldaqstant, din id-domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali ma jistgħux jeskludu mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha ħaddiem irreklutat fuq il-bażi ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat, jiġifieri sakemm il-pożizzjoni vakanti li fir-rigward tagħha jkun ġie rreklutat timtela b’mod definittiv, ikun okkupa, fil-kuntest ta’ diversi ħatriet, l-istess pożizzjoni ta’ xogħol b’mod interrott matul diversi snin u jkun eżerċita, b’mod kostanti u kontinwu, l-istess funzjonijiet, bil-konsegwenza tkun iż-żamma b’mod kontinwu ta’ dan il-ħaddiem f’din il-pożizzjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-persuna li timpjega tal-obbligu legali tagħha li torganizza fit-terminu stabbilit proċedura ta’ selezzjoni intiża li timtela l-imsemmija pożizzjoni vakanti b’mod definittiv b’mod li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun ġiet impliċitament estiża sena b’sena.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li t-tiġdid suċċessiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat jitqies bħala ġġustifikat minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-punt 1(a) ta’ din il-klawżola, abbażi tar-raġuni unika li dan it-tiġdid ikun jissodisfa r-raġunijiet ta’ reklutaġġ li hemm riferiment għalihom f’din il-leġiżlazzjoni, jiġifieri<?PAGE NO="26"?> raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew l-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja sa fejn tali leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali ma jipprekludux lill-persuna li timpjega kkonċernata milli tirrispondi, fil-prattika, b’tali tiġdid, għal bżonnijiet permanenti u sostenibbli ta’ persunal.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, konformement mar-regoli kollha tad-dritt nazzjonali tagħha applikabbli, jekk l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni intiżi li jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema impjegati fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat, il-konverżjoni tal-istatus ta’ dawn il-ħaddiema f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> u l-għoti ta’ kumpens ekwivalenti għal dak imħallas fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva jikkostitwixxux miżuri adegwati għall-prevenzjoni u, skont il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-klawżola 2, il-klawżola 3(1) u l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ użu abbużiv, minn persuna pubblika li timpjega, ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, il-fatt li l-ħaddiem ikkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu għall-istabbiliment u/jew għat-tiġdid ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol ma jistax ineħħi, minn din il-perspettiva, in-natura inġusta tal-aġir ta’ din il-persuna li timpjega, b’mod li dan il-ftehim qafas ma jkunx applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ dan il-ħaddiem.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq qorti nazzjonali adita b’kawża bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah pubblika li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li ma hijiex konformi mal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>