|
1.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9577 — Genstar/Oak Hill Capital/Mercer ADV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 329/05)
1.
Fl-24 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Ytal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Genstar Capital Partners, LLC (“Genstar”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Oak Hill Capital Management, LLC (“Oak Hill”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Mercer Advisors Inc. (“Mercer”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
Genstar u Oak Hill jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Mercer kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Genstar: ditta tal-ekwità privata bbażata f’San Francisco, California, li tispeċjalizza f’investimenti f’kumpaniji tas-suq medju fis-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija industrijali u l-industriji tas-software; |
|
— |
Oak Hill: ditta tal-ekwità privata bil-kwartieri ġenerali tagħha fi New York City. |
|
— |
Mercer: ditta indipendenti ta’ ġestjoni tal-ġid. Hija primarjament toffri servizzi lil klijenti sinjuri tal-massa u klijenti b’valur nett għoli u toffri wkoll soluzzjonijiet komprensivi ta’ ġestjoni tal-ġid, inkluż: ippjanar finanzjarju, ġestjoni tal-investiment, ġestjoni ta’ taxxi, ippjanar tad-dħul u l-benefiċji mill-pensjoni, u ġestjoni tal-proprjetà immobbli. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9577 — Genstar/Oak Hill Capital/Mercer ADV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).