31999R2107



Official Journal L 258 , 05/10/1999 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2107/1999

ta' l-4 ta' Ottubru 1999

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" ipprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Irlanda, Spanja u l-Italja bagħtu applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet bħala ismijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi;

(2) Skond l-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament, instab illi l-applikazzjonijiet jilħqu l-ħtiġiet kollha stabbiliti fih u b'mod partikolari li fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu;

(3) Ġew irċevuti mill-Kummssjoni numru ta' dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament rigward l-isem "Imokilly Regato", wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3]. Ġiet irċevuta kjarifika dwar il-punti mqajma fl-oġġezzjonijiet u l-Istati Membri interessati jsibu dan sodisfaċenti. L-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ma ġiet sottomessa skond dan l-Artikolu rigward l-ismijiet l-oħra wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [4];

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiġu rreġistrati fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(5) L-Anness ma' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1645/1999 [6],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma' hawn huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u rreġistrati bħala ismijiet ta' l-oriġini protetti (IOP) jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Ottubru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10.

[3] ĠU C 343, tal-11.11.1998, p. 5.

[4] ĠU C 343, tal-11.11.1998, p. 3; ĠU C 405, ta' l-24.12.1998, p. 7; ĠU C 4, tas-7.1.1999, p. 5.

[5] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[6] ĠU L 195, tat-28.7.1999, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-Laħam frisk

SPANJA

Il-Lechazo de Castilla y León (IĠP)

L-Iġbna

l-IRLANDA

L-Imokilly Regato (DPO)

Iż-Żjut u x-xaħmijiet

Iż-Żejt taż-żebbuġa

SPANJA

Il-Priego de Córdoba (DPO

Is-Sierra Mágina (DPO)

L-ITALJA

Il-Lamezia (DPO)

Il-Ħut, il-molluski, il-krustaċji friski u l-pprodotti bażati fuq…

l-IRLANDA

Il-Clare Island Salmon (IĠP)

--------------------------------------------------