|
20.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/29 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2014
tat-12 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 329(3) u t-tielet subparagrafu ta' 352(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 358(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-dawl tal-mandat li jinsab fir- Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tiġi żviluppata firxa ta' metodi sabiex jirriflettu riskji oħra, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti tal-fondi proprji ta' istituzzjonijiet, “b'mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet u l-warrants”, huwa xieraq li jitfasslu approċċi b'livelli differenti ta' sofistikazzjoni u tas-sensittività għar-riskju li jistgħu jkunu adattati għal profili differenti ta' istituzzjonijiet. Huwa, għalhekk, xieraq li jkun hemm provvediment għal dawn it-tliet modi ta' kumplessità dejjem tiżdied biex ikejjel riskji non-delta ta' opzjonijiet u ċertifikati: (i) l-approċċ issimplifikat; (ii) l-approċċ delta-plus; u (iii) l-approċċ abbażi tax-xenarju. Dan il-qafas ibbażat fuq tliet approċċi fil-biċċa l-kbira jimplimenta qafas tar-riskju non-delta previst mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), b'aġġustamenti meħtieġa biex jieħu kont tar- Regolament (UE) Nru 575/2013. Dak għandu l-benefiċċju miżjud li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-regoli tal-Unjoni u l-istandards minimi miftiehma internazzjonalment. |
|
(2) |
Peress li hemm bżonn li l-istituzzjonijiet li qed japplikaw l-approċċ delta-plus jiġu pprovdut bil-possibbiltà li jittrattaw l-opzjonijiet mhux kontinwi b'mod aktar sensittiv għar-riskju, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jikkombinaw l-approċċi pprovduti għall-kejl tar-riskju ta' opzjonijiet u ċertifikati taħt ċerti kundizzjonijiet, mhux biss fi ħdan gruppi iżda wkoll fi ħdan entitajiet ġuridiċi individwali. Madankollu, sabiex tiġi evitata l-possibilità ta' applikazzjoni selettiva ta' approċċi minn istituzzjonijiet bil-ħsieb li jiġu mminimizzati r-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom, il-kombinazzjoni ta' approċċi fuq bażi individwali għandha tkun permessa biss bil-kundizzjoni li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kamp tal-applikazzjoni ta' kull approċċ qabel jibdew jużawha, biex tiġi applikati b'mod konsistenti matul iż-żmien. |
|
(3) |
Ir-riskji non-delta relatati ma' opzjonijiet u ċertifikati jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, riskji li jirriżultaw minn bidliet fil-gamma tal-istrument msemmija bħala “riskju gamma” jew “riskju tal-konvexxità” kif stabbilit fl- Artikolu 4(1)(a) ta' dan ir-Regolament, ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet f'Vega tagħha msemmija bħala “riskju vega” riskju jew “riskju ta' volatilità” kif stipulat fl- Artikolu 4(1)(b) ta' dan ir-Regolament, ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet fir-rati tal-imgħax imsemmija bħala “riskju tar-rata tal-imgħax” jew “riskju rho”, nonlinearitajiet li ma jistgħux jiġu maqbuda minn riskju gamma u r-riskju tal-korrelazzjoni impliċita fuq basket tal-opzjonijiet jew taċ-ċertifikati. Minn dawk ir-riskji, huma biss ir-riskji gamma u vega li għandhom tali materjalità li jiġġustifikaw l-impożizzjoni taar-rekwiziti kapitali tal-fondi proprji, anki għal istituzzjonijiet aktar kumplessi, u għalhekk huma biss dawk it-tipi ta' riskji li għandhom ikunu koperti fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet li jiksbu permess minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tagħhom biex jużaw mudell intern sabiex jikkalkulaw id-delta. Madankollu, l-użu tal-approċċi tar-riskju non-Delta għandu jkun immonitorjat u vvalutat skont ir-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet stabbiliti bil-proviżjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Barra minn hekk, il-kumplessità akbar tal-approċċ abbażi tax-xenarji jeħtieġ monitoraġġ aktar mill-qrib minn awtoritajiet kompetenti u għalhekk, l-użu tiegħu mill-istituzzjonijiet għandu jkun suġġett għal kundizzjonijiet speċifikati ta' applikazzjoni, kemm qabel l-ewwel użu tiegħu kif ukoll fuq bażi kontinwa. |
|
(4) |
Peress li l-Artikolu 330 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar it-trattament tal-iswaps tar-rati tal-imgħax fissi għal varjabbli japplika biss “għall-finijiet tar-riskju tar-rati tal-imgħax”, m'għandux jiġi kkunsidrat għal ċerti strumenti finanzjarji bħal swaptions. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi dawn kollha jittrattaw il-kejl tar-riskji non delta ta' opzjonijiet u ċertifikati relatati ma' titoli sottostanti differenti. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar dan is-suġġett f'Regolament uniku. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju non delta ta' opzjonijiet u ċertifikati
1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq fir-rigward tar-riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati kif meħtieġ mill-Artikolu 329(3), l-Artikolu 352(6) u l-Artikolu 358(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:
|
(a) |
l-approċċ simplifikat kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament; |
|
(b) |
l-approċċ delta plus kif stipulat fl-Artikoli 4, 5 u 6 ta' dan ir-Regolament; |
|
(c) |
l-approċċ abbażi tax-xenarji kif stipulat fl-Artikoli 7, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament. |
2. Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkombinaw l-użu ta' approċċi differenti. Fil-livell individwali, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumbinaw biss l-approċċ abbażi tax-xenarji u l-approċċ delta plus soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 9.
3. Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:
|
(a) |
jaqsmu l-basktijiet ta' opzjonijiet jew ċertifikati fil-komponenti fundamentali tagħhom; |
|
(b) |
jaqsmu l-limiti massimi u minimi jew opzjonijiet oħra marbuta mar-rati tal-imgħax f'dati differenti, f'katina separata ta' opzjonjijiet indipendenti b'referenza għal perjodi ta' żmien (“caplet” u “floorlets”); |
|
(c) |
l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati jiġu ttrattati skont swaps tar-rati tal-imgħax fissi għal varjabbli f'opzjonijiet jew iċ-ċertifikati fuq il-parti tal-imgħax fiss tal-iswap; |
|
(d) |
jittrattaw opzjonijiet jew ċertifikati li għandhom x'jaqsmu ma' aktar minn titolu wieħed sottostanti fost dawk deskritti fl-Artikolu 5(3), bħala basket ta' opzjonijiet jew ċertifikati fejn kull opzjoni għandha titolu sottostanti uniku distint. |
Artikolu 2
Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' approċċ simplifikat
L-istituzzjonijiet li jixtru biss opzjonijiet u ċertifikati jistgħu jużaw biss l-approċċ simplifikat.
Artikolu 3
Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji skont l-approċċ issimplifikat
1. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ sempliċi għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji relattivi għal riskji non-delta ta' sejħa u opzjonijiet put jew ċertifikati bħala l-ogħla ammont bejn żero u d-differenza bejn il-valuri li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont gross, kif deskritt fil-paragrafi 2 sa 5; |
|
(b) |
ammont delta ekwivalenti ponderat għar-riskju, li għandu jiġi kkalkolat bħala l-valur tas-suq tal-istrument sottostanti, immoltiplikat bid-delta u mbagħad immoltiplikat b'wieħed mill-ponderazzjonijiet rilevanti li ġejjin:
|
2. Għal opzjonijiet jew ċertifikati li jaqgħu taħt waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji, l-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun stabbilit skont il-paragrafi 3 sa 4:
|
(a) |
meta x-xerrej ikollu d-dritt mhux ikkondizzjonat li jixtri l-assi sottostanti bi prezz predeterminat fid-data ta' skadenza jew fi kwalunkwe żmien qabel id-data tal-iskadenza, u fejn il-bejjiegħ għandu l-obbligu li jissodisfa d-domanda tax-xerrej (“opzjoni jew ċertifikati eżerċitabbli sempliċi”) |
|
(b) |
meta x-xerrej ikollu d-dritt mhux ikkondizzjonat li jbigħ l-assi sottostanti bl-istess mod bħal ma ġie deskritt fil-punt (a) (“opzjoni jew ċertifikati put sempliċi”) |
3. L-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bħala massimu bejn żero u l-valur tas-suq tat-titolu sottostanti immultiplikat bis-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tar-riskju tas-suq speċifiku u ġenerali għat-titolu sottostanti li minnu jitnaqqas l-ammont tal-profitt, jekk ikun hemm, li jirriżulta mill-eżekuzzjoni immedjata tal-opzjoni (“favorevoli”) meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-opzjoni jew iċ-ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinbiegħ l-assi sottostanti (“put twil”) u jkun ikkombinat ma' parteċipazzjoni fl-assi sottostanti (“pożizzjoni twila fi strument sottostanti”); |
|
(b) |
l-opzjoni jew iċ-ċertifikat tinkorpora d-dritt li jinxtaral-assi sottostanti (“sejħa twila”) u tkun ikkombinata ma' wegħda li jinbiegħu parteċipazzjonijiet fl-istrument sottostanti (“pożizzjoni qasira fl-assi sottostanti”) |
4. Fejn l-opzjoni jew iċ-ċertifikat tinkorpor d-dritt li jintara l-assi sottostanti (“sejħa twila”) jew id-dritt li jinbiegħ l-assi sottostanti (“put twila”), l-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-inqas wieħed miż-żewġ ammonti li ġejjin:
|
(a) |
il-valur tas-suq tat-titolu sottostanti immultiplikat bis-somma tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tar-riskju tas-suq għall-assi sottostanti; |
|
(b) |
il-valur tal-pożizzjoni ddeterminat bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq jew il-metodu ta' valwazzjoni skont mudell kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 104(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“valur tas-suq tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat”). |
5. Għat-tipi kollha tal-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati li ma għandhomx il-karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 2, l-ammont gross imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-valur tas-suq tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat.
Artikolu 4
Ħarsa ġenerali lejn id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-approċċ Delta-plus
1. Fejn l-istituzzjonijiet jagħżlu li japplikaw approċċ Delta-plus, għal opzjonijiet u ċertifikati li gamma tagħhom tkun funzjoni kontinwa fil-prezz tas-sottostanti u l-vega tagħhom tkun funzjoni kontinwa f'il-volatilità impliċita (“opzjonijiet u ċertifikati kontinwi”), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji non-delta fuq l-opzjonijiet jew ċertifikati għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirrelataw mad-derivattiva parzjali ta' delta b'referenza għall-prezz ta' sottostanti, li għall-opzjonijiet tal-bonds jew ċertifikati hija d-derivattiva parzjali tad-delta b'referenza għar-redditu sal-maturità tal-bond sottostanti, u għall-iswapzjonijiet hija d-derivattiva parzjali tad-delta b'referenza għar-rata tal-iswap; |
|
(b) |
ir-rekwiżit li jirrigwarda l-ewwel derivattiva parzjali tal-valur ta' opzjoni jew ċertifikat, b'referenza għall-volatitilà impliċita. |
2. Il-volatilità impliċita għandha titqies li hija l-valur tal-volatilità fil-formola tal-ipprezzar ta' opzjoni jew ta' ċertifikat li għaliha, minħabba ċertu mudell tal-ipprezzar u minħabba l-livell tal-parametri osservabbli l-oħra kollha tal-ipprezzar, il-prezz teoretiku tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat hu ugwali għall-valur tiegħu fis-suq, fejn il-'valur tas-suq' hu mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(4).
3. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji non-delta relatati ma' opzjonijiet jew ċertifikati mhux kontinwi għandhom jiġu determinat kif ġej:
|
(a) |
meta l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati ikunu inxtraw, peress li l-ammont massimu bejn żero u d-differenza bejn il-valuri li ġejjin:
|
|
(b) |
meta l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati ikunu nbiegħu, peress li l-massimu bejn żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:
|
4. Il-valur għall-gamma u l-vega użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' mudell addattat tal-ipprezzar kif imsemmi fl-Artikolu 329(1), l-Artikolu 352(1) u l-Artikolu 358(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn jew il-gamma jew il-vega ma jistax jiġi kkalkulat skont dan il-paragrafu, ir-rekwiżit tal-kapital fuq ir-riskji non-delta għandu jkun ikkalkulat skont il-paragrafu 3.
Artikolu 5
Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju gamma skont l-approċċ Delta-plus
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju Gamma għandhom ikunu kkalkulati bi proċess li jikkonsisti f'sekwenza ta' passi li ġejjin:
|
(a) |
għal kull għażla opzjoni jew ċertifikat individwali għandu jiġi kkalkulat impatt gamma; |
|
(b) |
l-impatti gamma ta' opzjonijiet jew ċertifikati individwali li jirreferu għall-istess tip distint sottostanti għandhom jiġu magħduda; |
|
(c) |
il-valur assolut tas-somma tal-valuri negattivi kollha li jirriżultaw minn pass (b) għandu jipprovdi rekwiżiti ta' fondi proprji għar-risku gamma. Il-valuri pożittivi li jirriżultaw minn pass (b) għandhom jiġu injorati. |
2. Għall-fini ta' dan il-pass f'punt (a) tal-paragrafu 1, l-impatti gamma għandhom jiġu kkalkolati bi qbil mal-formula deskritta fl-Anness I.
3. Għall-finijiet ta' dan il-pass f'punt (b) tal-paragrafu 1, tip distint sottostanti għandu jkun:
|
(a) |
għal rati tal-imgħax fl-istess munita: kull faxxa ta' żmien ta' maturità kif stipulat fit-Tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(b) |
għall-ekwitajiet u indiċi ta' stokks: kull suq kif definit fir-regoli li għandhom jiġu żviluppati skont l-Artikolu 341(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(c) |
għal muniti barranin u deheb: kull munita par u deheb; |
|
(d) |
għal komoditajiet: komoditajiet kkunsidrati identiċi kif definit fl-Artikolu 357(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Artikolu 6
Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju vega skont l-approċċ Delta-plus
Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a), ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju vega għandhom ikunu kkalkulati bi proċess li jikkonsisti f'sekwenza ta' passi li ġejjin:
|
(a) |
Għal kull opzjoni individwali għandu jiġi ddeterminat il-valur ta' vega; |
|
(a) |
Għal kull opzjoni individwali għandha tiġi kkalkulata fuq ċaqliqa preunta ta' ± 25 % fil-volatitilà impliċita, fejn il-volatilità impliċita għandha tinftiehem bil-mod deskritt fl-Artikolu 4(2); |
|
(b) |
Għal kull opzjoni individwali li il-valur vega li jirriżulta mill-pass f'punt (a) għandu jiġi mmultiplikat biċ-ċaqliqa preżunta tal-volatilità impliċita li tirriżulta mill-pass f'punt (b); |
|
(c) |
għal kull tip distint sottostanti, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3), il-valuri li jirriżultaw mill-pass f'punt (c) għandhom jiġu magħduda. |
|
(d) |
is-somma tal-valuri assoluti li jirriżultaw mill-pass f'punt (d) għandha tipprovdi r-rekwiżit ta' fondi proprji totali għar-riskju vega. |
Artikolu 7
Il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-approċċ abbażi tax-xenarji
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw approċċ abbażi tax-xenarji fejn dawn jissodisfaw r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a) |
huma jkollhom unità stabbilita ta' kontroll ta' riskju li timmonitorja r-riskju tal-portafoll tal-opzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tirrapporta r-riżultati lill-maniġment; |
|
(b) |
huma jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'ambitu predefinit ta' skoperturi li jkunu koperti b'dan l-approċċ b'mod konsistenti matul iż-żmien; |
|
(c) |
dawn jintegraw ir-riżultati tal-approċċ abbażi tax-xenarji fir-rappurtar intern lill-maniġment tal-istituzzjoni. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-pożizzjonijiet preċiżi li huma suġġetti għall-approċċ abbażi tax-xenarji, inkluż it-tip ta' prodott jew id-desk identifikat u l-portafoll, l-approċċ partikolari tal-ġestjoni tar-riskju li japplika għal pożizzjonijiet bħal dawn, l-applikazzjoni dedikata tal-IT li tapplika għal pożizzjonijiet bħal dawn, u ġustifikazzjoni għal l-allokazzjoni ta' dawk il-pożizzjonijiet għall-approċċ abbażi tax-xenarji, fir-rigward ta' dawk il-pożizzjonijiet allokati għal approċċi oħra.
Artikolu 8
Definizzjoni tal-matriċi tax-xenarji skont l-approċċ abbażi tax-xenarji
1. Għal kull tip sottostanti distint, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), istituzzjoni għandha tiddefinixxi matriċi tax-xenarji li fih sett ta' xenarji.
2. L-ewwel dimensjoni tal-matriċi tax-xenarji għandha tkun it-tibdiliet fil-prezzijiet tat-titolu sottostanti 'il fuq jew 'l isfel mill-valur attwali tiegħu. Din il-firxa ta' tibdiliet għandha tikkonsisti f'dan li ġej:
|
(a) |
għall-opzjonijiet jew ċertifikati tar-rati tal-imgħax, b'żieda/tnaqqis preżunti tat-tidiliet fir-rati tal-imgħax stipulati fil-kolonna 5 tat-tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(b) |
għal opzjonijiet jew ċertifikati fuq l-ekwità jew indiċi ta' ekwità, b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar speċifikat fl-Artikolu 343 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
Għar-rati tal-kambju u opzjonijiet tad-deheb jew ċertifikati, b'żieda/tnaqqis tal-ippear indikat fl-Artikolu 351 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn xieraq, b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar indikat fl-Artikolu 354 tar-Regolament (UE) NNru 575/2013; |
|
(d) |
għal opzjonijiet ta' komoditajiet (ċertifikati), b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar indikat fil-punt (a) tal-Artikolu 360(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
3. Ix-xenarji tal-bidla fil-prezz tat-titolu sottostanti għandhom ikunu definiti minn grilja ta' mill-inqas seba' punti li tinkludi l-osservazzjoni attwali u taqsam il-firxa indikata fil-paragrafu 2 f'intervalli spazjati b'mod ugwali.
4. It-tieni dimensjoni tax-xenarji tal-matriċi għandha tkun definita permezz ta' bidliet fil-volatilità. Il-firxa tal-bidliet fil-volatitilà għandha tkun bejn ± 25 % tal-volatilità impliċita, fejn il-volatilità impliċita għandha tinftiehem kif imsemmi fl-Artikolu 4(2). Dik il-firxa għandha tinqasam fi grilja ta' mill-inqas tliet punti li jinkludu bidla ta' 0 % u fejn il-firxa tkun maqsuma f'intervalli spazjati b'mod ugwali.
5. Il-matriċi tax-xenarji huma determinati permezz tal-kombinazzjonijiet kollha possibbli tal-punti, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4. Kull kombinazzjoni għandha tikkostitwixxi xenarju uniku.
Artikolu 9
Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-approċċ abbażi tax-xenarji
Skont l-approċċ abbażi tax-xenarji, ir-rekwiżit ta' fondi proprji fuq riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati għandu jiġi kkalkulat permezz ta' proċess li jikkonsisti fis-sekwenza ta' passi li ġejjin:
|
(a) |
Għal kull opzjoni jew ċertifikat individwali, ix-xenarji kollha msemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu applikati sabiex jiġu kkalkulati qligħ jew telf netti simulati li jikkorrispondu għal kull xenarju. Dik is-simulazzjoni għandha ssir bl-użu ta' metodi ta' rivalutazzjoni sħiħa, billi jiġu ssimulati l-bidliet fil-prezz bl-użu ta' mudelli ta' prezzijiet mingħajr ma tistrieħ fuq approssimazzjonijiet lokali ta' dawk il-mudelli; |
|
(b) |
għal kull tip distint sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-valuri miksuba bħala riżultat ta-kalkolu f'punt (a) u li jirreferu għal xenarji individwali għandhom jiġu aggregati; |
|
(c) |
għal kull tip distint sottostanti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), “sitwazzjoni rilevanti” għandha tiġi kkalkulata bħala x-xenarju li għalihom il-valuri iddeterminati fil-pass (b) jirriżultaw fl-akbar telf, jew l-anqas qligħ jekk ma jkunx hemm telf; |
|
(d) |
għal kull tip distint sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom jiġu kkalkolati b' konformità mal-formula deskritta fl-Anness II; |
|
(e) |
ir-rekwiżit totali ta' fondi proprji fil-każ tar-riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati għandu jkun is-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji miksuba mill-kalkolu kif imsemmi fil-pass (d) għat-tipi kollha sottostanti distinti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3). |
Artikolu 10
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(3) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal- Artikolu 5(2)
Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 5(2):
Gamma impact = ^ × Gamma × VU2
fejn VU:
|
(a) |
għal opzjonijiet jew warrants fuq rati ta' interess jew bonds huwa indaqs għall-bidla preżunta fir-rendita indikata fil-kolonna 5 tat-Tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(b) |
għal opzjonijiet jew warrants u indiċijiet ta' ekwità il-valur tas-suq tas-sottostanti mmultiplikat bil-ponderazzjoni indikata fl-Artikolu 343 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
għal opzjonijiet jew warrants f'munita barranija u deheb huwa ekwivalenti għall-valur tas-suq tas-sottostanti, kkalkulat fil-munita tar-rappurtar u mmultiplikat bl-ippeżar indikat fl-Artikolu 351 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew — jekk xieraq — il-ponderazzjoni indikata fl-Artikolu 354 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(d) |
għal opzjonijiet jew warrants ta' kommoditajiet huwa ekwitivalenti għall-vaur tas-suq tas-sottostanti mmultiplikat bil-ponderazzjoni indikata fil-punt (a) tal-Artikolu 360.1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
ANNESS II
Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 9(d)
Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 9(d)
Ir-rekwiżit ta' fondi proprji = – min (0,PC-DE)
fejn
|
(a) |
PC (“Price Change” — bidla fil-press) hija s-somma ta' bidliet fil-prezz tal-opzjonijiet bl-istess tip sottostanti distint mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3) (sinjal negattiv (-) għat-telf u sinjal pożittiv (+) għall-qligħ) u li tikkorrispondi għax-xenarju rilevanti determinat fil-pass (c) tal-Artikolu 8.2; |
|
(b) |
DE tfisser “delta effect” u huwa kkalkulat kif ġej: DE = ADEV × PPCU |
fejn
|
(i) |
ADEV (“aggregated delta equivalent value”) hija s-somma tad-deltas negattivi jew pożittivi, immultiplikata bil-valur tas-suq tas-sottostanti tal-kuntratt, tal-opzjonijiet li għandhom l-istess tip sottostanti distint mifhuma bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3); |
|
(ii) |
PPCU (“percentage price change of the underlying”) hija l-bidla perċentwali fil-prezz tas-sottostanti mifhuma bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3), li jikkorrispondi għax-xenarju rilevanti ddeterminat fil-pass (c) tal-Artikolu 8.2. |