|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/181 |
26.1.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/181
tat-12 ta’ Diċembru 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi I tal-Ftehim
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 (2). |
|
(2) |
Il-Ftehim ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Artikolu 12(1) tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”) jista’ jadotta deċiżjonijiet li għandhom, mad-dħul fis-seħħ tagħhom, jorbtu lill-Partijiet. |
|
(4) |
L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim. |
|
(5) |
Huwa xieraq li terġa’ tinkiseb il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli għall-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni u tal-Konfederazzjoni Żvizzera wara r-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) permezz tad-Direttivi (UE) 2023/958 (5) u (UE) 2023/959 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(6) |
Il-Kumitat Konġunt, waqt id-disa’ laqgħa tiegħu, jew aktar kmieni permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, mistenni jadotta Deċiżjoni li temenda l-Anness I tal-Ftehim. Dik id-Deċiżjoni se tkun vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(7) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emenda tal-Anness I tal-Ftehim. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, sabiex jinżammu l-kompatibbiltà u l-integrità tas-suq taż-żewġ sistemi tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra konnessi u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Fehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom waqt id-disa’ laqgħa tiegħu, jew qabel permezz tal-proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-emenda tal-Anness I ta’ dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ebda deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 tal-10 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 322, 7.12.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2240/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 43, 16.2.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/219/oj).
(4) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).
(5) Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/958/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj).
ABBOZZ
ID-DEĊIŻJONI NRU 1/2025 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM
ta’ …
fir-rigward tal-emenda tal-Anness I tal-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt (2) tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kollegament iffissati fil-Ftehim u ppermetta li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim. |
|
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti li temenda jew li tadotta leġiżlazzjoni ta’ rilevanza għall-Ftehim, inkluż id-dritt li tadotta miżuri protettivi aktar stretti. |
|
(4) |
Id-Direttivi (UE) 2023/958 (3) u (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emendaw id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) bil-ħsieb li jallinjaw il-kontribut tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) ma’ tnaqqis domestiku nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif maqbul mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2020. |
|
(5) |
Fis-7 laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2024, il-Kumitat Konġunt qabel li jkopri l-emendi għall-Anness I tal-Ftehim li jirriżultaw mir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE permezz ta’ aġġornament wieħed ta’ dakl-Anness fl-2025. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ żviluppi kbar fiż-żewġ skemi ta’ skambju tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 13(7) tal-Ftehim, huwa xieraq li jiġu riflessi l-bidliet regolatorji li jirriżultaw mir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fil-kriterji essenzjali stabbiliti fl-Anness I tal-Ftehim billi dak l-Anness jiġi emendat sabiex tinżamm il-kompatibilità taż-żewġ skemi ta’ skambju tal-emissjonijiet, tiġi żgurata l-integrità tas-suq, u tiġi eskluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Partijiet A u B tal-Anness I tal-Ftehim huma ssostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, fi …
Għall-Kumitat Konġunt
Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea
Il-President
Is-Segretarju tal-Iżvizzera
(1) ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/2240/oj.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 68, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1359/oj).
(3) Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/958/oj).
(4) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj).
(5) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).
ANNESS
Il-Partijiet A u B tal-Anness I tal-Ftehin huma sostitiwiti b’dan li ġej:
|
“A. |
Kriterji essenzjali għal installazzjonijiet stazzjonarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
B. |
Kriterji essenzjali għall-avjazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/181/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)