Official Journal L 102 , 17/04/1999 P. 0070 - 0072
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/1999 tas-16 ta ‘April 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2148/96 f’dak li jirrigwardja l-Anness III IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabilixxi l-fatturi li għandhom jkunu kkunsidrati fil-kontijiet annwali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ l-intervent fil-forma ta’ ħażna pubblika mill-Fond Agrikolu Ewropew ghall-Gwida u Garanzija (FAEGG), is-Sezzjoni tal-Garanzija [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi r-Regolament (KEE) Nru 3492/90 jistabbilixxi l-prinċipji għad-dħul ta’ ħażniet agrikoli fi ħażna ta’ l-intervent pubbliku jiddaħħlu fil-kontijiet u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/96 [2] li jistabbilixxi r-regoli għall-evalutazzjoni u l-monitoraġġ tal-ħażnien ta’ l-intervent pubbliku ta’ prodotti agrikoli; Billi r-ross għandu jkun inkluż fir-Regolament (KEE) Nru 2148/96 li jistabbilixxi r-regoli għall-evalutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ haniet ta’ l-intervent pubbliku ta’ prodotti agrikoli; Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-FAEGG, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Punt III ta’ l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2148/96 hu mibdul b’dan li ġej: "III. III. ĊEREALI U ROSS A. Proċedura tal-ispezzjoni fiżika 1. L-għażla tal-kaxex jew tal-imħażen li għandhom ikunu vverifikati, li jirrapreżentaw mill-inqas 5 % tal-kwantità totali taċ-ċereali jew ross fil-ħażna pubblika. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq ir-reġistri tal-ħażniet ta’ l-aġenzija, imma dak li jieħu ħsieb il-maħżen m’għandhux ikun infurmat. 2. Spezzjoni fiżika: - il-verifika tal-preżenza ta’ ċereali jew tar-ross fil-kaxex jew fl-imħażen kif magħżula, - l-identifikazzjoni taċ-ċereali jew tar-ross, - il-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-ħażna t-tqabbil tal-punt tal-ħażna u tal-identità taċ-ċereali jew tar-ross mar-reġistri tal-maħżen, - l-evalwazzjoni tal-kwantitajiet maħżuna permezz ta’ metodu preċedentament approvat mill- aġenzija ta’ l-intervent, li d-deskrizzjoni tagħhom għandha tkun ippreżentata fl-uffiċju prinċipali. 3. Pjanta tal-maħżen u l-qisien ta’ kull fossa jew maħżna għandha tkun disponibbli f’kull punt tal-ħażna. Iċ-ċereali jew ir-ross għandhom jiġu maħżuna b’tali mod li l-volum tagħhom jkun jista’ jiġi vverifikat. B. Proċedura ta’ meta jinstabu d-diskrepanzi Tolleranza żgħira hi permissibli waqt il-kontroll tal-volum. L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika meta l-piż tal-prodotti maħżuna kif irreġistrati matul l-ispezzjoni fiżika jkun differenti mill-piż tal-ktieb bi 5 % jew aktar għaċ-ċereali u 6 % jew aktar għar-ross fil-każ ta’ ħażna fil-fosos jew maħżna fuq l-art. Meta ċ-ċereali jew ir-ross ikunu maħżuna f’imħażen, il-kwantitajiet miżuna mad-dħul għall-ħażna jistgħu jkunu rreġistrati minflok dawk li jirriżultaw minn estimi tal-volum jekk dan ta’ l-aħħar ma jipprovdix grad ta’ eżattezza li jkun meqjus adekwat u d-differenenza bejn iż-żewġ figuri ma tkunx eċċessiva. L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tagħmel użu minn din l-għażla meta tkun iġġustifikata b’ċirkostanzi, fuq il-bażi ta’ każ b’każ u fuq ir-reponsabilita tagħha stess. Għandha tindika li tkun għamlet hekk fir-rapport tagħha." +++++ TIFF +++++ Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 16 ta' April 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 337, ta’ l-4.12.1990, p. 3. [2] ĠU L 288, tad-9.11.1996, p. 6. --------------------------------------------------