European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1889

19.9.2025

LINJA GWIDA (UE) 2025/1889 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Lulju 2025

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (BĊE/2025/28)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2), l-ewwel u r-raba’ inċiżi, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill Governattiv approva l-politika tal-Eurosistema dwar l-aċċess minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji għal sistemi ta’ pagament operati minn banek ċentrali u għal kontijiet tal-bank ċentrali. Skont il-politika, bħala prinċipju ġenerali, tali aċċess għandu jingħata lil fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha meħtieġa ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Abbażi ta’ din il-politika, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/222 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2025/2) (1) fis-27 ta’ Jannar 2025.

(2)

Skont il-politika tal-Eurosistema msemmija hawn fuq, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas mhux bankarji jistgħu jiġu ammessi bħala parteċipanti fis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Express Transfer (TARGET) fuq bażi simili, għalkemm mhux ekwivalenti, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-aċċess għat-TARGET, fuq talba, huwa ristrett għal entitajiet li għandhom rabta dimostrabbli mal-mandat primarju tal-Eurosistema skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat, li l-prestazzjoni tiegħu tiddependi fuq sistemi ta’ pagament effiċjenti. Il-kompitu tal-Eurosistema fir-rigward tal-promozzjoni tal-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagament skont l-Artikolu 127(2), ir-raba’ inċiż, tat-Trattat huwa marbut mill-qrib mal-mandat primarju tagħha peress li l-implimentazzjoni effettiva tal-politika monetarja tiddependi fuq sistemi ta’ pagament effiċjenti. Filwaqt li, għalhekk, huwa essenzjali li jingħata aċċess, fuq talba, għat-TARGET lil dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma t-tnejn eliġibbli biex isiru parteċipanti fit-TARGET u jaderixxu mal-proċedura ta’ applikazzjoni applikabbli, dan mhux dejjem ikun il-każ għal kontropartijiet tal-politika mhux monetarja bħal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji. Għalhekk, l-aċċess għat-TARGET għandu jingħata lill-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas mhux bankarji fuq bażi diskrezzjonali.

(3)

Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ meħud madwar l-Eurosistema dwar l-ammissjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji bħala parteċipanti fit-TARGET, id-diskrezzjoni tal-banek ċentrali tal-Eurosistema li jirrifjutaw talba minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarju biex isir parteċipant fit-TARGET għandha tiġi delimitata sabiex il-banek ċentrali tal-Eurosistema jkunu jistgħu jirrifjutaw biss talba għall-parteċipazzjoni fit-TARGET minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarju meta dan jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli skont id-Deċiżjoni (UE) 2025/222 (BĊE/2025/2) u/jew il-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (2).

(4)

Iż-żamma ta’ kont bankarju ċentrali minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarju teħtieġ it-tqegħid ta’ fondi meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi tas-saldu. Fid-dawl ta’ dan, u biex jittaffa t-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja u tal-prezzijiet, l-Eurosistema għandha timponi limitu massimu ta’ żamma fuq kontijiet miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji. Il-bilanċ, jew il-parteċipazzjonijiet, f’kontijiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ biex jiġu ssodisfati dawn l-obbligi. Sabiex titnaqqas xejra persistenti ’l fuq f’dawn l-ammonti, il-BĊE għandu jirrevedi l-metodu ta’ kalkolu applikat u l-kontijiet inklużi fil-kalkolu f’intervalli speċifikati.

(5)

Skont il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi taż-żona tal-euro”) jistgħu jipprovdu kreditu mil-lum għall-għada permezz ta’ faċilità ddedikata għall-kriżijiet lill-kontropartijiet ċentrali sakemm tkun ġiet sottomessa talba lill-Kunsill Governattiv u tkun ġiet approvata minnu. Sabiex jiġi żgurat aċċess fil-pront għal kreditu mil-lum għall-għada jekk ikun hemm bżonn, huwa meħtieġ u xieraq li tiġi stabbilita faċilità ta’ kreditu dedikata (minn hawn ’il quddiem il-“faċilità ta’ kreditu tas-CCP”) biex tippermetti lill-BĊNi taż-żona tal-euro jagħtu aċċess għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP lil CCPs li jissodisfaw ċerti rekwiżiti mingħajr il-ħtieġa li l-ewwel jitolbu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv. Għalhekk, f’każijiet fejn is-CCPs eliġibbli li ma jkollhomx liċenzja bankarja jew aċċess għall-faċilitajiet ta’ self marġinali ma jkunux irrimborżaw kreditu intraġurnata fi tmiem jum, huma jistgħu jaċċedu għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP billi awtomatikament jirriportaw il-kreditu intraġurnata pendenti.

(6)

Id-Deċiżjoni (UE) 2025/1734 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2025/29) (3) tistabbilixxi rekwiżiti relatati mas-salvagwardji dwar is-solidità finanzjarja u l-ġestjoni tajba tar-riskju tal-likwidità li jridu jiġu rrispettati mis-CCPs eliġibbli. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li, sabiex jinkiseb aċċess għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP, is-CCPs taż-żona tal-euro jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni (UE) 2025/1734 (BĊE/2025/29).

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti operazzjonali relatati mal-aċċess għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-penali applikabbli f’każijiet fejn CCP tonqos milli tirrimborża kreditu mil-lum għall-għada. Fl-istess ħin, minħabba li l-operaturi tas-sistemi komponenti tat-TARGET mhumiex kompetenti biex jivvalutaw il-konformità tas-CCPs eliġibbli mar-rekwiżiti relatati mas-salvagwardji dwar is-solidità finanzjarja u l-ġestjoni tajba tar-riskju tal-likwidità, id-dispożizzjonijiet relatati ma’ dawk ir-rekwiżiti, kif ukoll mal-penali applikabbli relatati mas-salvagwardji, huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2025/1734 (BĊE/2025/29). Madankollu, għandu jkun hemm komunikazzjoni suffiċjenti bejn l-operaturi tas-sistemi komponenti tat-TARGET u l-funzjoni tal-bank ċentrali tal-ħruġ tal-banek ċentrali tal-Eurosistema biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta’ ne bis in idem.

(8)

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li funzjonalità ta’ saldu bejn il-muniti fis-servizz ta’ saldu ta’ ħlas istantanju tat-TARGET (TIPS) hija konformi mal-objettivi strateġiċi tal-Eurosistema. Għalhekk ġiet introdotta faċilità ddedikata għat-trasferiment tal-kreditu magħrufa bħala l-faċilità ta’ trasferiment tal-kreditu “one-leg out” [b’komponent wieħed barra] (OLO) biex tippermetti li jintbagħtu u jiġu riċevuti pagamenti lejn jew minn sistemi oħra.

(9)

Mill-5 ta’ Ottubru 2025, TIPS se tkun kapaċi wkoll topera fuq bażi ta’ bejn il-muniti, sabiex ordnijiet ta’ ħlas istantanji li joriġinaw f’waħda mill-muniti bl-użu tal-pjattaforma TIPS għas-saldu jkunu jistgħu jiġu kkreditati f’kont denominat f’munita differenti disponibbli għas-saldu fuq il-pjattaforma TIPS.

(10)

Jeħtieġ li jkun hemm allinjament bejn id-data li minnha japplikaw l-emendi introdotti minn din il-Linja Gwida u d-data tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2025/1734 (BĊE/2025/29) biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(11)

Jeħtieġ ukoll li jiġu introdotti ċerti reviżjonijiet editorjali għal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8).

(12)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt (18a) li gej:

“(18a)

‘faċilità ta’ kreditu tal-kontroparti ċentrali’ (faċilità ta’ kreditu tas-CCP);”;

(b)

jiddaħħal il-punt (26a) li gej:

“(26a)

‘kontroparti ċentrali eliġibbli’ (CCP eliġibbli);”;

(c)

jiddaħħal il-punt (43a) li gej:

“(43a)

‘fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji’;”;

(d)

jiddaħħal il-punt (63a) li gej:

“(63a)

‘TARGET Instant Payment Settlement (TIPS) ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu b’komponent wieħed barra’ (ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO);”;

2.

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jipprovdu aċċess għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP lil CCPs eliġibbli, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, il-Parti II, l-Artikolu 10(5).”

;

3.

fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu 8a ġdid:

“8a.   Jekk aċċess ta’ CCP eliġibbli għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP huwa limitat, sospiż jew itterminat għal raġunijiet ta’ prudenza skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2025/1734 (BĊE/2025/29), il-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti għandu, fir-rigward ta’ aċċess għall-kreditu intraġurnata, jimplimenta dik id-deċiżjoni skont dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti.”

;

4.

fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-BĊi tal-Eurosistema għandhom ineħħu d-detenturi ta’ BIC indirizzabbli u l-partijiet aċċessibbli li huma entitajiet imsemmija fl-Anness I, il-Parti I, l-Artikolu 4(2), il-punt (da), mill-kontijiet tagħhom stess, bl-eċċezzjoni tal-partijiet aċċessibbli msemmija fl-Anness I, il-Parti VII, l-Artikolu 7.”

;

5.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal din il-Linja Gwida;

6.

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi taż-żona tal-euro.

2.   Il-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-6 ta’ Ottubru 2025. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Awwissu 2025.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Deċiżjoni (UE) 2025/222 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar l-aċċess minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji għal sistemi ta’ pagament operati minn bank ċentrali tal-Eurosistema u kontijiet tal-bank ċentrali (BĊE/2025/2) (ĠU L, 2025/222, 6.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/222/oj).

(2)  Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/912/oj).

(3)  3. Deċiżjoni (UE) 2025/1734 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Lulju 2025 dwar salvagwardji fir-rigward tal-aċċess minn kontropartijiet ċentrali għall-kreditu mil-lum għall-għada tal-Eurosistema fit-TARGET (BĊE/2025/29) (ĠU L, 2025/1734, 13.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1734/oj).


ANNESS I

L-Anness I għal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Parti I hija emendat kif gej:

(a)

Fl-Artikolu 3, huwa miżjud il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   TARGET tippermetti li l-pagamenti istantanji bejn il-muniti jintbagħtu jew jiġu riċevuti minn sistemi ta’ pagament eliġibbli interoperabbli f’muniti oħra li joperaw fi flus tal-bank ċentrali u bl-użu tal-pjattaforma TIPS. Sistemi ta’ pagament eliġibbli f’muniti oħra huma dawk li huma proprjetà ta’ u/jew operati minn banek ċentrali li ffirmaw ftehim ta’ parteċipazzjoni f’munita mal-BĊi tal-Eurosistema, li jippermettilhom jużaw il-pjattaforma TIPS bħala bażi teknika biex jissaldaw pagamenti istantanji.”

;

(b)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(2)   [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala parteċipanti:

(a)

dipartimenti tat-teżor ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;

(b)

korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;

(c)

(i)

ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii)

ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(d)

entitajiet li jimmaniġġjaw AS u li jaġixxu f’dik il-kapaċità;

(da)

fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas mhux bankarji stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(e)

istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tat-tipi elenkati fil-punti (a) sa (da), fiż-żewġ każijiet meta dawn ikunu stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun daħlet fi ftehim monetarju li jippermetti aċċess minn kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet għal sistemi ta’ pagament fl-Unjoni soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u dment li r-reġim legali rilevanti li japplika fil-pajjiż ikun ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.”

;

(c)

fl-Artikolu 5(1), jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

jekk l-applikant ikun entità msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), il-konformità ma’ (i) id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali rilevanti li jimplimentaw l-Artikolu 35a(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); u (ii) il-proċeduri stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 35a(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

(*1)  Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2366/oj).”;"

(d)

fl-Artikolu 5(2) jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

jekk l-applikant ikun entità msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), għall-finijiet ta’ konformità mal-Artikolu 5(1), il-punt (h), jew dikjarazzjoni maħruġa mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jew dikjarazzjoni debitament iffirmata kif approvat mill-korp maniġerjali kompetenti tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji, fi kwalunkwe każ li tikkonferma l-konformità minn tali entità ma’: (i) il-kundizzjonijiet għat-talba ta’ parteċipazzjoni f’sistemi ta’ pagament nominati, kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 35a(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; u (ii) il-proċeduri kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 35a(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.”;

(e)

fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   Parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da),għandu jissottometti lil [daħħal isem il-BĊ] darba fis-sena dikjarazzjoni ffirmata kif approvata mill-korp maniġerjali kompetenti tiegħu li tikkonferma l-konformità kontinwa mill-parteċipant mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(2), il-punt (f), u l-konformità kontinwa mill-parteċipant mar-rekwiżit li jimplimenta kontrolli tas-sigurtà adegwati biex jipproteġi s-sistemi tiegħu minn aċċess u użu mhux awtorizzati kif stabbilit fl-Artikolu 20(1). [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun intitolat li jivverifika l-informazzjoni pprovduta f’tali dikjarazzjoni u jitlob kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li raġonevolment iqis meħtieġa.”

;

(f)

jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:

“Artikolu 13a

Ammonti massimi ta’ parteċipazzjoni f’kontijiet miżmuma mill-parteċipanti msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (da) u penali għall-ksur tagħhom

1.   Il-fondi totali miżmuma fi tmiem il-jum ta’ negozju minn parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), fil-kontijiet kollha li jkollu ma’ [daħħal isem il-BĊ] ma għandhomx jaqbżu ammont massimu ta’ parteċipazzjoni kkalkolat f’konformità mat-termini stabbiliti hawn taħt. Il-fondi msemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx jinkludu fondi miżmuma minn parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), f’kontijiet miżmuma għall-finijiet tal-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS jew il-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS.

2.   L-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

Meta parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), ikun ilu jopera għal perjodu ta’ 12-il xahar qabel l-applikazzjoni tiegħu biex jiftaħ kont fit-TARGET, l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni għandu jkun id-doppju tal-valur massimu tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus saldati ħerġin inkluż, fejn rilevanti, ordnijiet ta’ trasferiment tas-sistema anċillari iżda esklużi t-trasferimenti ta’ likwidità tal-parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), fi kwalunkwe jum ta’ negozju matul il-perjodu preċedenti ta’ 12-il xahar kalendarju. Il-parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), għandu jinkludi l-kalkolu dettaljat ta’ dak l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni fl-applikazzjoni tiegħu lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jipparteċipa fit-TARGET.

(b)

Meta parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), ma jkunx ilu jopera għal perjodu ta’ 12-il xahar qabel l-applikazzjoni tiegħu biex jiftaħ kont fit-TARGET, l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni għandu jkun id-doppju tal-valur massimu totali mistenni ta’ tali parteċipant tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ħerġin inkluż, fejn rilevanti, ordnijiet ta’ trasferiment tas-sistema anċillari iżda esklużi t-trasferimenti ta’ likwidità. Il-parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), għandu jinkludi l-kalkolu dettaljat tiegħu tal-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni propost fl-applikazzjoni tiegħu biex jiftaħ kont fit-TARGET.

(c)

Fil-perjodu ta’ 12-il xahar wara l-ftuħ tal-ewwel kont attiv tat-TARGET, [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkalkula mill-ġdid l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni għal kull parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), kull xahar matul l-ewwel trimestru bl-użu tal-valur massimu attwali tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus saldati ħerġin inkluż, fejn rilevanti, ordnijiet ta’ trasferiment tas-sistema anċillari iżda esklużi t-trasferimenti ta’ likwidità, mill-ftuħ tal-kont. Minn hemm’ il quddiem il-kalkolu mill-ġdid għandu jsir kull tliet xhur. Tali ammont massimu ta’ parteċipazzjoni kkalkulat mill-ġdid għandu japplika mill-jum ta’ negozju li jmiss wara li l-kalkolu mill-ġdid jiġi nnotifikat lil kull NB-PSP mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] u sal-kalkolu mill-ġdid li jmiss.

(d)

Wara l-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar wara l-ftuħ tal-ewwel kont attiv tat-TARGET, [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkalkula mill-ġdid l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni darba fis-sena. Il-kalkolu mill-ġdid għandu jkun ibbażat fuq il-valur massimu totali attwali tal-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus ħerġin ta’ parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), inklużi, fejn rilevanti, ordnijiet ta’ trasferiment tas-sistema anċillari iżda esklużi t-trasferimenti ta’ likwidità matul il-perjodu preċedenti ta’ 12-il xahar fit-TARGET u l-informazzjoni pprovduta lil [daħħal l-isem tal-BĊ] skont il-punti (a) u (b).

(e)

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jikkalkula mill-ġdid l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni fuq bażi ad hoc, fil-każ ta’ bidla sinifikanti fil-valuri tas-saldu ta’ parteċipant msemmija fl-Artikolu 4(2), il-pun (da), li tkun imminenti jew li tkun diġà seħħet u li tista’ tikkawża nuqqas ta’ konformità mal-ammont ta’ parteċipazzjoni massimu rilevanti. Kwalunkwe kalkolu mill-ġdid bħal dan għandu jsir f’konformità mal-punt (b).

3.   Fil-każ li l-fondi totali fil-kontijiet ta’ parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), jeċċedu l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni applikabbli, tali parteċipant għandu jieħu passi immedjati biex inaqqas il-fondi totali miżmuma għall-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni jew inqas. Jekk tali tnaqqis ma jkunx possibbli minħabba pagament li jidħol ftit qabel it-tmiem tal-jum ta’ negozju, it-tnaqqis għandu jsir mingħajr dewmien żejjed wara l-bidu tal-jum ta’ negozju li jmiss.

4.   Meta parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), ikun parteċipant dirett f’sistema ta’ pagament li tkun sistema anċillari fit-TARGET, u jiddependi fuq il-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS jew proċeduri ta’ saldu ta’ TIPS AS, dan il-parteċipant għandu jirrapporta lil [daħħal l-isem tal-BĊ] fuq bażi ta’ kull xahar kemm il-massimu kif ukoll il-medja tal-parteċipazzjonijiet mil-lum għall-għada ta’ kuljum fuq il-kontijiet tekniċi rilevanti tas-sistema anċillari tat-TARGET. Tali parteċipant għandu jirrapporta wkoll, fuq bażi ta’ kull xahar, l-ammonti massimi u medji tal-obbligi tas-saldu ta’ kuljum tiegħu pproċessati fis-sistema anċillari korrispondenti.

5.   Fil-każ li parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), jonqos milli jikkonforma mal-paragrafi 1 sa 3, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jimponi penali bir-rata ta’ 0,03 % fuq l-ammont totali li jeċċedi l-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni miżmum fil-kontijiet kollha minn dak il-parteċipant fi tmiem il-jum ta’ negozju fit-TARGET, u penali addizzjonali ta’ kuljum ta’ EUR 1 000 għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità.

6.   Il-kontijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati mhux aktar tard minn 12-il xahar wara s-6 ta’ Ottubru 2025, u mill-inqas darba kull tliet snin minn hemm’ il quddiem. Il-metodi għall-kalkolu tal-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni deskritti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rieżaminati mhux aktar tard minn 12-il xahar wara s-6 ta’ Ottubru 2025, u mill-inqas darba kull tliet snin minn hemm’ il quddiem.”

;

(g)

fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-ordnijiet ta’ pagament istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO għandhom jitqiesu mdaħħla fit-TARGET- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u rrevokabbli fil-mument li l-fondi rilevanti fuq it-TIPS DCA tal-parteċipant jew fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS tiegħu jkunu riżervati;”;

(h)

L-Artikolu 21 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Skema ta’ Kumpens

Jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARAGET, ordni ta’ trasferiment ta’ flus kontanti ma tkunx tista’ tiġi saldata fl-istess jum ta’ negozju li fih ġiet aċċettata, jew ma setgħatx tiġi aċċettata, [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri li jikkumpensa lill-parteċipant ikkonċernat f’konformità mal-proċedura speċjali stabbilita fl-Appendiċi II.”

;

(i)

fl-Artikolu 25, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 7 li ġejjin:

“6.   Jekk parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), ma jkunx irrimedja nuqqas ta’ konformità materjali mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13a, [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina l-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt (b) u/jew fil-punt (c) tal-paragrafu 2. B’deroga mill-paragrafu 2, [daħħal isem il-BĊ] jista’ jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET b’avviż ta’ xahar u għandu jimponi penali addizzjonali ta’ darba ta’ EUR 1 000 għal kull kont magħluq. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kull wieħed minn dawn li ġejjin għandu jitqies, fost l-oħrajn, bħala avveniment ta’ nuqqas ta’ konformità materjali:

(a)

ksur sistematiku jew ripetut tal-limitu tal-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni rilevanti, inkluż iżda mhux limitat għal ksur li jinvolvi ammont sinifikanti li jeċċedi l-limitu tal-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni rilevanti; u

(b)

nuqqas ta’ tnaqqis tal-ammont miżmum fil-kontijiet rilevanti għall-ammont massimu ta’ parteċipazzjoni jew inqas sa tmiem il-jum ta’ negozju wara l-jum ta’ negozju li fih jiġu riċevuti l-fondi.

(c)

nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jiġu rrapportati fuq bażi ta’ kull xahar kemm l-investimenti massimi kif ukoll dawk medji ta’ kuljum ta’ mil-lum għall-għada fil-kontijiet tekniċi rilevanti tas-sistema anċillari tat-TARGET u l-ammonti massimi u medji tal-obbligi tas-saldu ta’ kuljum tagħha pproċessati fis-sistema anċillari korrispondenti.

7.   Jekk parteċipant imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (da), jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(7) [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina l-parteċipazzjoni ta’ dak il-parteċipant fit-TARGET fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt (b) u/jew fil-punt (c) tal-paragrafu 2. B’deroga mill-paragrafu 2, il-parteċipant għandu jingħata avviż ta’ xahar.”

;

2.

Il-Parti II hija emendat kif gej:

(a)

L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ftuħ u mmaniġġjar ta’ MCA

1.   [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiftaħ u jopera mill-inqas MCA wieħed għal kull parteċipant, ħlief meta l-parteċipant ikun AS li mhix CCP eliġibbli li tuża biss proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS jew ta’ TIPS AS, f’liema każ l-użu ta’ MCA għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-AS.

2.   Għall-fini tas-saldu tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja kif stabbilit fi [daħħal ir-referenza għad-Dokumentazzjoni Ġenerali], u s-saldu tal-imgħax mill-politika monetarja u operazzjonijiet oħra ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ], il-parteċipant għandu jinnomina MCA primarju miżmum ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

3.   L-MCA primarju indikat f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jintuża wkoll għall-finijiet li ġejjin:

(a)

ir-remunerazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 12 tal-Parti I, sakemm il-parteċipant ma jkunx indika parteċipant ieħor fit-TARGET-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għal dak il-għan;

(b)

l-għoti ta’ kreditu intraġurnata, fejn applikabbli.

(c)

l-għoti ta’ kreditu mil-lum għall-għada lil CCPs eliġibbli permezz tal-faċilità ta’ kreditu tas-CCP, fejn applikabbli.

4.   Kwalunkwe bilanċ negattiv fuq MCA primarju ma għandux ikun inqas mil-linja ta’ kreditu (jekk tingħata). Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu fuq MCA li ma jkunx MCA primarju.”

;

(b)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.   [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jipprovdi aċċess għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP lil CCPs eliġibbli, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 139(2), il-punt (c), tat-Trattat flimkien mal-Artikoli 18 u 42 tal-Istatut tas-SEBĊ u [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 1(1) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)]. CCPs eliġibbli huma dawk li f’kull ħin rilevanti:

(a)

ikunu awtorizzati bħala CCPs f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b)

ikunu entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d);

(c)

ikunu stabbiliti fiż-żona tal-euro;

(d)

ikollhom aċċess għal kreditu intraġurnata.

(e)

jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mas-salvagwardji fuq is-sodizza finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2025/1734 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2025/29) (*2);

(f)

jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mas-salvagwardji għall-ġestjoni tajba tar-riskju tal-likwidità f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2025/1734 (BĊE/2025/29).;

(*2)  Deċiżjoni (UE) 2025/1734 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Lulju dwar salvagwardji fir-rigward tal-aċċess minn kontropartijiet ċentrali għall-kreditu mil-lum għall-għada tal-Eurosistema fit-TARGET (BĊE/2025/29) ĠU L, 2025/1734, 13.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1734/oj.”;"

(c)

fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 7 huma mħassra;

(d)

L-Artikolu 11 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Kollateral eliġibbli għal kreditu

Il-kreditu intraġurnata, u l-aċċess għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP, għandhom ikunu bbażati fuq kollateral eliġibbli. Il-kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti fl-istess assi eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta’ valutazzjoni u ta’ kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw ir-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”

;

(e)

jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:

“Artikolu 12a

Proċedura ta’ estensjoni tal-kreditu għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP

1.   Ir-rata tal-imgħax applikata għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP għandha tkun ir-rata tal-faċilità ta’ self marġinali.

2.   In-nuqqas minn CCP eliġibbli li mhijiex kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u li ma għandha l-ebda aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali li tirrimborża l-kreditu intraġurnata fi tmiem il-jum għandu awtomatikament jitqies bħala talba minn dik is-CCP eliġibbli għal aċċess għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP. Jekk dik is-CCP eliġibbli jkollha aktar minn MCA wieħed jew DCAs wieħed jew aktar, kwalunkwe bilanċ ta’ tmiem il-jum f’dawk il-kontijiet għandu jitqies għall-fini tal-kalkolu tal-ammont tar-rikors tal-entità għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP. Dan ma għandu jiskatta l-ebda rilaxx ekwivalenti ta’ assi depożitati minn qabel bħala kollateral għall-kreditu intraġurnata pendenti sottostanti.

3.   In-nuqqas minn CCP eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 li tirrimborża kreditu mil-lum għall-għada għal kwalunkwe raġuni għandha tagħmel lil dik is-CCP responsabbli għall-penali li ġejjin:

(a)

jekk is-CCP eliġibbli tonqos milli tirrimborża l-kreditu mil-lum għall-għada għall-ewwel darba fi kwalunkwe perijodu ta’ 12-il xahar, allura din is-CCP għandha ġġarrab imgħax ta’ penali kkalkulat b’rata ta’ ħames punti perċentwali ogħla mir-rata tal-faċilità ta’ self marġinali fuq l-ammont ta’ tali bilanċ ta’ debitu;

(b)

jekk is-CCP eliġibbli tonqos milli tirrimborża l-kreditu mil-lum għall-għada għal mill-inqas it-tieni darba fl-istess perjodu ta’ 12-il xahar, allura l-imgħax tal-penali msemmi fil-punt (a) għandu jiżdied b’ 2.5 punti perċentwali għal kull darba addizzjonali għall-ewwel darba li tkun seħħet pożizzjoni ta’ debitu f’dan il-perjodu ta’ 12-il xahar.

4.   Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi li jirrinunzja jew inaqqas il-penali imposti skont il-paragrafu 3, jekk in-nuqqas ta’ rimborż tal-kreditu mil-lum għall-għada mis-CCP eliġibbli inkwistjoni jkun attribwibbli għal forza maġġuri u/jew ħsara teknika tat-TARGET, l-aħħar frażi kif definita fi [daħħal ir-referenza għall-miżuri li jimplimentaw l-Anness III].

5.   [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiżvela lill-BĊE u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-ammont ta’ kreditu intraġurnata u kreditu mil-lum għall-għada pprovdut lil CCP eliġibbli.”

;

(f)

l-Artikolu 13 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Limitazzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni ta’ kreditu intraġurnata

1.   [daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jissospendi jew jittermina l-aċċess għall-kreditu intraġurnata jekk iseħħ wieħed mill-avvennimenti ta’ inadempjenza li ġejjin:

(a)

l-MCA primarju tal-parteċipant ma’ [daħħal l-isem tal-BĊN] jiġi sospiż jew itterminat;

(b)

il-parteċipant ikkonċernat ma jibqax jissodisfa kwalunwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 għall-forniment ta’ kreditu intraġurnata;

(c)

tittieħed deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra kompetenti biex tiġi implimentata proċedura għall-istralċ fir-rigward tal-parteċipant jew il-ħatra ta’ likwidatur jew uffiċjal analogu fuq il-parteċipant jew kwalunkwe proċedura oħra analoga;

(d)

il-parteċipant isir soġġett għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni li jirrestrinġu l-kapaċità tal-parteċipant li juża l-fondi tiegħu;

2.   [daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jillimita, jissospendi jew jittermina l-aċċess għall-kreditu intraġurnata jekk iseħħ wieħed jew aktar mill-avvennimenti ta’ inadempjenza li ġejjin:

(a)

l-eliġibbiltà tal-parteċipant bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema tkun ġiet limitata, sospiża jew itterminata;

(b)

l-aċċess tas-CCP eliġibbli għall-faċilita ta’ kreditu tas-CCP ġiet limitata, sospiża jew terminata.

3.   [daħħal l-isem tal-BĊN] jista’ jissospendi jew jittermina l-aċċess għall-kreditu intraġurnata jekk BĊN jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET skont l-implimentazzjoni minn dak il-BĊN tal-Artikolu 25(2) tal-Parti I.

4.   [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta’ parteċipant għall-kreditu intraġurnata jekk il-parteċipant jitqies li joħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza.”

;

3.

fil-Parti IV fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-awtokollateralizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kollateral eliġibbli kif stabbilit f’lista ppubblikata minn [daħħal l-isem tal-BĊ] skont l-Artikolu 8(4) tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/22) (*3).

(*3)  Il-Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ġestjoni tal-kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema (BĊE/2024/22) (ĠU L, 2024/3129, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3129/oj).”;"

4.

Il-Parti IV hija emendat kif gej:

(a)

fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Jekk id-detentur TIPS DCA jeżerċita l-għażla tiegħu li jaċċetta ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO, huwa għandu jinforma lil [daħħal l-isem tal-BĊ] kif xieraq.”

;

(b)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Detentur TIPS DCA jista’ jinnomina parti aċċessibbli waħda jew aktar u għandu jinforma lil [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk xi waħda minn dawn il-partijiet aċċessibbli taċċetta ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO. Partijiet aċċessibbli għandhom ikunu aderixxew mal-iskema SCT Inst billi jiffirmaw il-Ftehim ta’ Adeżjoni dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA.”

;

(c)

fl-Artikolu 4(1), il-punt (aa) li ġej għandu jiddaħħal:

“(aa)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO;”;

(d)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Wara li ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO tkun ġiet aċċettata kif stabbilit fil-Parti I, l-Artikolu 17, it-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-TIPS DCA tal-pagatur biex isir is-saldu u dan li ġej għandu japplika:

(a)

jekk ma jkunux disponibbli fondi suffiċjenti, l-ordni ta’ pagament istantanju jew l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO għandha tiġi rrifjutata;

(b)

jekk ikun hemm disponibbli fondi suffiċjenti, l-ammont korrispondenti għandu jiġi rriżervat sakemm jasal ir-rispons tal-benefiċjarju. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni mill-benefiċjarju ta’ ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO, l-ordni għandha tiġi saldata u r-riżerva għandha titneħħa simultanjament. Fil-każ ta’ rifjut mill-benefiċjarju ta’ ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO, jew in-nuqqas ta’ rispons f’waqtu, skont it-tifsira tal-iskema SCT Inst għal dik preċedenti u l-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati tal-Utent TIPS (UDFS) għal dawn tal-aħħar, l-ordni ta’ pagament istantanju jew l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO għandha tiġi miċħuda u r-riżerva għandha titneħħa simultanjament.”

;

(e)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-punt (b), [daħħal isem il-BĊ] għandu jirrifjuta ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jekk l-ammont tal-ordni ta’ pagament istantanju jew l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jeċċedi kwalunkwe bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu (CMB) applikabbli.”

;

(f)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-direttorju tat-TIPS huwa lista ta’ BICs użati bil-għan li titwassal informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:

(a)

detenturi ta’ TIPS DCA;

(b)

partijiet aċċessibbli.

Id-direttorju tat-TIPS għandu jinkludi informazzjoni għal kull BIC dwar jekk id-detentur tat-TIPS DCA jew il-parti aċċessibbli jaċċettawx ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO.”

;

(g)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.   [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipproċessa ordnijiet ta’ pagament istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO ta’ detentur tat-TIPS DCA li l-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] ġiet sospiża jew itterminata skont il-Parti I, l-Artikolu 25(1) jew (2) u li fir-rigward tiegħu [daħħal l-isem tal-BĊ] irriżerva fondi fuq TIPS DCA skont l-Artikolu 6(3), il-punt (b), qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.”

;

(h)

qiegħed jiżdied l-Artikolu 11 li ġej:

“Artikolu 11

Messaġġi mxandra

1.   Id-detenturi ta’ TIPS DCA jistgħu jużaw il-funzjoni ta’ messaġġ imxandar offruta minn TIPS, li tippermetti lil detentur ta’ TIPS DCA jew detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jibgħat messaġġ lid-detenturi ta’ TIPS DCA l-oħra kollha u lid-detenturi ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS, biex jibagħtu messaġġi mxandra fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

‘Perjodu ta’ waqfien immedjat’;

(b)

‘Tmiem immedjat tal-perjodu ta’ waqfien’;

(c)

‘Perjodu ta’ waqfien ippjanat’.

2.   Id-detenturi ta’ TIPS DCA ma għandhomx jibagħtu ‘messaġġi b’test liberu’ jew ‘messaġġi ta’ insolvenza’. Id-detentur ta’ TIPS DCA li jagħmel użu mill-faċilità tax-xandir iżomm ir-responsabbiltà unika u r-responsabbiltà għall-kontenut ta’ kwalunkwe messaġġ.”

;

5.

Il-Parti VI hija emendat kif gej:

(a)

L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ftuħ u ġestjoni ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS

1.   [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ fuq talba ta’ AS li tissalda pagamenti istantanji skont l-iskema SCT Inst, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jew pagamenti kważi istantanji fil-kotba tagħha stess, jiftaħ u jħaddem kont tekniku ta’ TIPS AS wieħed jew diversi. Jekk id-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jeżerċita l-għażla tiegħu li jaċċetta ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO, huwa għandu jinforma lil [daħħal l-isem tal-BĊ] kif xieraq.

2.   Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu f’kont tekniku ta’ TIPS AS.

3.   Is-sistema anċillari għandha tuża kont tekniku ta’ TIPS AS biex tiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-membri tal-ikklerjar tagħha biex jiffinanzjaw il-pożizzjonijiet tagħhom.

4.   Is-sistema anċillari tista’ tagħżel li tirċievi notifiki tal-ikkreditar u l-iddebitar tal-kont tekniku ta’ TIPS AS tagħha. Jekk is-sistema anċillari tagħżel dan is-servizz, tingħata notifika immedjatament mal-iddebitar jew l-ikkreditar tal-kont tekniku ta’ TIPS AS.

5.   Sistema anċillari tista’ tibgħat ordnijiet ta’ pagament istantanji u tweġibiet pożittivi għall-irtirar lil kwalunkwe detentur ta’ TIPS DCA jew detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS, u tista’ tibgħat ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO lil kwalunkwe detentur ta’ TIPS DCA jew detentur ta’ kont tekniku TIPS AS li għażel li jirċevihom.

6.   Sistema anċillari għandha tirċievi u tipproċessa ordnijiet ta’ pagament istantanju, talbiet għall-irtirar u risposti pożittivi għall-irtirar minn kwalunkwe detentur ta’ TIPS DCA jew detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS. Jekk ikun informa lil [daħħal isem il-BĊ] bl-eżerċizzju tal-għażla tiegħu skont il-paragrafu 1, huwa għandu jaċċetta ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu minn kwalunkwe detentur ta’ TIPS DCA jew detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS OLO li għażel li jibgħathom.”

;

(b)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Wara li ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO tkun ġiet aċċettata kif stabbilit fil-Parti I, l-Artikolu 17(1), [daħħal isem il-BĊ] għandu jivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS tal-pagatur biex isir is-saldu u dan li ġej għandu japplika:

(a)

jekk ma jkunux disponibbli fondi suffiċjenti, l-ordni ta’ pagament istantanju jew l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO għandha tiġi rrifjutata;

(b)

jekk ikun hemm disponibbli fondi suffiċjenti, l-ammont korrispondenti għandu jiġi rriżervat sakemm jasal ir-rispons tal-benefiċjarju. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni mill-benefiċjarju ta’ ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO, l-ordni għandha tiġi saldata u r-riżerva għandha titneħħa simultanjament. Fil-każ ta’ rifjut mill-benefiċjarju ta’ ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO, jew in-nuqqas ta’ rispons f’waqtu, skont it-tifsira tal-iskema SCT Inst għal dik tal-ewwel u għat-TIPS UDFS għal tal-aħħar, l-ordni ta’ pagament istantanju jew l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO għandha tiġi miċħuda u r-riżerva għandha titneħħa simultanjament.”

;

(c)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(b), [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jekk l-ammont tal-ordni ta’ pagament istantanju jew ordni ta’ trasferimenti ta’ kreditu TIPS OLO jeċċedi kwalunkwe bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu applikabbli (CMB).”

;

(d)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   It-talba għall-irtirar għandha tintbagħat lill-benefiċjarju tal-ordni ta’ pagament istantanju saldat jew l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO li tista’ twieġeb bi tweġiba pożittiva jew negattiva għall-irtirar.”

;

(e)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(d)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO.”;

(f)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-direttorju tat-TIPS huwa lista ta’ BICs użati għat-twassil tal-informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:

(a)

detenturi ta’ TIPS DCA;

(b)

partijiet aċċessibbli.

Id-direttorju tat-TIPS għandu jinkludi informazzjoni għal kull BIC dwar jekk id-detentur ta’ TIPS DCA jew il-parti aċċessibbli jaċċettawx ordnijiet ta’ trasferimenti ta’ kreditu TIPS OLO.”

;

(g)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.   [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipproċessa ordnijiet ta’ pagament istantanju jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO ta’ detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS li l-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tkun ġiet sospiża jew itterminata skont il-Parti 1, l-Artikolu 25(1) jew (2) u li fir-rigward tiegħu [daħħal l-isem tal-BĊ] irriżerva fondi fuq kont tekniku ta’ TIPS AS skont l-Artikolu 4(3), il-punt (b), qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.”

;

(h)

qiegħed jiżdied l-Artikolu 12 li ġej:

“Artikolu 12

Messaġġi mxandra

1.   Id-detenturi ta’ TIPS DCA jistgħu jużaw il-funzjoni ta’ messaġġ imxandar offruta minn TIPS, li tippermetti lil detentur ta’ TIPS DCA jew detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jibgħat messaġġ lid-detenturi ta’ TIPS DCA l-oħra kollha u lid-detenturi ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS, biex jibagħtu messaġġi mxandra fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

‘Perjodu ta’ waqfien immedjat’;

(b)

‘Tmiem immedjat tal-perjodu ta’ waqfien’;

(c)

‘Perjodu ta’ waqfien ippjanat’.

2.   Id-detenturi ta’ kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS ma għandhomx jibagħtu ‘messaġġi b’test liberu’ jew ‘messaġġi ta’ insolvenza’. Id-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS li jagħmel użu mill-faċilità tax-xandir iżomm ir-responsabbiltà unika u r-responsabbiltà għall-kontenut ta’ kwalunkwe messaġġ.”

;

6.

L-Appendiċi I huwa emendat kif gej:

(a)

fit-taqsima 4 (“Tipi ta’ messaġġi pproċessati fit-TARGET”), jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(E)

Is-sottotipi ta’ messaġġi addizzjonali li ġejjin jintużaw għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO:

Tip ta’ Messaġġ

Deskrizzjoni

pacs.002.001.03

FIToFIPayment Status Report

pacs.008.001.08

FIToFICustomerCreditTransfer

pacs.028.001.03

FIToFIPaymentStatusRequest

Messaġġi relatati ma’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO se jiġu identifikati bis-suffiss XCY fil-protokoll tal-iskambju tal-messaġġi.”;

(b)

It-taqsima 6 hija mibdula b’li ġej:

“6.   Regoli ta’ validazzjoni u kodiċijiet tal-iżbalji

Il-validazzjoni tal-messaġġi titwettaq skont il-linji gwida tal-High Value Payments Plus (HVPS+) dwar il-validazzjonijiet tal-messaġġi speċifikati mill-istandard ISO 20022, u l-validazzjonijiet speċifiċi għat-TARGET. Ir-regoli dwar il-validazzjoni u l-kodiċijiet tal-iżbalji huma deskritti fid-dettall fil-partijiet rispettivi tal-UDFS kif ġej:

(a)

għall-MCAs, fil-Kapitolu 14 tas-CLM UDFS;

(b)

għall-RTGS DCAs, fil-Kapitolu 13 tal-RTGS UDFS;

(c)

għat-T2S DCAs, fil-Kapitolu 4.1 tat-T2S UDFS;

Jekk ordni ta’ pagament istantanju, ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jew tweġiba għall-irtirar pożittiva tiġi miċħuda għal kwalunkwe raġuni, id-detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi rapport dwar l-istatus tal-pagament (pacs.002), kif deskritt fil-Kapitolu 4.2 tat-TIPS UDFS. Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità tiġi rrifjutata għal kwalunkwe raġuni, id-detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi rifjut (camt.025), kif deskritt fil-Kapitolu 1.6 tat-TIPS UDFS.”;

7.

L-Appendiċi IV huwa emendat kif gej:

fit-Taqsima 2.3 (“Ipproċessar ta’ kontinġenza”), jiddaħħal il-punt (c)(iii) li ġej:

“(iii)

pagamenti magħmula minn jew lid-dipartimenti tat-teżor ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membribl-għan li jiġi evitat it-tixrid ta’ kreditu intraġurnata għal kreditu mil-lum għall-għada.”;

8.

L-Appendiċi VI huwa emendat kif gej:

(a)

Sezzjoni 6 hija mibdula b’li ġej:

“6.   TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ TIPS DCA

It-tariffi għall-operat ta’ TIPS DCAs għandhom jiġu imposti kif ġej:

(a)

Għal kull TIPS DCA, għandha tiġi imposta tariffa fissa ta’ EUR 800 fix-xahar fuq id-detentur tat-TIPS DCA. Din it-tariffa fissa għandha tinkludi BIC wieħed, li għandu jkun parti aċċessibbli fit-TIPS u deżinjat mid-detentur TIPS DCA biex juża dan it-TIPS DCA;

(b)

Għal kull parti oħra aċċessibbli, sa massimu ta’ 50, indikata mid-detentur TIPS DCA, għandha titħallas tariffa fissa ta’ EUR 20 fix-xahar lid-detentur TIPS DCA indikat. Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal kwalunkwe parti aċċessibbli sussegwenti indikata;

(c)

Għal kull ordni ta’ pagament istantanju, ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO, jew tweġiba pożittiva għall-irtirar aċċettata minn [daħħal l-isem tal-BĊ] kif stabbilit fil-Parti I, l-Artikolu 17, għandha tiġi imposta tariffa ta’ EUR 0,001 kemm fuq id-detentur ta’ TIPS DCA li għandu jiġi ddebitat kif ukoll fuq id-detentur tal-kont tekniku TIPS DCA jew TIPS AS li għandu jiġi kkreditat, kemm jekk l-ordni ta’ pagament istantanju, l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jew it-tweġiba pożittiva għall-irtirar tiġi ssaldata jew le;

(d)

Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs lil MCAs, RTGS DCAs, subkontijiet, kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada, kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS jew T2S DCAs.”;

(b)

fit-Taqsima 7, il-paragrafu (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Għal kull ordni ta’ pagament istantanju, ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jew tweġiba għall-irtirar pożittiva aċċettata minn [daħħal l-isem tal-BĊ] kif stabbilit fil-Parti I, l-Artikolu 17, għandha tiġi imposta tariffa ta’ EUR 0,001 kemm fuq id-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS li għandu jiġi ddebitat kif ukoll fuq id-detentur tal-kont tekniku TIPS AS jew TIPS DCA li għandu jiġi kkreditat, kemm jekk l-ordni ta’ pagament istantanju, l-ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jew it-tweġiba pożittiva għall-irtirar tiġi ssaldata jew le.”.


(*1)  Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2366/oj).”;

(*2)  Deċiżjoni (UE) 2025/1734 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Lulju dwar salvagwardji fir-rigward tal-aċċess minn kontropartijiet ċentrali għall-kreditu mil-lum għall-għada tal-Eurosistema fit-TARGET (BĊE/2025/29) ĠU L, 2025/1734, 13.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1734/oj.”;

(*3)  Il-Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ġestjoni tal-kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema (BĊE/2024/22) (ĠU L, 2024/3129, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3129/oj).”;”


ANNESS II

L-Anness III għal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) huwa emendat kif ġej:

1.

il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(11)

‘fergħa’ tfisser, ħlief meta użata fl-Artikolu 9(8) ta’ din il-Linja Gwida:

(a)

fergħa skont it-tifsira, kif applikabbli, tal-Artikolu 4(1), il-punt (17), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew tal-Artikolu 4(1), il-punt (30), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), jew tal-Artikolu 4, il-punt (39), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; jew

(b)

fil-każ ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif imsemmija fl-Artikolu 1(3), il-punt (b), tad-Deċiżjoni (UE) 2025/222 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2025/2) (*3) post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta’ tali istituzzjoni tal-flus elettroniċi, u li jwettaq direttament t-tranżazzjonijiet kollha jew xi tranżazzjonijiet inerenti għan-negozju ta’ dik l-istituzzjoni; il-postijiet kollha tan-negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni tal-flus elettroniċi b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda;

(*1)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj)."

(*2)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj)."

(*3)  Deċiżjoni (UE) 2025/222 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar l-aċċess minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji għal sistemi ta’ pagament operati minn bank ċentrali tal-Eurosistema u kontijiet tal-bank ċentrali (BĊE/2025/2) (ĠU L, 2025/222, 6.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/222/oj).”;"

2.

il-punt (16) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(16)

‘ordni ta’ trasferiment ta’ flus kontanti’ tfisser kwalunkwe struzzjoni minn parteċipant jew minn parti li taġixxi f’ismu biex ikun magħmul disponibbli għal benefiċjarju ammont ta’ flus minn kont wieħed permezz ta’ entrata fil-kotba f’kont ieħor u li tkun ordni ta’ trasferiment ta’ sistema anċillari, ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità, ordni ta’ pagament istantanju, tweġiba pożittiva għall-irtirar, ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO jew ordni ta’ pagament”;

3.

jiddaħħal il-punt (18a) li gej:

“(18a)

‘faċilità ta’ kreditu tal-kontroparti ċentrali’ (faċilità ta’ kreditu tas-CCP) tfisser il-faċilità ta’ kreditu stabbilita bl-għan li tipprovdi lis-CCPs eliġibbli bi kreditu mil-lum għall-għada f’każijiet fejn f’kundizzjonijiet estremi tas-suq CCP tkun qed tgħaddi minn nuqqas ta’ likwidità skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti II, l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 12a tal-Anness I ta’ din il-Linja Gwida;”;

4.

jiddaħħal il-punt (26a) li gej:

“(26a)

‘kontroparti ċentrali eliġibbli’ (CCP eliġibbli) tfisser CCP stabbilita fiż-żona tal-euro li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ aċċess applikabbli għall-faċilità ta’ kreditu tas-CCP stabbiliti skont din il-Linja Gwida;”;

5.

il-punt (34) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(34)

‘oriġinatur’ tfisser entità li tkun ġiet indikata bħala tali minn detentur ta’ TIPS DCA jew mid-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS, u li titħalla tibgħat ordnijiet ta’ pagament istantanju, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO u/jew tirċievi ordnijiet ta’ pagament istantanju, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO f’isem dak id-detentur ta’ kont jew parti aċċessibbli ta’ dak id-detentur ta’ kont;”;

6.

il-punt (42) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(42)

‘pagament kważi istantanju’ tfisser trasferiment ta’ ordni fi flus kontanti li jikkonforma mal-Istandard tas-Servizzi Fakultattivi Addizzjonali tat-Trasferiment ta’ Kreditu SEPA tal-Kunsill Ewropew (SCT AOS) NL għall-ipproċessar istantanju ta’ trasferimenti ta’ kreditu SEPA, jew mal-Iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju SEPA b’komponent wieħed (OCT Inst) tal-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti;”.

7.

jiddaħħal il-punt (43a) li gej:

“(43a)

‘fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarju’ tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarju kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (3), tad-Deċiżjoni (UE) 2025/222 (BĊE/2025/2);”;

8.

il-punt (48) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(48)

‘ordni ta’ pagament’ tfisser kwalunkwe struzzjoni minn parteċipant jew minn parti li taġixxi f’isimha biex ammont ta’ flus ikun magħmul disponibbli għal benefiċjarju minn kont wieħed permezz ta’ entrata fil-kotba f’kont ieħor u li ma tkunx ordni ta’ trasferiment ta’ AS, ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità, ordni ta’ pagament istantanju, ordni ta’ trasferiment TIPS OLO jew risposta pożittiva għall-irtirar”;

9.

jiddaħħal il-punt (63a) li gej:

“(63a)

‘ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu b’komponent wieħed ta’ Saldu ta’ Pagament istantanju TARGET (TIPS)’ (ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO) tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu li tikkonsisti f’żewġ komponenti jew aktar, li waħda minnhom biss hija saldata fit-TIPS u koperta minn din il-Linja Gwida, u li l-bqija tagħha huma saldati f’sistema differenti jew munita differenti;”.


(*1)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).

(*2)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj).

(*3)  Deċiżjoni (UE) 2025/222 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar l-aċċess minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji għal sistemi ta’ pagament operati minn bank ċentrali tal-Eurosistema u kontijiet tal-bank ċentrali (BĊE/2025/2) (ĠU L, 2025/222, 6.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/222/oj).”;’


ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2025/1889/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)