24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/261

tas-6 ta’ Frar 2015

li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/470/UE u 2010/471/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument C(2015) 548)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 lli tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 11(2), it-tielet inċiż tal-Artikolu 11(3), l-Artikolu 17(2)(b), u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Unjoni. Hija tinkludi rekwiżiti għall-kummerċ u għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina (“il-prodotti”). Barra minn hekk, tipprevedi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa li jridu jiġu stabbiliti għall-kummerċ u għall-importazzjonijiet tal-prodotti fl-Unjoni.

(2)

L-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE jistabbilixxi ċerti rekwiżiti għall-prodotti li għandhom jiġu inklużi fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ u għall-importazzjonijiet tal-prodotti fl-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE (2) stipulat mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina, fost l-oħrajn.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/471/UE (3) stipulat il-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fir-rigward ta’ listi ta’ ċentri ta’ ġbir u ħażna ta’ semen u timijiet ta’ ġbir u produzzjoni tal-embrijuni u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni.

(5)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 846/2014 (4), li jemenda l-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE, li introduċa regoli ġodda dwar is-superviżjoni taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen u stipulat il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu applikati fuq l-annimali donaturi tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ispeċi ekwina flimkien ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE (5), jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli ġodda taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti. Ir-Regolament (UE) Nru 846/2014 huwa applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2014.

(6)

Għalhekk, minħabba l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjonijiet 2010/470/UE u 2010/471/UE għandhom jiġu emendati. Il-prodotti miġbura u mibgħuta wara d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 846/2014 u din id-Deċiżjoni għandhom ikunu akkumpanjati mill-mudelli l-ġodda taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Peress li l-prodotti għandhom skadenza fit-tul, jeħtieġ għaldaqstant li jinżammu mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa għal stokkijiet ta’ prodotti li ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-emendi introdotti bir-Regolament (UE) Nru 846/2014, kif ukoll dawk introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 (6).

(8)

Barra minn hekk, il-punt I. 11. “Post tal-oriġini” tal-Parti I tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni 2010/471/UE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti ċentru wieħed biss tal-ġbir tas-semen ta’ oriġini jew ċentru għall-ħażna tas-semen ta’ dispaċċ tas-semen jew tim tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ oriġini approvat tal-embrijuni jew tal-ova u biex jiġi allinjat mal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulat fid-Deċiżjoni 2010/470/UE.

(9)

Barra minn hekk, fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina stabbilit bħala l-Mudell 1 fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/471/UE u fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina stabbilit bħala l-Mudell 1 fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/471/UE, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-istomatite vesikulari għandhom jiġu emendati filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali għall-ittestjar tas-saħħa stabbiliti fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri (7).

(10)

Sabiex ikomplu jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, minħabba li hija marbuta mar-rekwiżiti żootekniċi u mhijiex rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali, huwa xieraq li titħassar l-informazzjoni dwar ir-razza mill-punt I.31. tal-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulat fid-Deċiżjoni 2010/470/UE u l-punt I.28. tal-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulat fid-Deċiżjoni 2010/471/UE.

(11)

Id-Deċiżjonijiet 2010/470/UE u 2010/471/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi fid-Deċiżjoni 2010/470/UE

Id-Deċiżjoni 2010/470/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikoli 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Kummerċ fis-semen ta’ annimali mill-ispeċi ekwina

Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness I għandu jakkumpanja kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina matul it-trasport minn Stat Membru għal ieħor:

(a)

il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IA għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;

(b)

il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IB għall-kummerċ fl-Unjoni fl-istokkijiet tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;

(c)

il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IC għall-kummerċ fl-Unjoni fl-istokkijiet tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;

(d)

il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa ID għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’:

(i)

semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u mibgħut minn ċentru ta’ ħażna tas-semen approvat;

(ii)

stokkijiet ta’ semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE:

—

wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014; jew

—

qabel l-1 ta’ Settembru 2010;

u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta’ ħażna tas-semen approvat.

Artikolu 3

Kummerċ fl-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina

Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness II għandu jakkumpanja kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina matul it-trasport minn Stat Membru għal ieħor:

(a)

il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IIA għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva 92/65/KEE u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni;

(b)

il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IIB għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ stokkijiet ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni;

(c)

il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IIC għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ stokkijiet ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat tal-ġbir ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni.”

(2)

L-Annessi I u II jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Emendi fid-Deċiżjoni 2010/471/UE

Id-Deċiżjoni 2010/471/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont wieħed minn dawn il-mudelli li ġejjin stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I; u li jimtela skont in-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness:

(i)

MUDELL 1 — Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;

(ii)

MUDELL 2 — Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’ stokkijiet tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;

(iii)

MUDELL 3 — Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’ stokkijiet tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta’ Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;

(iv)

MUDELL 4 — Il-mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’:

—

semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u mibgħut minn ċentru ta’ ħażna tas-semen approvat;

—

stokkijiet ta’ semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id- Direttiva 92/65/KEE:

a.

wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014; jew

b.

qabel l-1 ta’ Settembru 2010;

u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta’ ħażna tas-semen approvat.

Iżda, fejn hemm rekwiżiti speċifiċi stabbiliti dwar iċ-ċertifikazzjoni fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.”

(2)

Fl-Artikolu 3, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont wieħed minn dawn il-mudelli li ġejjin stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II, u li jimtela skont in-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness:

(i)

MUDELL 1 — Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva 92/65/KEE u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni;

(ii)

MUDELL 2 — Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’ stokkijiet ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni.

Iżda, fejn hemm rekwiżiti speċifiċi stabbiliti dwar iċ-ċertifikazzjoni fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.”

(3)

L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/471/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fir-rigward ta’ listi ta’ ċentri ta’ ġbir u ħażna ta’ semen u timijiet ta’ ġbir u produzzjoni tal-embrijuni u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 52).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 846/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 li jemenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE rigward il-kundizzjonijiet għall-annimali donaturi tal-ispeċi ekwina (ĠU L 232, 5.8.2014, p. 5).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni, u l-kundizzjonijiet għal annimali donaturi tal-ispeċi ekwini, ovini u kaprini u għall-ġestjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ dawk l-ispeċi (ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14).

(7)  Manual of Diagnostic Tests and Vaccines for Terrestrial Animals, Edition 2013, World Organisation for Animal Health.


ANNESS I

“ANNESS I

MUDELL TA’ ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-KUMMERĊ FL-UNJONI TAL-KUNSINJI TAS-SEMEN TAL-ANNIMALI TAL-ISPEĊI EKWINA

PARTI A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IA għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

PARTI B

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta’ stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

Image 11

Test ta 'immaġni

Image 12

Test ta 'immaġni

PARTI C

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IC għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta’ stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta’ Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

Image 15

Test ta 'immaġni

Image 16

Test ta 'immaġni

PARTI D

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa ID għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina migbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u f’kunsinji ta’ stokks tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 jew qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ħażna tas-semen

Image 17

Test ta 'immaġni

Image 18

Test ta 'immaġni

Image 19

Test ta 'immaġni

“ANNESS II

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦALL-KUMMERĊ FL-UNJONI FIL-KUNSINJI TA’ OVA U EMBRIJUNI TA’ ANNIMALI TAL-ISPEĊI EKWINA

PARTI A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIA għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u mibgħuta minn tim approvat għall-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image 20

Test ta 'immaġni

Image 21

Test ta 'immaġni

Image 22

Test ta 'immaġni

Image 23

Test ta 'immaġni

PARTI B

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIB għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ stokks ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image 24

Test ta 'immaġni

Image 25

Test ta 'immaġni

Image 26

Test ta 'immaġni

PARTI C

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIC għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ stokks ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image 27

Test ta 'immaġni

Image 28

Test ta 'immaġni

Image 29

Test ta 'immaġni
”

ANNESS II

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/471/UE huma emendati kif gej:

(1)

Fl-Anness I, il-Parti 2 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI 2

Taqsima A

MUDELL 1 – Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet ta’ kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura skont id-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u mibgħuta minn ċentru ta’ ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen

Image 30

Test ta 'immaġni

Image 31

Test ta 'immaġni

Image 32

Test ta 'immaġni

Image 33

Test ta 'immaġni

Image 34

Test ta 'immaġni

Image 35

Test ta 'immaġni

Image 36

Test ta 'immaġni

Taqsima B

MUDELL 2 - Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’ stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image 37

Test ta 'immaġni

Image 38

Test ta 'immaġni

Image 39

Test ta 'immaġni

Image 40

Test ta 'immaġni

Image 41

Test ta 'immaġni

Image 42

Test ta 'immaġni

Taqsima C

MUDELL 3 - Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’ stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta’ Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image 43

Test ta 'immaġni

Image 44

Test ta 'immaġni

Image 45

Test ta 'immaġni

Image 46

Test ta 'immaġni

Taqsima D

MUDELL 4 - Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ kunsinji tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina migbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u ta’ kunsinji ta’ stokks tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 jew qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ħażna tas-semen

Image 47
Test ta 'immaġni
Image 48
Test ta 'immaġni
Image 49
Test ta 'immaġni

(2)

L-Anness II jinbidel b’li ġej:

“ANNESS II

MUDELLI TA’ ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ OVA U EMBRIJUNI TA’ ANNIMALI TAL-ISPEĊI EKWINA

PARTI 1

Noti ta’ spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudelli stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II.

Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawn ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat ta’ saħħa.

(b)

L-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c)

Meta ċ-ċertifikat mudell ta’ saħħa jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jiġu inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(d)

Iċ-ċertifikat ta’ saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta’ ispezzjoni tal-fruntiera ta’ introduzzjoni tal-kunsinna fl-Unjoni Ewropea u fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk jeħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinna (skeda fil-Kaxxa I.28 taċ-ċertifikat ta’ saħħa mudell), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat ta’ saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti mill-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta’ saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(f)

Meta ċ-ċertifikat ta’ saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f’(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta’ (numru totali ta’ paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta’ ċertifikat ta’ referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni.

(g)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta’ saħħa għandha titlesta u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali l-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinna għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati (1) fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat ta’ saħħa. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk li jkunu intaljati jew dawk li jidhru kontra d-dawl.

(h)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa trid takkumpanja l-kunsinna sakemm tasal l-istazzjon ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.

(i)

In-numru ta’ ċertifikat ta’ referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a taċ-ċertifikat ta’ saħħa mudell għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

PARTI 2

Taqsima A

MUDELL 1 - Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u mibgħuta minn tim approvat għall-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image 50

Test ta 'immaġni

Image 51

Test ta 'immaġni

Image 52

Test ta 'immaġni

Image 53

Test ta 'immaġni

Image 54

Test ta 'immaġni

Taqsima B

MUDELL 2 - Iċ-ċertifikat mudell għall-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image 55
Test ta 'immaġni
Image 56
Test ta 'immaġni
Image 57
Test ta 'immaġni
Image 58
Test ta 'immaġni
Image 59
Test ta 'immaġni

(1)   ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.