<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-410/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0410</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:582">EU:C:2019:582</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190710">10.7.2019</DATE> – Kawża C‑410/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Aubriet</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġi soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(2)</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni ogħla</KEYWORD><KEYWORD>Studenti mhux residenti</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni marbuta mat-tul tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom fit‑territorju nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Tul minimu ta’ ħames snin</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin</KEYWORD><KEYWORD>Metodu għall‑kalkolu tal-perijodu ta’ riferiment</KEYWORD><KEYWORD>Data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni indiretta</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑410/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal administratif (it-Tribunal Amministrattiv, il-Lussemburgu), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180620">20 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nicolas Aubriet</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas (Relatur), L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal N. Aubriet, minn S. Jacquet, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Lussemburgiż, minn D. Holderer, bħala aġent, assistita minn P. Kinsch, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Van Hoof u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Nicolas Aubriet (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Aubriet l-iben<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche (il‑Ministru tal-Edukazzjoni Ogħla u tar-Riċerka, il-Lussemburgu) dwar ir-rifjut tal-awtoritajiet Lussemburgiżi li jagħtuh l-għajnuna finanzjarja, għas-sena akkademika 2014/2015, sabiex ikompli l-edukazzjoni għolja tiegħu fi Strasbourg (Franza).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 huwa fformulat bl-istess mod bħall-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15), kif emendat bid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Lussemburgiż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni ta’ qabel is-sena 2014</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-għajnuna finanzjarja mill-Istat għas-segwiment tal-edukazzjoni għolja, mogħtija fil-Lussemburgu fil-forma ta’ għotja u ta’ self u li tista’ tintalab irrispettivament mill-Istat li fih l-applikant ikun beħsiebu jwettaq l-edukazzjoni ogħla tiegħu, kienet irregolata, sal-2014, mil-Liġi tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla (Mémorial A 2000, p. 1106), li ġiet emendata diversi drabi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-Liġi tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, kif emendata mil-Liġi tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE> (Mémorial A 2010, p. 2040), li kienet fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-benefiċċju ta’ għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni ogħla ngħata lil kwalunkwe student li ġie ammess biex isegwi edukazzjoni ogħla li kien jew ċittadin Lussemburgiż jew membru tal-familja ta’ ċittadin Lussemburgiż u kien residenti fil-Lussemburgu jew kien ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u kien residenti fil-Lussemburgu bħala persuna impjegata, bħala persuna li taħdem għal rasha, bħala persuna li għandha tali status jew bħala membru tal-familja ta’ waħda mill-kategoriji ta’ persuni msemmija hawn fuq, jew akkwistat id-dritt ta’ residenza permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Minħabba li l-iskema tal-Lussemburgu ta’ għajnuna finanzjarju għall-edukazzjoni ogħla, introdotta bil-liġi tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, kif emendata mil-Liġi tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, instabet li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni permezz tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din l-għajnuna ġew emendati mil-Liġi tad-<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE> (Mémorial A 2013, p. 3214). Il-Liġi tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, kif emendata mil-Liġi tad-<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE>, kienet tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla kemm għal kundizzjoni ta’ residenza tal-istudent fit-territorju Lussemburgiż kif ukoll, għall-istudenti li ma jkunux residenti f’dan it-territorju, għall-kundizzjoni li jkunu wlied ħaddiema li ħadmu jew eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fil-Lussemburgu matul perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin mill-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE> dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla (Mémorial A 2014, p. 2188) (minn hawn ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>il-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) ħassret il-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE> dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja mill-Istat għal edukazzjoni ogħla, l-istudenti ddefiniti fl-Artikolu 2, deskritti iktar ’il quddiem bit-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>l-istudent<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, u li jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>ikun ċittadin Lussemburgiż jew membru tal-familja ta’ ċittadin Lussemburgiż u jkollu d-domiċilju tiegħu fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>ikun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew ta’ wieħed mill-Istati l-oħra li huma partijiet fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u tal-Konfederazzjoni Svizzera u jkun residenti, skont il-Kapitolu 2 tal-Liġi emendata tad-<DATE ISO="20080829">29 ta’ Awwissu 2008</DATE> dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-immigrazzjoni, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu bħala ħaddiem impjegat, bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu, bħala persuna li żżomm dan l-istatus jew bħala membru tal-familja ta’ waħda mill-kategoriji ta’ persuni hawn fuq, jew li jkunu kisbu d-dritt ta’ residenza permanenti, jew</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>għall-istudenti mhux residenti fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikun ħaddiem ċittadin Lussemburgiż jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea […] impjegat jew li jeżerċita l-attività tiegħu fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu fil-mument li ssir it-talba tiegħu għall-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikun wild ta’ ħaddiem ċittadin Lussemburgiż jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea […] impjegat jew li jeżerċita l-attività tiegħu fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu fil-mument li ssir it-talba mill-istudent għall-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla bil-kundizzjoni li dan il-ħaddiem jibqa’ jikkontribwixxi għall-manteniment tal-istudent u li dan il-ħaddiem ikun ġie impjegat jew ikun eżerċita l-attività tiegħu fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu matul perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla mill-istudent matul perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin li jibdew jgħoddu retroattivament mid-data tat-talba għall-kisba tal-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla jew li, b’deroga, il-persuna li żżomm l-istatus ta’ ħaddiem tkun ikkorrispondiet mal-kriterju ta’ ħames snin fuq sebgħa stabbilit bil-quddiem fil-mument tal-waqfien tal-attività.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Aubriet l-iben, ċittadin Franċiż imwieled matul is-sena 1995, jirrisjedi fi Franza ma’ missieru, Bruno Aubriet (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Aubriet il-missier<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-bidu tas-sena universitarja 2014/2015, Aubriet l-iben irreġistra għal taħriġ għal-liċenzja ta’ tekniku ogħla (BTS) fi skola għolja fi Strasbourg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20140929">29 ta’ Settembru 2014</DATE>, Aubriet l-iben talab lid-dipartiment ta’ għajnuna finanzjarja tal-Ministeru Lussemburgiż tal-Edukazzjoni Ogħla u tar-Riċerka biex, fis-sena akkademika 2014/2015, jagħtih għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, kif previst mil-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Aubriet l-iben ressaq din it-talba fil-kapaċità tiegħu bħala wild ta’ persuna impjegata fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-fatt, Aubriet il-missier, residenti Franċiż, huwa ħaddiem transkonfinali li eżerċita l-attività bħala impjegat fil-Lussemburgu b’perijodi ta’ interruzzjoni itwal jew inqas twal mill-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE>. Huwa għalhekk eżerċita attività professjonali bħala persuna impjegata fil-Lussemburgu għal għaxar snin bejn l-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE> u t-<DATE ISO="20010930">30 ta’ Settembru 2001</DATE>. Wara li kien qiegħed sal-<DATE ISO="20020205">5 ta’ Frar 2002</DATE>, Aubriet il-missier reġa’ kellu kariga fit-territorju Lussemburgiż għal perijodu ta’ sitt snin, jiġifieri mis-<DATE ISO="20020206">6 ta’ Frar 2002</DATE> sal-<DATE ISO="20080114">14 ta’ Jannar 2008</DATE>. Bejn il-<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE> u s-<DATE ISO="20121216">16 ta’ Diċembru 2012</DATE>, huwa eżerċita attività professjonali fi Franza. Wara li reġa’ beda attività professjonali fil-Lussemburgu bejn is-<DATE ISO="20121217">17 ta’ Diċembru 2012</DATE> u t-<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, huwa reġa’ spiċċa qiegħed, wara sensja għal kawża ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, l-awtoritajiet Lussemburgiżi rrifjutaw it-talba ta’ Aubriet l-iben intiża li jikseb għajnuna finanzjarja biex isegwi l-edukazzjoni ogħla tiegħu fi Strasbourg, fuq il-bażi tal-Artikolu 3(5)(b) tal-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE>, minħabba li Aubriet il-missier ma kienx eżerċita attività professjonali fil-Lussemburgu għal mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin, ikkalkolat b’mod retroattiv mid-<DATE ISO="20140929">29 ta’ Settembru 2014</DATE>, id-data tat-tressiq tat-talba għall-għajnuna finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, Aubriet l-iben ippreżenta rikors kontra dan ir-rifjut quddiem it-Tribunal administratif (it-Tribunal Amministrattiv, il-Lussemburgu). Dan ir-rikors ġie sospiż wara li intervjena rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160701">1 ta’ Lulju 2016</DATE>, Aubriet l-iben ġie impjegat minn persuna li tħaddem fil-Lussemburgu li magħha wettaq il-perijodi ta’ prova professjonali tiegħu matul l-istudji tiegħu. Huwa jkompli jgħix fi Franza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, Aubriet il-missier reġa’ lura għax-xogħol fil-Lussemburgu. Huwa ġie affiljat maċ-Ċentru komuni tas-Sigurtà Soċjali Lussemburgiż mill-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE> sad-<DATE ISO="20170929">29 ta’ Settembru 2017</DATE> u mis-<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE> sal-<DATE ISO="20181015">15 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi t-Tribunal administratif (it-Tribunal Amministrattiv) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domanda li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-kundizzjoni imposta fuq l-istudenti li ma jirrisjedux fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 3(5)(b) tal-Liġi emendata tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE> dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, bl-esklużjoni ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kriterju ta’ rabta, jiġifieri li wieħed ikun wild ta’ ħaddiema li kienu impjegati jew li eżerċitaw l-attività tagħhom fil-Lussemburgu għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin matul perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin fil-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, hija neċċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq mil-leġiżlatur Lussemburgiż, jiġifieri li dan l-Istat ifittex li jinkoraġġixxi ż-żieda fil-proporzjon tal-persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari, għandu jiġi osservat li, anke jekk, fuq livell formali, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti nazzjonali ma titlobx lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni speċifika tad-dritt tal-Unjoni, iżda titlobha biss biex tieħu pożizzjoni dwar jekk kundizzjoni imposta mil-liġi nazzjonali għall-istudenti mhux residenti fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>neċessarja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja tal-Istat għall-edukazzjoni ogħla, li hija kundizzjoni għall-kisba ta’ għan intiż minn dik il-liġi, liema fatt jirriferi għall-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-dritt tal-Unjoni, tali fatt ma jostakolax lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdiha bl-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu rilevanti għas-sentenza tal-kawża quddiemha, kemm jekk dik il-qorti tkun għamlet riferiment għal dan fil-formulazzjoni tad-domandi tagħha kif ukoll jekk le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti tal-imsemmi dritt li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>EN.SA.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑712/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:374">EU:C:2019:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa ċar mid-deċiżjoni tar-rinviju li d-domanda preliminari tibni fuq is-sentenzi preċedenti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mogħtija fuq talbiet għal deċiżjoni preliminari li ġejjin mill-istess qorti nazzjonali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju ssemmi b’mod espliċitu mhux fil-formulazzjoni tad-domanda preliminari, iżda fl-istess test tad-deċiżjoni tar-rinviju, ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-membri tal-familja tagħhom fi ħdan l-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, moqri flimkien mal-Artikolu 45 TFUE. Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tesponi b’mod xieraq ir-raġunijiet li wassluha sabiex issaqsi dwar l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa għalhekk meħtieġ li wieħed jifhem id-domanda magħmula bħala li tfittex, essenzjalment, li wieħed isir jaf jekk l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jagħmel l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti suġġett għall-kundizzjoni li, fid-data tat-talba għal għajnuna finanzjarja, wieħed mill-ġenituri tal-istudent kien impjegat jew kien jeżerċita attività f’dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’<?PAGE NO="6"?> seba’ snin li jkun ikkalkolat b’mod retroattiv mid-data ta’ dik it-talba għall-għajnuna finanzjarja, filwaqt li tiġi eskluża l-kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kriterju ieħor ta’ rabta, waqt li tali kundizzjoni ma tkunx iktar prevista fir-rigward ta’ studenti li jirrisjedu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru għandu jgawdi, fit-territorju ta’ Stati Membri oħra, l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Din id-dispożizzjoni tibbenefika mingħajr distinzjoni kemm lill-ħaddiema migranti residenti fi Stat Membru ospitanti, kif ukoll lill-ħaddiema transkonfinali li, filwaqt li jeżerċitaw l-impjieg bi ħlas tagħhom fl-Istat Membru tal-aħħar, huma residenti fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971127">27 ta’ Novembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Meints</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:564">EU:C:1997:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-għajnuna mogħtija għal manteniment u taħriġ, bil-għan li jitkomplew l-istudji universitarji attestati minn kwalifika professjonali, tikkostitwixxi vantaġġ soċjali għall-ħaddiem migrant, skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, li l-wild ta’ ħaddiem migrant jista’ huwa stess jagħmel użu minnu jekk, skont il-liġi nazzjonali, din l-għajnuna tingħata direttament lill-istudent (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni diretta, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:181">EU:C:2010:181</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla kemm għal kundizzjoni ta’ residenza tal-istudent fit-territorju Lussemburgiż kif ukoll, għall-istudenti mhux residenti f’dan it-territorju, għall-kundizzjoni li wlied ħaddiema li ħadmu jew eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fil-Lussemburgu matul perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin qabel il-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja. Anki jekk hija tapplika bla distinzjoni għal ċittadini Lussemburgiżi u għal ċittadini ta’ Stati Membri oħra, kundizzjoni bħal din ta’ perijodu ta’ xogħol minimu ma hijiex prevista għall-istudenti li huma residenti fit-territorju Lussemburgiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Tali distinzjoni bbażata fuq ir-residenza, li tista’ tkun ta’ ħsara għal ċittadini ta’ Stati Membri oħra, sa fejn il-persuni mhux residenti huma normalment persuni li ma humiex ċittadini (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità li tista’ tkun aċċettata biss bil-kundizzjoni li tkun oġġettivament iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex tkun iġġustifikata, hija għandha tkun xierqa sabiex tiggarantixxi l-kisba ta’ għan leġittimu, u ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel jiġi rrilevat li, kif indika l-Gvern Lussemburgiż, il-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE>, flimkien mal-Liġi tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> kif emendata mil-Liġi tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, għandha l-għan li żżid b’mod sinjifikattiv il-proporzjon ta’ residenti li għandhom kwalifika ta’ edukazzjoni ogħla fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà sostniet li l-għan li tiġi promossa l-edukazzjoni ogħla huwa għan ta’ interess ġenerali rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni u li azzjoni meħuda minn Stat Membru sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ taħriġ tal-popolazzjoni residenti tiegħu jkollha għan leġittimu li jista’ jiġġustifika diskriminazzjoni indiretta abbażi ta’ nazzjonalità (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni jekk kundizzjoni ta’ tul ta’ xogħol minimu ta’ ħames snin fit-data tat-talba għall-borża ta’ studju bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex xierqa biex jintlaħaq dan l-għan, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fir-rigward ta’ ħaddiema migranti u transkonfinali, il-fatt li għandhom aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ Stat Membru, bħala prinċipju, joħloq rabta ta’ integrazzjoni suffiċjenti fis-soċjetà ta’ dan l-Istat li tippermettilhom li hemmhekk jibbenefikaw mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbla mal-ħaddiema nazzjonali fir-rigward ta’ vantaġġi soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-rabta tal-integrazzjoni tirriżulta b’mod partikolari mill-fatt li l-ħaddiema migranti jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-politika soċjali tal-Istat Membru ospitanti bil-kontribuzzjonijiet fiskali u soċjali li huma jħallsu f’dak l-Istat, bis-saħħa tal-attività ta’ impjieg li jeżerċitaw. Għalhekk, huma għandhom jibbenefikaw taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li leġiżlazzjoni nazzjonali indirettament diskriminatorja u li tirrestrinġi l-għoti ta’ vantaġġi soċjali lill-ħaddiema transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, fl-assenza ta’ rabta suffiċjenti mas-soċjetà li fiha jeżerċitaw attività mingħajr ma jirrisjedu hemmhekk, tista’ tkun oġġettivament iġġustifikata (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Geven</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:438">EU:C:2007:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Istat għal edukazzjoni ogħla lit-tfal mhux residenti ta’ ħaddiema migranti u transkonfinali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-okkupazzjoni ta’ impjieg mill-ġenituri tal-istudent ikkonċernat, għal tul sinjifikattiv fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna mitluba, setgħet tkun xierqa biex turi l-grad attwali ta’ rabta mas-soċjetà jew mas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-punt 58 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat f’dan il-kuntest li r-rekwiżit li, sabiex it-tfal ta’ ħaddiem transkonfinali jkunu intitolati għall-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, il-ġenitur, ħaddiem transkonfinali, għandu jkun ħadem għal mill-inqas ħames snin fl-Istat Membru li jipprovdi l-għajnuna, ikun tali li jistabbilixxi tali rabta mas-soċjetà ta’ dak l-Istat kif ukoll probabbiltà raġonevoli li l-istudent jirritorna lejn l-Istat Membru li jipprovdi l-għajnuna, wara li dan tal-aħħar ikun lesta l-istudji tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Jekk kundizzjoni dwar it-tul minimu ta’ xogħol fid-data tat-talba għal għajnuna finanzjarja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun kapaċi tilħaq l-għan li tippromwovi edukazzjoni ogħla u żżid, b’mod sinjifikattiv, il-proporzjon tad-detenturi ta’ kwalifika ta’ edukazzjoni ogħla residenti fil-Lussemburgu, huwa meħtieġ, fit-tielet lok, li ssir riċerka jekk l-introduzzjoni ta’ perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin qabel it-talba għal għajnuna finanzjarja biex jiġi kkalkolat it-tul minimu ta’ ħames snin fl-Artikolu 3(5)(b) tal-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE>, tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan segwit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jiftakar li, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-leġiżlazzjoni eżaminata ssuġġettat l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja lil studenti mhux residenti għall-kundizzjoni li ġenitur ikun ħadem kontinwament fil-Lussemburgu għal tul minimu ta’ ħames snin fid-data tat-talba għal għajnuna finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li tali leġiżlazzjoni kien fiha restrizzjoni li marret lil hinn minn dak li kien meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu li jiżdied l-għadd ta’ gradwati tal-edukazzjoni ogħla fi ħdan il-popolazzjoni residenti, sakemm ma tippermettix lill-awtoritajiet kompetenti jagħtu tali għajnuna fejn il-ġenituri kienu, minkejja ftit interruzzjonijiet qosra, ħadmu fil-Lussemburgu għal perijodu sinjifikattiv, f’dan il-każ jiġifieri kważi tmien snin, fil-perijodu ta’ qabel it-talba għall-għajnuna finanzjarja, peress li tali interruzzjonijiet ma kinux tali li jkissru r-rabta bejn min jagħmel it-talba għal għajnuna finanzjarja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Gvern Lussemburgiż jargumenta li l-introduzzjoni fl-Artikolu 3(5)(b) tal-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE> ta’ perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin biex jiġi kkalkolat it-tul minimu ta’ xogħol ta’ ħames snin tippermetti, preċiżament, li jiġu kkunsidrati l-interruzzjonijiet qosra tax-xogħol ta’ ġenituri transkonfinali, peress li jkopri sitwazzjonijiet fejn il-ġenitur transkonfinali ma eżerċitax attività fil-Lussemburgu għal sentejn fuq perijodu totali ta’ seba’ snin. Min-naħa l-oħra, il-leġiżlatur nazzjonali jkun intitolat li jikkunsidra li, għall-kuntrarju ta’ interruzzjonijiet qosra, interruzzjonijiet itwal jiksru r-rabta bejn il-ħaddiema transkonfinali u t-tfal tagħhom studenti mal-Lussemburgu u jneħħu l-interess ta’ dak l-Istat Membru biex jipprovdi għajnuna lil dawn l-istudenti. B’mod partikolari, interruzzjoni ta’ xogħol ta’ kważi ħames snin, bħal dik ta’ Aubriet il-missier, tista’ b’mod leġittimu titqies li għandha tali effett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Lussemburgiż jikkunsidra li, sabiex ikun possibbli li t-talbiet għal għajnuna finanzjarja jiġu pproċessati minn amministrazzjoni responsabbli għal proċedura ta’ massa standardizzata, huwa meħtieġ li jinżamm kriterju oġġettiv u newtrali bħal tul tax-xogħol minimu matul perijodu ta’ riferiment partikolari, eskluża l-inklużjoni ta’ kwalunkwe fattur ta’ rabta ieħor li jista’ jipprova li l-ħaddiem transkonfinali għandu rabta suffiċjenti mas-soċjetà Lussemburgiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Tali possibbiltà tkun tfisser, fil-fatt, li l-amministrazzjoni responsabbli għall-ipproċessar ta’ talbiet għal għajnuna finanzjarja tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ u l-evalwazzjoni każ b’każ ta’ jekk kienx hemm element suġġettiv, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>rabtiet suffiċjenti mas-soċjetà Lussemburgiża<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> ta’ ħaddiema transkonfinali impjegati fil-Lussemburgu għal inqas minn ħames snin matul perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin. Madankollu, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jimponu tali evalwazzjoni każ b’każ minn amministrazzjoni pubblika responsabbli għal proċedura ta’ massa standardizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, huwa importanti li wieħed jirrileva li, fil-kawża prinċipali, il-benefiċċju tal-għajnuna finanzjarja tal-Istat għal edukazzjoni ogħla ġie rrifjutat lil Aubriet l-iben, minkejja l-fatt li missieru kien, fis-snin ta’ qabel it-talba ta’ ibnu għall-għajnuna finanzjarja, żamm b’mod durabbli kariga ta’ impjegat fil-Lussemburgu għal tul sinjifikattiv, ferm iktar mit-tul minimu ta’ ħames snin. Fil-fatt, Aubriet il-missier kien kontribwent fil-Lussemburgu u kkontribwixxa għas-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat għal iktar minn 17-il sena fit-23 sena li ġew qabel it-talba ta’ ibnu għal għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla, jiġifieri mill-1991 sal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Aubriet il-missier ma ssodisfax il-kundizzjoni tat-tul tax-xogħol minimi matul il-perijodu ta’ riferiment previst mil-Liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE>, minħabba li kellu jinterrompi l-attività tiegħu fil-Lussemburgu matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE> u s-<DATE ISO="20121216">16 ta’ Diċembru 2012</DATE> sabiex isib xogħol fl-Istat ta’ residenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mis-sitwazzjoni ta’ Aubriet il-missier, il-kunsiderazzjoni tal-unika attività mwettqa mill-ħaddiem transkonfinali fil-Lussemburgu matul perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin qabel it-talba għall-għajnuna finanzjarja ma hijiex biżżejjed biex tevalwa bis-sħiħ il-miżura tar-rabtiet ta’ dak il-ħaddiem transkonfinali mas-suq tax-xogħol Lussemburgiż, b’mod partikolari fejn diġà kien impjegat għal tul sinjifikattiv qabel il-perijodu ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, regola bħal dik prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti b’kundizzjoni li jkollhom ġenitur li ħadem fil-Lussemburgu għal tul minimu ta’ ħames snin f’perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin qabel it-talba għall-għajnuna finanzjarja, fiha restrizzjoni li tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan leġittimu li jiżdied l-għadd ta’ gradwati ta’ edukazzjoni ogħla fi ħdan il-popolazzjoni residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti, bil-kundizzjoni li, fid-data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, wieħed mill-ġenituri tal-istudent ikun ġie impjegat jew ikun eżerċita attività f’dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin ikkalkolat b’mod retroattiv mid-data tal-imsemmija talba għall-għajnuna finanzjarja, sa fejn ma tippermettix fehim wiesa’ biżżejjed tal-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti mas-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti, bil-kundizzjoni li, fid-data tat-talba għall‑għajnuna finanzjarja, wieħed mill-ġenituri tal-istudent ikun ġie impjegat jew ikun eżerċita attività f’dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin ikkalkolat b’mod retroattiv mid-data tal-imsemmija talba għall-għajnuna finanzjarja, sa fejn ma tippermettix fehim wiesa’ biżżejjed tal-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti mas-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>