|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5494 |
9.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12063 — SUNSTONE / PLATINUM GLOBE / DIGITALBRIDGE / SKYLINE JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5494)
1.
Fit-23 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sunstone Investment Pte Ltd (“Sunstone”, Singapore), amministrata minn GIC Special Investments Pte. Ltd (“GICSI”, Singapore), |
|
— |
Platinum Globe A 2013 RSC Limited (“Platinum Globe”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata minn Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
DigitalBridge Group, Inc. (“DigitalBridge”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Skyline JV, LP (“Skyline JV”, il-Gżejjer Cayman), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn DigitalBridge u minn parti terza. |
Sunstone, Platinum Globe u DigitalBridge se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Skyline JV.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Sunstone hija kumpanija azzjonarja stabbilita bl-għan li żżomm l-investimenti ta’ GICSI f’ekwità privata, kapital ta’ riskju, infrastruttura, u investimenti diretti f’kumpaniji privati, |
|
— |
Platinum Globe hija sussidjarja ta’ ADIA, investitur istituzzjonali globali inkarigat mill-investiment tal-kapital tal-gvern mill-Gvern ta’ Abu Dhabi, |
|
— |
DigitalBridge hija ditta ta’ investiment fl-infrastruttura diġitali fuq skala dinjija li tinvesti f’ċentri tad-data, torrijiet tat-telefonija ċellulari, networks tal-fibra, ċelloli żgħar, u infrastruttura tal-edge, |
|
— |
Skyline JV tiżviluppa u tinvesti f’infrastruttura ta’ċentri ta’ data madwar ir-reġjun Asja-Paċifiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12063 — SUNSTONE / PLATINUM GLOBE / DIGITALBRIDGE / SKYLINE JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5494/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)