28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/3


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 34/04)

Deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-deċiżjoni

L-isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2019) 169

Il-21 ta’ Jannar 2019

1,2-dikloroetan

Nru tal-KE 203-458-1

Numru tal-CAS 107-06-2

ORGAPHARM, Rue du Moulin de la canne, 45300 Pithiviers, Franza.

REACH/19/11/0

L-użu ta’ 1,2-dikloroetan bħala solvent tal-proċess fil-manifattura ta’ Sustanza Farmakoloġikament Attiva: Acetat tal-felcainide

fit-22 ta’ Novembru 2024.

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.

REACH/19/11/1

L-użu ta’ 1,2-dikloroetan bħala solvent tal-proċess fil-manifattura ta’ Sustanza Farmakoloġikament Attiva: Idrokloru tan-nefopam


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_mt.htm