12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 13/2008

ta’ l-1 ta’ Frar 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2007 tal-11 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32007 R 1043: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2007 tal-11 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 239, 12.9.2007, p. 50).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1043/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Noreġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 34.

(2)   ĠU L 239, 12.9.2007, p. 50.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.