|
8.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/5 |
LINJA GWIDA (UE) 2020/978 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Ġunju 2020
dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’rabta ma’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti fir-rigward tal-livell minimu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta’ kreditu li jkunu dovuti (BĊE/2020/32)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(5)(a) u (c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Huwa jissorvelja l-funzjonament tas-sistema biex jiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ standards għoljin ta’ superviżjoni u l-konsistenza ta’ eżiti superviżorji fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti. Il-BĊE jista’ joħroġ linji gwida lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) li jistipulaw liema kompiti superviżorji għandhom jitwettqu u liema deċiżjonijiet superviżorji għandhom jiġu adottati mill-ANK. |
|
(2) |
Il-BĊE għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti, skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (2). |
|
(3) |
Bħala l-awtorità kompetenti biex tissorvelja istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE eżerċita d-diskrezzjoni mogħtija lilu skont l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) billi adotta r-Regolament (UE) 2018/1845 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/26) (4) li jiddefinixxi l-livell minimu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta’ kreditu li jkunu dovuti. |
|
(4) |
Għalkemm l-ANK huma primarjament responsabbli biex jeżerċitaw l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet rilevanti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti, ir-rwol ta’ sorveljanza kumplessiv tal-BĊE fi ħdan l-MSU jippermettilu jippromwovi l-eżerċitar konsistenti tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet fir-rigward ta’ istituzzjonijiet kemm sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti, meta jkun xieraq. Dan jiżgura li: (a) is-sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fl-Istati Membri parteċipanti tiġi implimentata b’mod koerenti u effettiv; (b) li jiġi applikat sett ta’ regoli wieħed għas-servizzi finanzjarji b’mod konsistenti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fl-Istati Membri parteċipanti; u (c) li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha jkunu suġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità. |
|
(5) |
Bil-għan li tiġi bbilanċjata l-ħtieġa għall-applikazzjoni konsistenti tal-istandards superviżorji bejn istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti minn naħa waħda mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità min-naħa l-oħra, il-BĊE jqis li l-ANK li jissorveljaw istituzzjonijiet inqas sinifikanti għandhom jeżerċitaw id-diskrezzjoni skont l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/171 (5) bl-istess mod kif inhi eżerċitata mill-BĊE fir-Regolament (UE) 2018/1845 (BĊE/2018/26), |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din il-Linja Gwida tispeċifika kif l-ANK għandhom jeżerċitaw id-diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti dwar il-livell minimu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta’ kreditu li jkunu dovuti, irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tagħhom. L-eżerċitar ta’ din id-diskrezzjoni mill-ANK fir-rigward tal-istituzzjonijiet inqas sinifikanti għandu jkun allinjat bis-sħiħ mal-eżerċitar mill-BĊE tad-diskrezzjoni rilevanti fir-Regolament (UE) 2018/1845 (BĊE/2018/26).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din il-Linja Gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).
Artikolu 3
Livell minimu għall-valutazzjoni tal-materjalità ta’ obbligu ta’ kreditu li jkun dovut
1. Għall-fini tal-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ANK għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet inqas sinifikanti biex jivvalutaw il-materjalità ta’ obbligu ta’ kreditu dovut kontra l-livell minimu li ġej, li jinkludi żewġ komponenti:
|
(a) |
limitu f’termini ta’ somom tal-ammonti kollha dovuti mill-obbligant lill-istituzzjoni ta’ kreditu, lill-impriża prinċipali ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha (iktar ’il quddiem “l-obbligu ta’ kreditu dovut”) ta’:
|
|
(b) |
limitu f’termini tal-ammont tal-obbligu ta’ kreditu dovut b’rabta mal-ammont totali tal-iskoperturi kollha fuq il-karta tal-bilanċ għal dak l-obbligant għall-istituzzjoni ta’ kreditu, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe sussidjarja tagħha, esklużi skoperturi, ugwali għal 1 %. |
2. L-ANK għandhom jeħtieġu lil istituzzjonijiet inqas sinifikanti li japplikaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza stipulata fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi bl-imnut fil-livell ta’ faċilità ta’ kreditu individwali li japplikaw il-livell minimu stipulat fil-paragrafu 1 fil-livell tal-faċilità ta’ kreditu individwali mogħtija lill-obbligant mill-istituzzjoni ta’ kreditu, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha.
3. Inadempjenza għandha titqies li sseħħ meta ż-żewġ limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jinqabżu għal iktar minn 90 jum konsekuttiv.
Artikolu 4
Data ta’ applikazzjoni tal-livell minimu tal-materjalità
L-ANK għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet inqas sinifikanti jinnotifikawhom bid-data eżatta li fiha se jibdew japplikaw il-livell minimu għall-valutazzjoni tal-materjalità ta’ obbligu ta’ kreditu li jkun dovut u li istituzzjonijiet inqas sinifikanti japplikaw dan il-livell minimu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-ANK tal-Istati Membri parteċipanti.
2. L-ANK għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 6
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-ANK tal-Istati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1845 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2018 dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-limitu għall-valutazzjoni tal-materjalità ta’ obbligi ta’ krediti li jkunu dovuti (BĊE/2018/26) (ĠU L 299, 26.11.2018, p. 55).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/171 tad-19 ta’ Ottubru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għal obbligi ta’ kreditu skaduti (ĠU L 32, 6.2.2018, p. 1).