European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5274

9.10.2026

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(C/2026/5274)

Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 405, fin-Nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura tan-NM “ 9405 Luminarji u fittings tat-tidwil inkluż searchlights u spotlights u l-partijiet tagħhom, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra; sinjali mdawlin, pjanċi bl-isem imdawlin u bħalhom, li għandhom sors ta’ dawl imwaħħal b’mod fiss, u l-partijiet tagħhom mhux speċifikati jew inklużi banda oħra” jiddaħħal it-test li ġej wara t-titolu tal-intestatura:

“Din l-intestatura teskludi oġġetti mdawlin magħmula minn materjali differenti (eż. ħġieġ, metall, plastik) li huma ddisinjati biss għal finijiet dekorattivi biex jintużaw fuq ġewwa jew fuq barra. Huma mgħammra bi dwal (pereżempju, girlandi tal-elettriku LED, strixxi tal-LED) maħsuba biex itejbu l-karattru dekorattiv tagħhom.

Dawn l-oġġetti mhumiex iddisinjati prinċipalment biex idawlu, pereżempju, kamra (peress li d-dwal huma maħsuba biex jenfasizzaw l-oġġett dekorattiv u d-dawl li jitfgħu huwa baxx wisq biex ikun tidwil funzjonali) u lanqas ma huma lampi speċjalizzati (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 9405 , (I), (1) u (3)).

Dawn l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tal-komponent dekorattiv, peress li d-disinn u l-karatteristiċi ġenerali tagħhom jindikaw li huma maħsuba għal użu ornamentali.

Għal dawn l-oġġetti, il-preżenza ta’ pannelli solari mhijiex rilevanti biex jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9405 (ara l-illustrazzjoni 7).

Eżempju ta’ prodotti li jridu jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom:

Illustrazzjoni 1

Illustrazzjoni 2

Illustrazzjoni 3

Illustrazzjoni 4

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4

Illustrazzjoni 5

Image 5

Illustrazzjoni 6

Image 6

Illustrazzjoni 7

Illustrazzjoni 8

Image 7

Image 8

”

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).

(2)   ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5274/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)