European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6561

8.12.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12170 — CRRC / GRAMPET / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6561)

1.   

Fid-19 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CRRC Shandong Wind Power Co. Ltd. (“CRRC Shandong Wind Power”, iċ-Ċina), ikkontrollata minn CRRC Group Corporation Co., Ltd (iċ-Ċina),

—

Grampet Group (“Grampet”, ir-Rumanija).

CRRC Shandong Wind Power u Grampet se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ġdida.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

CRRC Shandong Wind Power hija attiva fil-manifattura tat-tagħmir eoliku u tipprovdi servizzi għall-parks eoliċi globalment. Rilevanti għall-konċentrazzjoni proposta, hija timmanifattura u tbigħ ukoll vaguni ferrovjarji tal-merkanzija fiż-ŻEE permezz ta’ sussidjarja kompletament proprjetà tagħha,

—

Grampet, hija attiva fit-trasport privat tal-merkanzija bil-ferrovija, primarjament fix-Xlokk tal-Ewropa. L-operazzjonijiet tagħha jinkludu wkoll il-manifattura, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ coaches tal-passiġġieri u vaguni tal-merkanzija, kif ukoll il-forniment ta’ loġistika tal-merkanzija u servizzi ta’ lokazzjoni tal-vaguni.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta se jkunu l-assemblaġġ, il-manifattura u l-bejgħ ta’ vaguni ferrovjarji tal-merkanzija mibnija ġodda. Potenzjalment fit-tul, se tkun attiva fis-servizzi ta’ wara l-bejgħ fl-Ungerija, filwaqt li timmira lejn l-opportunitajiet tas-suq madwar l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq, u l-Lvant Nofsani

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 5 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12170 — CRRC / GRAMPET / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6561/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)