|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2475 |
16.9.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2475
tat-12 ta’ Settembru 2024
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2024) 6551)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u tfixkil fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar tal-passa, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-passa tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2214 (4) wara tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-Polonja, li kien jeħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2214, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI, fi stabbiliment fejn kien jinżamm il-pollam, li jinsab fid-dipartiment ta’ Finistère. |
|
(7) |
Franza ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħa. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ħadet Franza, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn Franza jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI. |
|
(9) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Franza, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għal Franza fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(11) |
B’hekk, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn Franza, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(12) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tapplika sat-30 ta’ Settembru 2024. Madankollu, id-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fiż-żona ta’ sorveljanza stabbilita minn Franza f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 hija estiża lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(13) |
Barra minn hekk, minħabba s-sejbiet li qed isiru tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi fl-Unjoni, u b’mod partikolari r-riskji tat-tixrid ta’ dik il-marda minn għasafar selvaġġi tal-passa matul l-istaġuni tal-passa li ġejjin, hemm riskju dejjem akbar ta’ tifqigħat ulterjuri fil-pollam u fl-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(14) |
Għalhekk jixraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jittawwal sat-30 ta’ Settembru 2025, biex ikopri l-istaġuni tal-passa annwali li ġejjin tal-għasafar selvaġġi tal-passa. Din l-estensjoni tqis ukoll l-iżviluppi attwali fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-HPAI u r-riskji korrispondenti għas-saħħa tal-annimali li jirriżultaw minn tifqigħat ulterjuri possibbli ta’ dik il-marda. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(16) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 5, id-data “30 ta’ Settembru 2024” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Settembru 2025”; |
|
2. |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2214 tat-30 ta’ Awwissu 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2024/2214, 2.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2214/oj
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||
|
Départements Morbihan et Loire Atlantique: |
||||||||||||
|
Département Loire Atlantique
Département Morbihan
|
11.9.2024 |
|||||||||||
|
Département Finistère: |
||||||||||||
|
24.9.2024 |
|||||||||||
Stat Membru: Il-Polonja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||
|
PL-HPAI(P)-2024-00026 |
|
14.9.2024 |
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Département Ille-et-Vilaine: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.9.2024 - 12.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
12.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Départements Morbihan et Loire Atlantique: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Département Loire Atlantique
Département Morbihan
|
12.9.2024 - 20.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Département Loire Atlantique
Département Morbihan
|
20.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Département Finistère: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
25.9.2024 - 3.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
3.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Mecklenburg-Vorpommern: |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00012 |
Landkreis Rostock Amt Tessin:
|
6.9.2024 - 14.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00012 |
Landkreis Rostock Amt Tessin:
Amt Gnoien:
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
14.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Polonja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|||||||||||
|
PL-HPAI(P)-2024-00026 |
|
15.9.2024 - 23.9.2024 |
|||||||||||
|
23.9.2024 |
Stat Membru: Il-Portugall
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Viana do Castelo: |
||
|
PT-HPAI(NON-P)-2024-00008 |
Il-partijiet mill-kontea ta’ Viana do Castelo, mid-distrett ta’ Viana do Castelo, li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 41.637500N, -8.819083W |
7.9.2024 - 15.9.2024 |
|
Il-partijiet tal-kontea ta’ Viana do Castelo, mid-distrett ta’ Viana do Castelo, u l-partijiet tal-kontej ta’ Barcelos u Esposende mid-distrett ta’ Braga, li jinsabu lil hinn miż-żoni deskritti fiż-żona ta’ protezzjoni, u li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 41.637500N, -8.819083W |
15.9.2024 |
|
Parti C
Żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 3a |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2475/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)