16.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 11/84


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Jannar 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE rigward ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8988)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/31/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE (2) tistabbilixxi miżuri tranżitorji għar-rekwiżiti strutturali ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (3) u (KE) Nru 853/2004 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawk l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minnhom għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jintużaw għal aktar ipproċessar fi stabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/716/KE ġiet emendata mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/290/KE (5), 2008/330/KE (6), 2008/552/KE (7), 2008/678/KE (8) u 2008/828/KE (9).

(3)

Skont dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib waqqfu l-attivitajiet tagħhom jew lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni.

(4)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu jkun emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14.

(3)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; ikkoreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(4)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; ikkoreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(5)   ĠU L 96, 9.4.2008, p. 35.

(6)   ĠU L 114, 26.4.2008, p. 94.

(7)   ĠU L 178, 5.7.2008, p. 43.

(8)   ĠU L 221, 19.8.2008, p. 32.

(9)   ĠU L 294, 1.11.2008, p. 11.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li jmiss għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam huma mħassra:

Nru

Nru Veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“1.

BG 0101001

‘Melnichen kombinat Rila STH’ AD

gr. Blagoevgrad

ul. ‘V. Levski’ 56

19.

BG 0401012

‘Polikomers-SG’ EOOD

s. Shemshevo

obsht. V. Tarnovo

104.

BG 0602004

‘Z i K’ OOD

gr. Vratsa

ul. ‘Vasil Kanchov’ 25

126.

BG 2202025

ET ‘Takt-Asia Milanova’

gr. Sofia

obsht. Lyulin

ul. ‘Obelsko shose’ 11

260.

BG 1204008

ET ‘Petar Parvanov - Demetra’

gr. Lom

ul. ‘Belogradchishko shose’ 1

283.

BG 1604014

‘Elko’ OOD

gr. Plovdiv

ul. ‘Brezovsko shose’ 170

355.

BG 2504001

ET ‘Stezis’

gr. Omurtag

Promishlena zona”

(2)

L-annotazzjonijiet li jmiss għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib huma mħassra:

Nru

Nru Veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“16.

BG 1512033

ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

39.

BG 2312036

ET ‘Rosen Deyanski-DEYA’

s. Opitsvet, obsht. Kostinbrod

50.

BG 1612020

ET ‘Bor-Chvor’

s. Dalbok izvor

obsht. Parvomay

60.

BG 2812003

‘Balgarski yogurt’ OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska

110.

1612013

‘Polidey - 2’ OOD

s. Domlyan

171.

2412019

‘Dekada’ OOD

s. Elhovo

obsht. Stara Zagora

205.

BG 2218045

‘El-Em-Impeks’ EOOD

gr. Sofia

Kv. Gorna bania”