26.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11091 – PLATINUM EQUITY GROUP / DIVERSEY HOLDINGS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 143/04)

1.   

Fit-18 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Platinum Equity Group, LLC (“Platinum Equity Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Diversey Holdings Ltd (“Diversey”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Plantinum Equity Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Diversey kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Platinum Equity Group jispeċjalizza fl-akkwist u t-tħaddim ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lill-klijenti f’firxa wiesgħa ta’ negozju, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni u t-telekomunikazzjonijiet, il-loġistika, is-servizzi ta’ metall, il-manifattura u d-distribuzzjoni.

—

Diversey hija manifattur u fornitur ta’ portafoll ta’ prodotti ta’ iġjene, prevenzjoni tal-infezzjonijiet u soluzzjonijiet tat-tindif, li tikkombina sustanzi kimiċi bi privattiva, tagħmir tad-dożaġġ u tad-distribuzzjoni, magni u servizzi tat-tindif, u analiżijiet diġitali anċillari.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11091 – PLATINUM EQUITY GROUP / DIVERSEY HOLDINGS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.