20.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8848 — Cathay Capital Private Equity/Equistone Partners Europe/E. Winkemann)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 105/05)

1.

Fit-12 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Cathay Capital Private Equity SAS (“CCPE”) (Franza),

—

Equistone Partners Europe Ltd (“Equistone”) (ir-Renju Unit),

—

E. Winkemann GmbH (“Winkemann”) (il-Ġermanja).

CCPE u Equistone jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Winkemann kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CCPE hija ditta indipendenti tal-investiment li tiġġestixxi diversi fondi tal-investiment f’industriji inklużi dawk tal-konsumatur/tas-servizzi, dawk diġitali/tal-midja, tal-kura tas-saħħa, industrijali u tas-software;

—

Equistone hija ditta indipendenti tal-investiment li tiġġestixxi diversi fondi ta’ investiment f’industriji varji, primarjament f’tal-konsumatur u tal-ivvjaġġar, servizzi finanzjarji, inġinerija speċjalizzata u servizzi ta’ appoġġ;

—

Winkemann hija manifattur u fornitur ta’ partijiet tal-metall mgħattna ta’ preċiżjoni għall-industriji tal-vetturi, tal-provvista tal-vetturi u l-industriji elettriċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8848 — Cathay Capital Private Equity/Equistone Partners Europe/E. Winkemann

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew ermezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.