02003L0091 — MT — 01.07.2026 — 021.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254 8.10.2003, p. 11) |
Emendata bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE
tas-6 ta’ Ottubru 2003
li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix
(Test b’relevanza għaż- ŻEE)
Artikolu 1
Fir-rigward tad-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà:
l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness I għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-“Protokoll għall-provi għal distintività, uniformità u stabbilità” tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) imniżżlin f’dak l-Anness;
l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness II għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-test għat-twettiq ta’ testijiet għad-distintività, l-uniformità u l-istabbilità tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV) imniżżlin f’dak l-Anness.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-uniformità, il-varjetajiet organiċi adattati għall-produzzjoni organika, li jappartjenu għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness III, Parti A, jistgħu minflok jikkonformaw mal-kondizzjonijiet imniżżlin fil-Parti B ta’ dak l-Anness.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena u sal-31 ta’ Diċembru 2030, dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjonijiet tal-varjetajiet u r-riżultati tal-eżamijiet għad-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà (DUS) li jikkonċernaw dawk il-varjetajiet organiċi.
Artikolu 2
Il-karatteristiċi ta’varjetá fi ħdan it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi markati b’ asterisk (*) fil-linji gwida ta’prova msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiġu użati, sakemm l-osservazzjoni ta’ karatteristika ma tkunx tħalliet minħabba fl-espressjoni ta’ kwalunkwe karatteristici oħrajn, u sakemm l-espressjoni ta’ karatteristika m’hix ostakolata mill-kondizzjonijiet ambjentali li fihom tkun qed isseħħ il-prova.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ ta’l-ispeċi mniżżla f’L-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihomtad-disinn ta’prova u tal-kondizzjonijiet ta’tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta’prova msemmijja f’dawk l-Annessi jiġu mħarsa fil-ħin ta’l-eżamijiet.
Artikolu 4
Direttiva 72/168/KEE hija mħassra.
Artikolu 5
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew din ir-riferenza għandha tiġi mhemża fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom.L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
Artikolu 6
Meta, mad-dħul fis-seħħ ta’din id-Direttiva, ċerti varjetajiet ma ġewx aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalogu Komuni tal-varjetajiet ta’l-ispeċi tal-ħaxix, u l-eżamijiet uffiċjali nbdew qabel dik id-data skond id-dispożizzjonijiet ta’ jew
Direttiva 72/168/KEE jew
il-linji gwida tal-CPVO mniżżla f’L-Anness I jew il-linji gwida tal-UPOV imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi,
il-varjetajiet konċernati jiġu meqjusa li jaderixxu l-ħtiġijiet ta’din id-Direttiva.
Paragrafu 1 japplika biss fejn il-provi jwasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli mniżżla jew f’
Direttiva 72/168/KEE jew fil-
linji gwida tal-CPVO kif mniżżla f’L-Anness I jew fil-linji gwida tal-UPOV kif imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO ( 1 )
|
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
|
Allium cepa L. (Grupp Cepa) |
Basal u Xalotta twila |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
|
Allium cepa L. (Grupp Aggregatum) |
Xallotta |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
|
Allium fistulosum L. |
Basal tax-xitwa |
TP 161/1 tal-11.3.2010 |
|
Allium porrum L. |
Kurrat |
TP 85/2 tal-1.4.2009 |
|
Allium sativum L. |
Tewm |
TP 162/2 tat-30.5.2023 |
|
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat salvaġġ |
TP 198/2 tal-11.3.2015 |
|
Apium graveolens L. |
Karfus |
TP 82/1 tat-13.3.2008 |
|
Apium graveolens L. |
Karfusa liftija |
TP 74/1 tat-13.3.2008 |
|
Asparagus officinalis L. |
Spraġ |
TP 130/2 Rev. tat-3.1.2025 |
|
Beta vulgaris L. |
Pitravi, inkluż il-pitrava Cheltenham |
TP 60/1 tal-1.4.2009 |
|
Beta vulgaris L. |
Selq |
TP 106/2 tal-14.4.2021 |
|
Brassica oleracea L. |
Grupp tal-kaboċċi tal-weraq |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Brassica oleracea L. |
Pastard |
TP 45/2 Rev. 3 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Brokkoli (tip ta’ nebbieta u tip ta’ kalabrese) |
TP 151/2 Rev. 3 Rett. tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Kaboċċi ta’ Brussell |
TP 54/2 Rev. 2 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Kohlrabi |
TP 65/2 Rev. tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Kaboċċi mflefla (savoy) |
TP 48/3 Rev. 3 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Capitata (kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor) |
TP 48/3 Rev. 3 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Grupp tal-kaboċċi tat-Toskana |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Brassica oleracea L. |
Grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda) |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Brassica rapa L. |
Kaboċċi Ċiniżi |
TP 105/2 tat-23.4.2025 |
|
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jew Bżar ieħor |
TP 76/3 tal-31.3.2025 |
|
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-wiesgħa |
TP 118/3 tad-19.3.2014 |
|
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra industrijali |
TP 172/2 Rev. tat-28.1.2025 |
|
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra tal-weraq |
TP 154/2 Rev. tal-31.3.2023 |
|
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra |
TP 173/2 tal-21.3.2018 |
|
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai |
Dulliegħ |
TP 142/2 Rev. 3 tad-29.2.2024 |
|
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
TP 104/2 Rev. 3 tal-31.3.2025 |
|
Cucumis sativus L. |
Ħjar u Ħjar tal-pikles |
TP 61/2 Rev. 3 tat-3.1.2025 |
|
Cucurbita maxima Duchesne |
Qara’ |
TP 155/1 tal-11.3.2015 |
|
Cucurbita pepo L. |
Qarabagħli jew Zukkini |
TP 119/1 Rev. 2 tal-31.3.2025 |
|
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ u Kardun |
TP 184/2 Rev. tas-6.3.2020 |
|
Daucus carota L. |
Karrotti u Karrotti tal-foraġġ |
TP 49/3 Rett. tat-13.3.2008 |
|
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
TP 183/2 tal-14.4.2021 |
|
Lactuca sativa L. |
Ħass |
TP 13/6 Rev. 5 tat-3.1.2025 |
|
Solanum lycopersicum L. |
Tadam |
TP 44/5 tat-23.4.2025 |
|
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
TP 136/1 Rett. tal-21.3.2007 |
|
Phaseolus coccineus L. |
Fażola spanjola |
TP 9/1 tal-21.3.2007 |
|
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola nana u Fażola tixxeblek ta’ Franza |
TP 12/4 tas-27.2.2013 |
|
Pisum sativum L. (partim) |
Piżelli mkemmex, Piżelli tond u Piżelli ħelwin |
TP 7/2 Rev. 3 Rett. tas-6.3.2020 |
|
Raphanus sativus L. |
Ravanell, Ravanell iswed |
TP 64/2 Rev. 2 tad-29.2.2024 |
|
Rheum rhabarbarum L |
Rabarbru |
TP 62/1 tad-19.4.2016 |
|
Scorzonera hispanica L. |
Skorzonera jew Sassefrika sewda |
TP 116/1 tal-11.3.2015 |
|
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
TP 117/1 tat-13.3.2008 |
|
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
TP 55/5 Rev. 5 tat-23.4.2025 |
|
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Valerjanella jew Ħass tal-ħaruf |
TP 75/2 Rev. tad-29.2.2024 |
|
Vicia faba L. (partim) |
Ful |
TP 206/1 tal-25.3.2004 |
|
Zea mays L. (partim) |
Qamħirrum ħelu u Popcorn |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
|
Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner |
Salvaġġ tat-tadam |
TP 294/1 Rev. 6 tad-29.2.2024 |
|
Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne |
L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne għall-użu bħala salvaġġ |
TP 311/1 tal-15.3.2017 |
ANNESS II
Lista tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV (*1)
|
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Linja gwida tal-UPOV |
|
Brassica rapa L. |
Nevew |
TG/37/11 tat-23.9.2022 |
|
(*1)
It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int). |
||
ANNESS III
PARTI A
Lista ta’ speċijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2)
PARTI B
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar testijiet għad-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika
1. Regola ġenerali
Dan li ġej għandu japplika għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika
1.1. Fir-rigward tad-distintività u l-istabbiltà, il-karatteristiċi kollha tal-protokolli u l-linji gwida msemmija fl-Annessi I u II għandhom jiġu osservati u deskritti.
1.2. Fir-rigward tal-uniformità, il-karatteristiċi kollha tal-protokolli u l-linji gwida msemmija fl-Annessi I u II għandhom jiġu osservati u deskritti u dan li ġej għandu japplika għall-karatteristiċi mniżżlin skont il-punt 2:
dawk il-karatteristiċi jistgħu jiġu vvalutati b’mod inqas strett;
fejn għal dawk il-karatteristiċi tkun prevista deroga mill-protokoll tekniku rispettiv f’dak il-punt 2, il-livell ta’ uniformità fil-varjetà għandu jkun simili għal-livell ta’ uniformità ta’ varjetajiet komparabbli ta’ għarfien komuni fl-Unjoni.
2. Deroga mill-protokolli tekniċi
2.1. Zunnarija
Għall-varjetajiet li jappartjenu għall-ispeċi zunnarija (Daucus carota L.) il-karatteristiċi tad-DUS li ġejjin tal-protokoll CPVO-TP/049/3 tas-CPVO tal-varjetà ttestjata jistgħu għall-uniformità jiddevjaw mir-rekwiżiti tad-DUS li ġejjin:
|
CPVO Nru 4 |
– |
Werqa: it-tqassim |
|
CPVO Nru 5 |
– |
Werqa: l-intensità ta’ kulur aħdar |
|
CPVO Nru 19 |
– |
Għerq: id-dijametru tal-qalba relattiv għad-dijametru totali |
|
CPVO Nru 20 |
– |
Għerq: il-kulur tal-qalba |
|
CPVO Nru 21 |
– |
Minbarra varjetajiet b’qalba bajda; Għerq: l-intensità tal-kulur tal-qalba |
|
CPVO Nru 28 |
– |
Għerq: il-ħin ta’ kolorazzjoni tat-tarf |
|
CPVO Nru 29 |
– |
Pjanta: l-għoli tal-umbella primarja fiż-żmien tal-fjoritura tagħha |
2.2. Ġidra
Għall-varjetajiet li jappartjenu għall-ispeċi ġidra (Brassica oleracea L.) il-karatteristiċi DUS li ġejjin tal-protokoll tas-CPVO CPVO-TP/065/1 Rev. tal-varjetà ttestjata jistgħu għall-uniformità jiddevjaw mir-rekwiżiti tad-DUS li ġejjin tal-protokoll tekniku tas-CPVO rispettiv:
|
CPVO Nru 2 |
– |
Nibbiet: l-intensità tal-kulur aħdar tal-kotiledoni |
|
CPVO Nru 6 |
– |
Zokk irqiq tal-werqa: l-orjentazzjoni |
|
CPVO Nru 8 |
– |
Werqa mingħajr iz-zokk: it-tul |
|
CPVO Nru 9 |
– |
Werqa mingħajr iz-zokk: il-wisa’ |
|
CPVO Nru 10 |
– |
Werqa mingħajr iz-zokk: il-forma tal-ponta |
|
CPVO Nru 11 |
– |
Werqa mingħajr iz-zokk: it-tqassim għal nofs il-werqa (fil-parti t’isfel tal-werqa) |
|
CPVO Nru 12 |
– |
Werqa mingħajr iz-zokk: in-numru ta’ inċiżjonijiet tal-marġni (fil-parti ta’ fuq tal-werqa) |
|
CPVO Nru 13 |
– |
Werqa mingħajr iz-zokk: il-fond tal-inċiżjoni tal-marġni (fil-parti ta’ fuq tal-werqa) |
|
CPVO Nru 14 |
– |
Werqa mingħajr iz-zokk: il-forma f’sezzjoni trasversali |
|
CPVO Nru 19 |
– |
Ġidra: l-għadd ta’ weraq ta’ ġewwa. |
( 1 ) It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).