|
5.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/538
tal-4 ta’ April 2022
li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-benżoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-qżieqeż miftuma, l-awtorizzazzjoni l-ġdida għall-qżieqeż miftuma ta’ Suidae oħra u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 496/2011 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco Finland Oy)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-benżoat tas-sodju ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-qżieqeż miftuma bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-benżoat tas-sodju għall-qżieqeż miftuma u għal użu ġdid għall-qżieqeż ta’ Suidae oħra, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-benżoat tas-sodju ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-qżieqeż miftuma, is-sikurezza tal-konsumaturi jew l-ambjent. Din il-konklużjoni tista’ tiġi estiża għal Suidae oħra li jkunu qed jikbru. L-Awtorità kkonkludiet li jenħtieġ li l-addittiv jitqies bħala sensitizzatur tal-ġilda u li l-formulazzjoni tat-trab tal-addittiv tirrappreżenta riskju mill-inalazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Barra minn hekk, abbażi tad-data dwar l-effikaċja evalwata qabel, l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fil-qżieqeż miftuma. Il-konklużjonijiet dwar l-effikaċja li tintlaħaq fil-qżieqeż miftuma jistgħu jiġu estiżi għal speċijiet oħra tas-Suidae li jkunu qed jikbru u li jkunu fl-istadju fiżjoloġiku korrispondenti. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-benżoat tas-sodju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded għall-qżieqeż miftuma u jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu tiegħu għall-qżieqeż ta’ speċijiet Suidae oħra fl-istadju fiżjoloġiku korrispondenti, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-benżoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 496/2011 jitħassar. |
|
(7) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza kkonċernata mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata u mġedda bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 496/2011 jitħassar.
Artikolu 3
1. Is-sustanza msemmija fl-Artikolu 1 u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik is-sustanza, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Ottubru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ April 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-sustanza msemmija fil-paragrafu 1, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ April 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ April 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benżoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (ĠU L 134, 21.5.2011, p. 9).
(3) EFSA Journal 2021;19(11):6899.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-prestazzjonijiet żootekniċi) |
|||||||||||||||||||
|
4d5 |
Taminco Finland Oy |
Benżoat tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Formulazzjoni granulari jew trab b’minimu ta’ 99 % benżoat tas-sodju |
Qżieqeż miftuma ta’ kull speċi Suidae |
— |
|
4 000 |
|
Il-25 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Benżoat tas-sodju Formula kimika: C7H5O2 Na Numru CAS: 532-32-1 |
|||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-benżoat tas-sodju (bħala aċidu benżojku totali) fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-sodju totali fl-addittiv tal-għalf:
|
|||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports