5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/69


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1461

tas-26 ta’ Awwissu 2022

dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument C(2022) 6011)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ biċikletti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (4) tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,

Wara li informat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97.

(2)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping.

(3)

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika.

(4)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”).

(5)

Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati (5).

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/505 (6) l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni kienet adottata fit-23 ta’ Marzu 2022.

(7)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

1.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(8)

Bejn il-15 ta’ Lulju 2020 u t-30 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, it-talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(9)

Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Il-kummenti tagħhom ġew indirizzati fil-premessi (22) sa (27).

(10)

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet rispettivi tagħhom li huma debitament sostanzjati skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

2.   L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI

(11)

Ġie konkluż l-eżami tal-merti tat-talba tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1.

Tabella 1

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C492

MOTOKIT Veiculos e Acessórios Lda

Rua Alto do Vale do Grou 36, 3750-870 Borralha/Águeda, Il-Portugall

C559

Northtec Sp. z o.o.

ul. Dworcowa 15a, 43-502 Czechowice-Dziedzice, Il-Polonja

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Jedlik Ányos utca 1, 3200 Gyöngyös, L-Ungarija

(12)

Matul l-eżami tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxi anqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha mmuntati mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1.

(13)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 rispettivament jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(14)

Għal din ir-raġuni, u f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-Tabella 1 issodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni tidħol fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talba li hija debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data.

(16)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom rispettivament u ngħataw opportunità biex jikkummentaw dwarhom.

(17)

Peress li l-eżenzjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien dwar kull tibdil f’din id-data (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara lil jitwaqqfu entitajiet ġodda tal-immuntar).

(18)

F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti eżentata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attività tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

3.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

(19)

L-eżami tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż għal dawn il-partijiet huwa sospiż.

(20)

Billi s-sospensjonijiet se japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) minnufih dwar kwalunkwe bidla fihom (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-immuntar).

(21)

F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali parti.

Tabella 2

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C557

Berria Bike S.L.

Calle Blasco de Garay 19, 02600 Villarrobledo, Spanja

C720

Propain Bicycles GmbH

Schachenstraße 39, 88267 Vogt, Il-Ġermanja

C860

Profil Bicycles CZ s.r.o.

Hněvotín 31, 783 47 Hněvotín, Ir-Repubblika Ċeka

C863

Decathlon Sp. z o.o.

ul. Geodezyjna 76, 03-290 Warszawa, Il-Polonja

(22)

Decathlon Sp. z o.o. Poland (“Decathlon”) elenkata fit-Tabella 2 ikkummentat billi talbet lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid id-data ta’ effett tas-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji għall-partijiet li qed jiġu eżaminati.

(23)

Decathlon sostniet li t-talba għal eżenzjoni tressqet fl-1 ta’ Diċembru 2021 flimkien mad-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammissibbiltà tagħha u għalhekk, is-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji jenħtieġ li tidħol fis-seħħ minn dik id-data.

(24)

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 4(3) tar-Regolament ta’ eżenzjoni jiddikjara li l-ammissibbiltà tat-talbiet għal eżenzjoni tiġi stabbilita meta tkun debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tal-istess Regolament.

(25)

It-talba għal eżenzjoni mressqa minn Decathlon fl-1 ta’ Diċembru 2021 ma kinitx debitament issostanzjata biex tiġi stabbilita l-ammissibbiltà tagħha. Il-Kummissjoni infurmat lil Decathlon b’dan u talbet informazzjoni addizzjonali kif ukoll id-dokumentazzjoni nieqsa skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(26)

Decathlon ipprovdiet id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni nieqsa fil-31 ta’ Jannar 2022 u fil-21 ta’ Marzu 2022. Għalhekk, it-talba għal eżenzjoni mressqa minn Decathlon ġiet meqjusa bħala debitament sostanzjata biss mill-21 ta’ Marzu 2022 u għalhekk din hija d-data ta’ effett tas-sospensjoni tal-ħlas tad-dazji estiżi.

(27)

Għar-raġuni msemmija hawn fuq, id-data tal-21 ta’ Marzu 2022 kif żvelata preċedentement hija kkonfermata u t-talba ta’ Decathlon qed tiġi miċħuda.

4.   AĠĠORNAMENT TA’ REFERENZI GĦAL PARTIJIET EŻENTATI

(28)

Bejn is-16 ta’ Novembru 2021 u l-24 ta’ Mejju 2022, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 3 innotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet fl-indirizzi tagħhom. Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni.

(29)

Filwaqt li l-eżenzjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata f’konformità mal-Artikoli 5(1) jew 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni tibqa’ mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati.

Tabella 3

Kodiċi addizzjonali TARIC

Referenza preċedenti

Bidla

A984

Blue Factory Team S.L.

Calle Juan de la Cierva 62, Elche-Alicante, Spanja

L-indirizz ta’ din il-parti eżentata nbidel għal:

Calle Nicolás Copérnico 4, Elche Parque Empresarial, 03203 Elche-Alicante, Spanja

A605

Bohemia Bike a.s.

Na Pankráci 1724/129 Nusle, 140 00 Praha 4, Ir-Repubblika Ċeka

L-indirizz ta’ din il-parti eżentata nbidel għal:

Pujmanové 1753/10a Nusle, 140 00 Praha 4, Ir-Repubblika Ċeka

B940

Solo International Oy

Pyynitie 1B, 02230 Espoo, Il-Finlandja

L-indirizz ta’ din il-parti eżentata nbidel għal:

Komeetankatu 1, 02210 Espoo, Il-Finlandja

A730

Alubike – Bicicletas S.A.

Zona Industrial de Oiã Lote C10, Oiã, 3770 068 Oliveira do Bairro, Il-Portugall

L-indirizz ta’ din il-parti eżentata nbidel għal:

Zona Industrial de Aveiro Sul, lote 11, Mamodeiro, Aveiro Concelho, Freguesia, 3810 783 Aveiro, Il-Portugall

5.   IS-SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI TNEĦĦIET (IRTIRAR TA’ TALBIET GĦAL EŻENZJONI)

(30)

Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-pagament tad-dazji għall-Partijiet li qed jiġu eżaminati titneħħa għall-partijiet elenkati fit-Tabella 4.

Tabella 4

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C557

Berria Bike S.L.

Calle Blasco de Garay 19, 02600 Villarrobledo, Spanja

C609

Nextbike GmbH

Erich Zeigner Allee 69-73 04229 Leipzig, Il-Ġermanja

(31)

Fis-27 ta’ Lulju 2020 u fil-25 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet elenkati fit-Tabella 4 talba għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tistabbilixxi jekk it-talbiet rispettivi kinux ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(32)

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 88/97, sakemm tittieħed deċiżjoni fuq il-mertu tat-talbiet, il-ħlas tad-dazju estiż għal kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għal ċirkulazzjoni libera mill-partijiet elenkati fit-Tabella 4 ġie sospiż mill-jum li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talbiet tagħhom għal eżenzjoni rispettivament.

(33)

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC C557 u C609 ġew assenjati lil Berria Bike S.L. Spain (‘Berria Bike’) u Nextbike GmbH, Germany (‘Nextbike’) rispettivament, sabiex jidentifikaw l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera u soġġett għas-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż.

(34)

Fil-25 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba minn Berria Bike biex tiġi rtirata l-applikazzjoni għal eżenzjoni, waqt li kien għaddej l-eżami tal-merti tagħha u l-pagament tad-dazju estiż kien sospiż.

(35)

Il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar u konsegwentement is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li titneħħa. Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data tal-wasla tat-talba għal eżenzjoni mressqa minn Berria Bike, li hija d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, jiġifieri s-27 ta’ Lulju 2020.

(36)

Fit-30 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba ġdida mingħand Berria Bike għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk din it-talba kinitx ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(37)

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talba, il-ħlas tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn Berria Bike ġie sospiż mill-jum li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talba l-ġdida għall-eżenzjoni debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, jiġifieri t-30 ta’ Marzu 2022.

(38)

Għalhekk, sakemm tittieħed deċiżjoni fuq il-merti tat-talba għal eżenzjoni l-aktar reċenti, jenħtieġ li d-data l-ġdida li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni tad-dazju estiż tinbidel għat-30 ta’ Marzu 2022.

(39)

Fil-5 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba minn Nextbike biex tiġi rtirata l-applikazzjoni għal eżenzjoni, waqt li kien għaddej l-eżami tal-merti tagħha u l-pagament tad-dazju estiż kien sospiż.

(40)

Il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar u konsegwentement is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li titneħħa. Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data tal-wasla tat-talba għal eżenzjoni mressqa minn Nextbike, li hija d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, jiġifieri l-25 ta’ Novembru 2020.

(41)

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 4 ġew informati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw opportunità jikkummentaw dwarhom. Ma wasal l-ebda kumment,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma b’dan eżentati mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (9) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talba tal-partijiet. Din id-data hija mogħtija fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz tagħhom, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.

Il-parti eżentata

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

C492

MOTOKIT Veiculos e Acessórios Lda

Rua Alto do Vale do Grou 36, 3750-870 Borralha/Águeda, Il-Portugall

25.9.2020

C559

Northtec Sp. z o.o.

ul. Dworcowa 15a, 43-502 Czechowice-Dziedzice, Il-Polonja

27.7.2020

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Jedlik Ányos utca 1, 3200 Gyöngyös, L-Ungerija

15.7.2020

Artikolu 2

Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom ikunu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni tal-partijiet rispettivi ’l quddiem. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qed jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet tal-immuntar tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu, iżda mhumiex limitati, xi bidliet fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi, u fl-indirizzi tal-partijiet.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

C557

Berria Bike S.L.

Calle Blasco de Garay 19, 02600 Villarrobledo - Spanja

30.3.2022

C720

Propain Bicycles GmbH

Schachenstraße 39, 88267 Vogt, Il-Ġermanja

1.7.2021

C860

Profil Bicycles CZ s.r.o.

Hněvotín 31, 783 47 Hněvotín, Ir-Repubblika Ċeka

20.2.2022

C863

Decathlon Sp. z o.o.

ul. Geodezyjna 76, 03-290 Warszawa, Il-Polonja

21.3.2022

Artikolu 3

Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati jew sospiżi elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” tat-Tabella.

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawk il-partijiet eżentati jew sospiżi kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.

Il-partijiet eżentati jew sospiżi li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza

Kodiċi addizzjonali TARIC

Referenza preċedenti

Referenza ġdida

Id-data tad-dħul fis-seħħ

A984

Blue Factory Team S.L.

Calle Juan de la Cierva 62, Elche-Alicante, Spanja

Blue Factory Team S.L.

Calle Nicolás Copérnico 4, Elche Parque Empresarial, 03203 Elche-Alicante, Spanja

10.8.2021

A605

Bohemia Bike a.s.

Na Pankráci 1724/129 Nusle, 140 00 Praha 4, Ir-Repubblika Ċeka

Bohemia Bike a.s.

Pujmanové 1753/10a Nusle, 140 00 Praha 4, Ir-Repubblika Ċeka

11.4.2022

B940

Solo International Oy

Pyynitie 1B, 02230 Espoo, Il-Finlandja

Solo International Oy

Komeetankatu 1, 02210 Espoo, Il-Finlandja

28.4.2022

A730

Alubike – Bicicletas S.A.

Zona Industrial de Oiã Lote C10, Oiã, 3770 068 Oliveira do Bairro, Il-Portugall

Alubike – Bicicletas S.A.

Zona Industrial de Aveiro Sul, lote 11, Mamodeiro, Aveiro Concelho, Freguesia, 3810 783 Aveiro, Il-Portugall

11.6.2022

Artikolu 4

Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija matul il-perjodu mis-27 ta’ Lulju 2020 sad-29 ta’ Marzu 2022 għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu skont il-kodiċi addizzjonali TARIC C557.

Id-dazju estiż għandu jinġabar mis-27 ta’ Lulju 2020 sad-29 ta’ Marzu 2022.

Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C609 u għandu jinġabar id-dazju estiż.

Partijiet li għalihom is-suspensjoni tneħħiet

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C557

Berria Bike S.L.

Calle Blasco de Garay 19, 02600 Villarrobledo, Spanja

C609

Nextbike GmbH

Erich Zeigner Allee 69-73 04229 Leipzig, Il-Ġermanja

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli minn 1 sa 4 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)   ĠU L 16, 21.1.2020, p. 7.

(4)   ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(5)   ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU L 334, 5.12.1997, p. 37, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU L 343, 19.11.2004, p. 23, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30, ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13, ĠU L 79, 22.3.2018, p. 31, ĠU L 171, 26.6.2019, p. 117, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 8, ĠU L 158, 20.5.2020, p. 7, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 74, ĠU L 140, 23.4.2021, p. 1, ĠU L 83, 10.3.2022, p. 39, ĠU L 102, 30.3.2022, p. 16.

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/505 tat-23 ta’ Marzu 2022 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 102, 30.3.2022, p. 16).

(7)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.

(8)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta’ Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).