Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesgerichtshof Karlsruhe - Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) - Użu ta’ sinjal simili għal trade mark minn fornitur ta’ servizzi li jopera mutur ta’ riċerka bl-internet sabiex fuq il-monitor jidher awtomatikament, wara li jiddaħħal l‑imsemmi sinjal bħala terminu ta’ riċerka, reklamar għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark inkwistjoni (“keyword advertising”) - Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark - Klassifikazzjoni ta’ dan l-użu tat-trade mark bħala “użu” fis-sens tad‑dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq.

Parti operattiva

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa intitolat li jipprojbixxi lil min jirreklama milli juri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għall-imsemmija trade mark li huwa għażel mingħajr il-kunsens tal‑imsemmi proprjetarju fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-internet, reklamar għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ma’ dawk li għalihom l‑imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklamar ma jippermettix lill-utent tal-internet medju, jew jippermettilu biss b’mod diffiċli, li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija fir-reklam humiex ġejjin mill-proprjetarju tat‑trade mark jew minn impriża konnessa ekonomikament miegħu jew, kuntrarjament, minn terzi.