Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2010 – Eis.de vs BBY Vertriebsgesellschaft
(Kawża C-91/09)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Trade marks – Internet – Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (‘keyword advertising’) – Wiri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark, ta’ reklam ta’ kompetitur tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark – Direttiva 89/104/KEE – Artikolu 5(1)(a)”
Approssimazzjoni tal-liġijiet - Trade marks - Direttiva 89/104 - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-użu minn terzi ta’ sinjal identiku għal prodotti identiċi - Reklamar fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-internet - Kundizzjoni tad-dritt tal-proprjetarju (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 5(1)(a)) (ara l-punt 28)
Suġġett
| Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesgerichtshof Karlsruhe - Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) - Użu ta’ sinjal simili għal trade mark minn fornitur ta’ servizzi li jopera mutur ta’ riċerka bl-internet sabiex fuq il-monitor jidher awtomatikament, wara li jiddaħħal l‑imsemmi sinjal bħala terminu ta’ riċerka, reklamar għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark inkwistjoni (“keyword advertising”) - Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark - Klassifikazzjoni ta’ dan l-użu tat-trade mark bħala “użu” fis-sens tad‑dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq. |
Dispożittiv
|
|
L-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa intitolat li jipprojbixxi lil min jirreklama milli juri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għall-imsemmija trade mark li huwa għażel mingħajr il-kunsens tal‑imsemmi proprjetarju fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-internet, reklamar għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ma’ dawk li għalihom l‑imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklamar ma jippermettix lill-utent tal-internet medju, jew jippermettilu biss b’mod diffiċli, li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija fir-reklam humiex ġejjin mill-proprjetarju tat‑trade mark jew minn impriża konnessa ekonomikament miegħu jew, kuntrarjament, minn terzi. |