|
26.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10688 – AXA / ATALANTE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 172/04)
1.
Fl-20 April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AXA SA (“AXA”, Franza), permezz tas-sussidjarji tagħha AXA France IARD SA (“AXA France IARD”, Franza) u AXA IM SA (“AXA IM”, Franza), u |
|
— |
Atalante SAS (“Atalante”, Franza). |
AXA, permezz tas-sussidjarji tagħha AXA France IARD u AXA IM, biħsiebha takkwista l-kontroll esklużiv ta’ Atalante skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AXA huwa grupp tal-assigurazzjoni globali attiv f’tipi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u tipi oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-assi. |
|
— |
Atalante hija prinċipalment attiva fil-ġestjoni ta’ portafolli individwali jew kollettivi u strumenti finanzjarji f’isem partijiet terzi. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jenħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10688 – AXA / ATALANTE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).