16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/619/PESK

tal-15 ta’ Ottubru 2010

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

(2)

Fid-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/445/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK billi żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri n-nefqa tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (minn hawn ‘il quddiem “EULEX KOSOVO”) sal-iskadenza tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK.

(3)

Fit-8 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (4), li emendat u estendiet l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għal perijodu ta’ sentejn sal-14 ta’ Ġunju 2012 u stabbiliet l-ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 265 000 000 sal-14 ta’ Ottubru 2010.

(4)

Il-EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ tkun ta’ dannu għall-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sal-14 ta’ Ottubru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b’dan sostitwita kif ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2010 għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2011 għandu jkun ta’ EUR 165 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għall-EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHOUPPE


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)   ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)   ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33.

(4)   ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.