<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0700766501.case.xml"><NO.CASE>C-214/09 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0214</NO.CELEX><NO.SEQ>0030.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7667</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7700</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>34</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20100729">29.7.2010</DATE> — KAWŻA C-214/09 P</LEFT><RIGHT>ANHEUSER-BUSCH vs UASI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-214/09 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ippreżentat fit-<DATE ISO="20090612">12 ta’ Ġunju 2009</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Anheuser-Busch Inc.,</HT> stabbilita f’Saint Louis (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn V. von Bomhard u B. Goebel, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI),</HT> irrappreżentat minn A. Folliard-Monguiral, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><?PAGE NO="I-7668"?><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Budějovický Budvar, národní podnik,</HT> stabbilita f’České Budĕjovice (Ir-Repubblika Ċeka), irrappreżentata minn K. Čermák, avukat,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, C. Toader, K. Schiemann, L. Bay Larsen u J.-J. Kasel, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-7669"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Anheuser-Busch Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Anheuser-Busch<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) qiegħda titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-<DATE ISO="20090325">25 ta’ Marzu 2009</DATE>, Anheuser-Busch vs UASI — Budějovický Budvar (BUDWEISER) (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-191/07" PAGE.ECR="II-691" YEAR="2009">T-191/07, Ġabra p. II-691</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li permezz tagħha dik il-qorti ċaħdet ir-rikors ta’ Anheuser-Busch intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-<DATE ISO="20070320">20 ta’ Marzu 2007</DATE> (Każ R 299/2006-2, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li rrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BUDWEISER billi laqa’ l-oppożizzjoni mressqa kontra din ir-reġistrazzjoni minn Budějovický Budvar, národní podnik (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Budvar<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 40/94</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), applikabbli għall-kawża ineżami u li ġie sussegwentement imħassar u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Raġunijiet relattivi għal rifjut<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><?PAGE NO="I-7670"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Jekk issir opposizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark m’għandhiex tiġi milqugħa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jekk tkun identika għal trade mark preċedenti u jekk il-prodotti jew servizzi fir-rigward ta’ liem qiegħda ssir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huma identiċi mal-prodotti jew servizzi protetti mit-trade mark preċedenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk minħabba identiċità jew xebh bejn iż-żewġ trade marks u l-identiċità jew xebħ tal-prodotti jew servizzi koperti mit-trade marks teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni minn naħa tal-publiku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta; il-probabbiltà ta’ konfużjoni tinkludi wkoll il-probabiltà li ssir assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 40/94, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-użu ta’ trade marks Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, fi żmien ħames snin wara r-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom tkun reġistrata, jew jekk dan l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, it-trade mark Komunitarja taqa’ soġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta’ użu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-7671"?><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn li ġejjin jikkostitwixxu użu kif inhu mifhum fil-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-użu ta’ trade mark Komunitarja f’forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma kif hija giet reġistrata;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 42(3) tar-regolament imsemmi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-opposizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li fuqhom tkun qiegħda issir. L-opposizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet preżentata kif dovut qabel ma jsir il-ħlas tad-dritt ta’ l-opposizzjoni. Fi żmien perjodu stabbilit mill-[UASI], l-opponent jista’ jissottometti fatti, xiehda [provi] u argumenti sabiex isaħħaħ il-każ tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1) sa (3) tar-Regolament Nru 40/94 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Waqt l-eżaminazzjoni ta’ l-opposizzjoni l-[UASI] għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista’ jkun spiss [kull meta jkun neċessarju], sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien iffisat lilhom mill-[UASI], dwar il-komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġin minnu stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba ta’ l-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti li jkun għamel notifika [oppożizzjoni] għandu iġib provi li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin<?PAGE NO="I-7672"?> qabel id-data ta’ publikazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, ikun sar użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja preċedenti fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-opposizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m’għandhiex tintuża, sakemm it-trade mark Komunitarja preċedenti tkun f’dik id-data ilha reġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. F’nuqqas ta’ provi ta’ din ix-xorta, l-opposizzjoni għandha tiġi miċħuda. Jekk it-trade mark Komunitarja preċedenti tkun intużat f’konnessjoni ma’ parti biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata, hija għandha, għall-finijiet ta’ l-eżaminazzjoni ta’ l-opposizzjoni, titqies li hija reġistrata biss f’konnessjoni ma dik il-parti tal-prodotti jew servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 2 japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), u dana billi l-użu fl-Istat Membru fejn it-trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta jiġi sostitwit b’użu fil-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Dispożizzjonijiet Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, tat-Titolu IX tar-Regolament Nru 40/94, iddedikat għad-dispożizzjonijiet proċedurali, tinkludi l-Artikolu 74, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-eżaminazzjoni tal-fatti mill-[UASI] fuq inizjattiva tiegħu stess<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="074.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fi proċedimenti quddiemu l-[UASI] għandu jeżamina l-fatti fuq l-inizjattiva tiegħu stess; madanakollu, fi proċedimenti li jirrigwardaw raġunijiet relattivi għal ċaħda ta’ reġistrazzjoni, l-[UASI] għandu jkun ristrett għal eżaminazzjoni ta’ fatti, ta’ provi u ta’ argumenti ippreżentati mill-partijiet u tar-rimedji mitluba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="074.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-[UASI] jista’ ma jikkunsidrax fatti jew provi li ma jiġux preżentati fil-ħin preskritt mill-partijiet konċernati.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7673"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 76(1) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>F’kull proċedimenti quddiem l-[UASI], l-miżati [il-miżuri] ta’ kif għandha tingħata jew tinkiseb ix-xiehda għandhom jinkludu dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-smigħ tal-partijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>talbiet għall-informazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-preżentata ta’ dokumenti u prodotti oħra ta’ xiehda;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>is-smigħ ta’ xhieda;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-opinjonijiet ta’ esperti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>stqarrijiet bil-miktub ġuramentati jew affermati jew li għandhom effett simili taħt il-liġi ta’ l-Istat fejn tinkiteb l-istqarrija.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7674"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-Regola 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, li jimplementa r-Regolament Nru 40/94 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.P><TXT>Kull avviż [att] ta’ oppożizzjoni jista’ jkun fih dettalji tal-fatti, provi u argumenti preżentati biex isaħħu l-oppożizzjoni, flimkien mad-dokumenti annessi rilevanti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk l-oppożizzjoni hija bbażata fuq trade mark preċedenti li mhijiex trade mark tal-Komunità, l-avviż ta’ oppożizzjoni għandu preferibilment ikollu miegħu prova tar-reġistrazzjoni jew applikazzjoni għal dik il-marka preċedenti, per eżempju ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-dettalji tal-fatti, provi u argumenti u dokumenti oħra annessi kif imsemmi fil-paragrafu 1, u l-provi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu, jekk ma jingħatawx flimkien ma’ l-avviż ta’ oppożizzjoni jew wara, jingħataw f’dak iż-żmien wara l-bidu tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni kif l-[UASI] jista’ jispeċifika skond ir-Regola 20(2).<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont ir-Regola 20(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Meta l-avviż [att] ta’ oppożizzjoni ma jkunx fih dettalji tal-fatti, provi u argumenti kif imsemmi f’Ir-Regola 16 (1) u (2), l-[UASI] għandu jsejjaħ lill-parti li tkun qegħda topponi biex tagħti dawn id-dettalji fi żmien speċifikat mill-[UASI]. Kwalunkwe sottomissjoni mill-parti li tkun qegħda topponi għanda tkun komunikata lill-applikant li għandu jingħata opportunità li jirrispondi fi żmien speċifikat mill-[UASI].<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7675"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2005, tad-<DATE ISO="20050629">29 ta’ Ġunju 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287M" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="20061018">ĠU L 287 M, 18.10.2006, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), li daħal fis-seħħ fil-<DATE ISO="20050725">25 ta’ Lulju 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Regola 18(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Meta l-oppożizzjoni tinstab li hi ammissibbli skond ir-Regola 13 [17], l-[UASI] għandu jibgħat komunikazzjoni lill-partijiet u jinfurmhom li l-proċedimenti ta’ l-oppożizzjoni għandhom jibdew xahrejn wara li tasal il-komunikazzjoni. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa total ta’ 24 xahar jekk iż-żewġ partijiet jissottomettu talbiet għal estensjoni simili qabel jiskadi l-perjodu.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regola 19 tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.P><TXT>L-[UASI] għandu jagħti lill-parti li qed topponi l-opportunit[à] biex tippreżenta l-fatti, evidenza u argumenti b’appoġġ għall-oppożizzjoni tagħha jew biex ittemm il-fatt, evidenza jew argumenti li kienu ġa sottomessi skond Regola 15 (3), fi żmien perjodu speċifikat minnha [mill-UASI] u li għandu jkun ta’ għall-anqas xahrejn li jibdew mid-data li fiha l-proċedimenti ta’ l-oppożizzjoni kellhom jibdew skond Regola 18 (1).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fi żmien il-perjodu msemmi f’paragrafu 1, il-parti li qed topponi għandha wkoll tiffajlja prova ta’ eżistenza, validit[à] u skop tal-protezzjoni tal-marka preċedenti jew dritt preċedenti, kif ukoll evidenza li turi d-dritt li għandha biex tiffajlja oppożizzjoni. B’mod partikolari, il-parti li qed topponi għandha tipprovdi l-evidenza li ġejja:</TXT><?PAGE NO="I-7676"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jekk l-oppożizzjoni hi bbażata fuq trejdmark li m’hijiex trejdmark tal-Komunit[à], trid tiġi sottomessa evidenza ta’ l-iffajljar jew reġistrazzjoni tagħha, billi tiġi sottomessa:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>jekk it-trejdmark hi rreġistrata, kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni relevanti u, jekk ikun il-każ, [ta’] l-aħħar ċertifikat ta’ tiġdid, li juri li l-perjodu ta’ protezzjoni tat-trejdmark jestendi sa wara l-limitu ta’ żmien imsemmi f’paragrafu 1 u kull estensjoni ta’ dan, jew dokumenti ekwivalenti maħruġa mill-amministrazzjoni li magħha ġiet reġistrata t-trejdmark;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-[UASI] ma jiħux in konsiderazzjoni sottomissjonijiet miktuba jew dokumenti, jew partijiet minnhom, li ma ġewx sottomessi, jew li ma ġewx tradotti bil-lingwa tal-proċedimenti, fil-perjodu taż-żmien stipulat mill-[UASI].<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża u li tressqu quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza (li mill-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> saret il-Qorti Ġenerali), kif jirriżultaw mis-sentenza appellata, jistgħu jitqassru kif ġej.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7677"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19960401">1 ta’ April 1996</DATE>, Anheuser-Busch ippreżentat applikazzjoni quddiem l-UASI għar-reġistrazzjoni, bħala trade mark Komunitarja, tas-sinjal verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu fil-klassi 32 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Gunju 1957, kif irrivedut u emendat, u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Birra, ale (birra ċara), porter (birra skura), xorb magħmul mix-xgħir alkoħoliku u mhux alkoħoliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19990928">28 ta’ Settembru 1999</DATE>, Budvar ressqet oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kollha filwaqt li invokat, abbażi tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 40/94, minn naħa, l-eżistenza ta’ tliet trade marks, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>it-trade mark internazzjonali verbali BUDWEISER (R <FT TYPE="NUMBER">238203</FT>) (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>trade mark R 238 203<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), irreġistrata fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>birra ta’ kull tip<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, b’effett fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fil-Benelux u fl-Italja,</P></ITEM><ITEM><P>it-trade mark internazzjonali figurattiva li tinkludi t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Budweiser Budvar<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (Nru 674 530) (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>trade mark Nru 674 530<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), irreġistrata fir-rigward tal-prodotti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>xgħir<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>birra<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, b’effett fl-Awstrija, fil-Benelux, fi Franza u fl-Italja, u</P></ITEM><ITEM><P>it-trade mark internazzjonali figurattiva li tinkludi t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Budweiser Budvar<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (Nru 614 536) (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>trade mark Nru 614 536<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), irreġistrata fir-rigward tal-prodott <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>birra<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, b’effett fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fil-Benelux, fi Franza u fl-Italja.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Budvar invokat, fuq il-bażi tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94, diversi denominazzjonijiet ta’ oriġini li jinkludu t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7678"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-UASI kien inizjalment stabbilixxa l-<DATE ISO="20000624">24 ta’ Ġunju 2000</DATE> bħala t-terminu li fih Budvar kellha tippreżenta l-fatti, il-provi u l-argumenti insostenn tal-oppożizzjoni tagħha. Dan it-terminu ġie sussegwentement pospost għas-<DATE ISO="20020226">26 ta’ Frar 2002</DATE>. Id-dokumenti li Budvar bagħtet għal dan il-għan permezz ta’ faks waslu kollha kemm huma għand l-UASI fis-<DATE ISO="20020227">27 ta’ Frar 2002</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20020708">8 ta’ Lulju 2002</DATE>, Anheuser-Busch talbet, skont l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94, li Budvar tipproduċi prova tal-użu ġenwin mit-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Budvar wieġbet għal din it-talba permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20021108">8 ta’ Novembru 2002</DATE>, filwaqt li t-terminu, stabbilit għal dan il-għan mill-UASI f’ittra tal-<DATE ISO="20020910">10 ta’ Settembru 2002</DATE>, kien jiskadi fil-<DATE ISO="20021111">11 ta’ Novembru 2002</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ittra msemmija, Budvar għamlet riferiment espliċitu għad-dokumenti li l-UASI rċieva fis-<DATE ISO="20020227">27 ta’ Frar 2002</DATE> u li kienu ta’ natura li jipprovaw l-użu tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini li jinkludu t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, u kkunsidrat li dawn id-dokumenti kienu japplikaw, b’mod partikolari, għat-trade mark R 238 203.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, Budvar ipproduċiet, f’anness mal-osservazzjonijiet tagħha tal-<DATE ISO="20040121">21 ta’ Jannar 2004</DATE>, dokument maħruġ mill-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali (WIPO) li jiċċertifika li r-reġistrazzjoni tat-trade mark R 238 203 kienet ġiet imġedda fil-<DATE ISO="20001205">5 ta’ Diċembru 2000</DATE> (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ċertifikat ta’ tiġdid<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni inizjali tal-<DATE ISO="20040610">10 ta’ Ġunju 2004</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet l-oppożizzjoni magħmula minn Budvar billi kkunsidrat, essenzjalment, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, fl-Awstrija u fi Franza, bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u t-trade mark Nru 674 530.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7679"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050711">11 ta’ Lulju 2005</DATE>, it-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI laqa’ l-appell ta’ Anheuser-Busch mid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20040610">10 ta’ Ġunju 2004</DATE> għar-raġuni li t-trade mark Nru 674 530 kienet protetta fiż-żewġ Stati Membri msemmija biss wara l-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kkonċernata, u rrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni oħra tat-<DATE ISO="20051222">22 ta’ Diċembru 2005</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni reġgħet laqgħet l-oppożizzjoni magħmula minn Budvar. Billi qieset li l-prova tal-użu tat-trade mark R 238 203 kienet insuffiċjenti, hija llimitat l-eżami tagħha għat-trade mark Nru 614 536 u, f’dan id-dawl, iddeċidiet li tieħu inkunsiderazzjoni d-dokumenti pprovduti minn Budvar insostenn tal-oppożizzjoni tagħha. Finalment, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kkunsidrat, essenzjalment, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fil-Benelux, fi Franza u fl-Italja, bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u l-imsemmija trade mark preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, it-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI ċaħad l-appell ta’ Anheuser-Busch mid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20051222">22 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa kkunsidra, kuntrarjament għad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li t-trade mark R 238 203 setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni billi qies, abbażi tad-dokumenti pprovduti minn Budvar, li kienet tressqet prova tal-użu ġenwin minn din it-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell ikkonkluda li, fir-rigward tal-prodotti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>birra, ale (birra ċara), porter (birra skura), xorb magħmul mix-xgħir alkoħoliku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa’ abbażi tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 40/94 u li, fir-rigward tal-prodotti l-oħra (jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>xorb mhux alkoħoliku<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), fid-dawl tal-identiċità tat-trade marks u tax-xebh manifest bejn il-prodotti, l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa’, fir-rigward ta’ dawn il-prodotti, fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-regolament imsemmi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7680"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20070531">31 ta’ Mejju 2007</DATE>, Anheuser-Busch ippreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-UASI u Budvar talbu li dan ir-rikors jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li, fl-appell tagħha, Anheuser-Busch tindirizza biss ċerti partijiet mis-sentenza appellata, ser jiġu eżaminati biss dawn il-partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tagħha, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94, Anheuser-Busch akkużat, b’mod partikolari, lill-Bord tal-Appell talli ma injorax iċ-ċertifikat ta’ tiġdid, dokument li ġie pprovdut minn Budvar fil-<DATE ISO="20040121">21 ta’ Jannar 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 63 sa 71 tas-sentenza appellata, minn naħa, li ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 ma setax jiġi invokat kontra d-deċiżjoni kontenzjuża peress li minn din id-deċiżjoni ma kienx jirriżulta li l-Bord tal-Appell kien qies li ċ-ċertifikat ta’ tiġdid ma kienx ġie prodott fil-ħin preskritt u kien applika d-dispożizzjoni msemmija sabiex ikun jista’ jieħdu inkunsiderazzjoni, u, min-naħa l-oħra, li, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 78 u 79 tas-sentenza appellata, iċ-ċertifikat imsemmi kien ġie pprovdut fil-ħin preskritt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7681"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-imsemmija punti 78 u 79, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, b’mod partikolari, li, għalkemm minn qari tar-Regoli 16 u 20 flimkien tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995 jirriżulta li l-UASI jista’ jitlob il-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti meta din tkun ser tiskadi wara d-data tal-preżentata tal-att ta’ oppożizzjoni, ir-Regola 20(2) tar-regolament imsemmi ma tobbligax lill-opponent jipproduċi, fuq inizjattiva tiegħu stess, tali prova u lanqas ma tispeċifika li l-UASI huwa obbligat jinjora dokument meta dan jitressaq quddiemu tard.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regola 20(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ukoll, fil-punt 73 tas-sentenza appellata, li, skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94, l-UASI għandu setgħa diskrezzjonali fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi prodotti wara l-iskadenza ta’ terminu u li r-regola msemmija ma tistax tiġi interpretata f’sens kuntrarju għal dak li jirriżulta mit-termini ċari tar-regolament imsemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal finijiet ta’ kompletezza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punti 74 sa 77 tas-sentenza appellata, li, fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet introdotti permezz tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005 fir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995, b’mod partikolari r-Regola 19(4) tiegħu, ma setgħux jiġu applikati b’mod retroattiv fil-każ ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tieni motiv imqajjem minn Anheuser-Busch bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tagħha, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94, Anheuser-Busch sostniet li l-elementi pprovduti minn Budvar kienu insuffiċjenti sabiex juru l-użu ġenwin mit-trade mark R 238 203.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7682"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Wara li fakkret, fil-punti 99 sa 105 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ użu ġenwin, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 106 tal-istess sentenza, li, fil-każ ineżami, il-Bord tal-Appell kien ikkunsidra li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>l-provi prodotti minn Budvar kienu b’mod ċar suffiċjenti sabiex jipprovaw l-użu ġenwin tat-trade mark [...] [R 238 203]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u li l-imsemmi bord tal-appell kien irrefera, b’mod partikolari, għar-reklami li juru stampi tal-birra ta’ Budvar li fuqhom tidher it-trade mark BUDWEISER, għall-fatturi mibgħuta lil klijenti fil-Ġermanja u fl-Awstrija, kif ukoll għall-fatt li dawn id-dokumenti kienu jikkonċernaw il-perijodu rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tar-reklami, li dehru f’magażin Awstrijak u f’magażins Ġermaniżi, mibgħuta minn Budvar lill-UASI fit-<DATE ISO="20021108">8 ta’ Novembru 2002</DATE>, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 110 tas-sentenza appellata, li Anheuser-Busch ma kinitx qiegħda tikkontesta li dawn id-dokumenti jipprovaw in-natura tal-prodotti (birra), il-post (il-Ġermanja u l-Awstrija) kif ukoll it-tul ta’ żmien (1995 għall-Awstrija u bejn l-1996 u l-1998 għall-Ġermanja) tal-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Fl-istess punt 110, il-Qorti Ġenerali żiedet li Anheuser-Busch lanqas ma kienet qiegħda tikkontesta li l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fid-diversi forom użati fir-reklami prodotti minn Budvar, seta’ kien jirreferi għat-trade mark R 238 203.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tar-reklami u tal-fatturi li l-UASI rċevihom kollha fis-<DATE ISO="20020227">27 ta’ Frar 2002</DATE>, il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punt 111 tas-sentenza appellata, li Budvar kienet bagħtet dawn id-dokumenti sabiex tipprova l-użu tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini li jinkludu t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, iżda li, fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20021108">8 ta’ Novembru 2002</DATE>, bi tweġiba għat-talba ta’ Anheuser-Busch li tipprova l-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti invokati insostenn tal-oppożizzjoni, Budvar kienet għamlet riferiment espliċitu għall-imsemmija dokumenti peress li kkunsidrat li kienu japplikaw, b’mod partikolari, għat-trade mark R <FT TYPE="NUMBER">238203</FT>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7683"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 112 tas-sentenza appellata, li Anheuser-Busch ma kinitx qiegħda tikkontesta, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-fatt li d-dokumenti inkwistjoni kienu jikkonċernaw l-użu tat-trade mark R 238 203 u li hija lanqas ma kienet qiegħda tikkontesta l-fatt li dawn id-dokumenti kienu jipprovdu provi fir-rigward tal-post, tat-tul ta’ żmien u tal-estent tal-użu tat-trade mark imsemmija, provi li, skont il-Qorti Ġenerali kienu barra minn hekk jirriżultaw b’mod ċar mid-dokumenti msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punt 114 tas-sentenza appellata, fir-rigward tal-argument ta’ Anheuser-Busch li l-Bord tal-Appell kien imissu bbaża ruħu fuq kunsiderazzjonijiet oħra, bħan-natura tal-użu tat-trade mark R 238 203 fil-Ġermanja u fl-Awstrija, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li kien biżżejjed li jiġi osservat f’dan ir-rigward li l-Bord tal-Appell kien għamel riferiment għar-reklami li juru l-istampi tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>birra<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ta’ Budvar bl-imsemmija trade mark preċedenti. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ukoll li n-natura tal-użu ta’ din it-trade mark, jiġifieri sa fejn sar riferiment għall-birra, kienet tirriżulta kemm mir-reklami u kif ukoll mill-fatturi prodotti minn Budvar u li, billi rrefera għall-fatturi, il-Bord tal-Appell kien impliċitament, iżda neċessarjament, ikkunsidra din l-istess natura tal-użu.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tielet motiv imqajjem minn Anheuser-Busch bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għalhekk ċaħdet ir-rikors għal annullament fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7684"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Anheuser-Busch titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-UASI u Budvar jitolbu li l-appell jiġi miċħud u li Anheuser-Busch tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, Anheuser-Busch tinvoka tliet aggravji bbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94, moqri flimkien mar-Regoli 16(1) u (3), u 20(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 u, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 43(2) u (3) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7685"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94, moqri flimkien mar-Regoli 16(1) u (3), u 20(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Anheuser-Busch issostni li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94 adottata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 78 u 79 tas-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħha, din l-interpretazzjoni tikkontrasta b’mod ċar mal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti Ġenerali kif ukoll ma’ dik li kienet il-prassi kostanti tal-UASI għal diversi snin, b’mod iktar preċiż sal-kodifikazzjoni ta’ din l-interpretazzjoni u ta’ din il-prassi fir-Regola 19 tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050420">20 ta’ April 2005</DATE>, Atomic Austria vs UASI — Fabrica Agrupadas de Muñecas de Onil (ATOMIC BLITZ), (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-318/03" PAGE.ECR="II-1319" YEAR="2005">T-318/03, Ġabra p. II-1319</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20060913">13 ta’ Settembru 2006</DATE>, MIP Metro vs UASI — Tesco Stores (METRO) (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-191/04" PAGE.ECR="II-2855" YEAR="2006">T-191/04, Ġabra p. II-2855</REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra, l-istess bħalma jagħmel l-UASI, li, meta jintalab jipprovdi l-fatti, l-provi u l-argumenti insostenn tal-oppożizzjoni tiegħu, l-opponent għandu l-obbligu li jagħmel dan fit-terminu mogħti mill-UASI u li dan l-obbligu jkopri l-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti meta din tkun ġiet imġedda fil-frattemp, sakemm tali prova ma tkun tirriżulta minn ebda wieħed mid-dokumenti pprovduti mal-att ta’ oppożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7686"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-prassi kostanti tal-UASI, jiġifieri li jintalab li tiġi pprovduta, fil-ħin preskritt, il-prova tat-tiġdid, kienet wasslet għal emenda tal-linji gwida tiegħu u sussegwentement għal kodifikazzjoni tar-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, billi ma rrikonoxxietx l-obbligu ta’ Budvar li tipprovdi ċ-ċertifikat ta’ tiġdid tat-trade mark R 238 203 fid-data li fiha kellhom jiġu ppreżentati l-fatti, il-provi u l-argumenti insostenn tal-oppożizzjoni, jiġifieri s-<DATE ISO="20020226">26 ta’ Frar 2002</DATE>, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni żbaljata li l-Bord tal-Appell kellu diskrezzjoni jekk jieħux inkunsiderazzjoni jew le dan iċ-ċertifikat, li kien ġie ppreżentat tard.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-UASI jirribatti li l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma fondati fid-dritt peress li għalkemm, skont ir-Regoli 16 u 20 tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995, huwa stess jew parti fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni setgħu jitolbu l-prova tat-tiġdid ta’ dritt preċedenti li jkun ser jiskadi matul il-proċedimenti, dan ma kienx jimplika, kif barra minn hekk tikkonferma l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali invokata minn Anheuser-Busch, li l-proprjetarju ta’ dan id-dritt preċedenti kellu l-obbligu jipprovdi, fuq inizjattiva tiegħu stess, iċ-ċertifikat ta’ tiġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>L-UASI jfakkar, barra minn hekk, li t-terminu inizjalment mogħti mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għall-produzzjoni ta’ provi insostenn tal-oppożizzjoni, imressqa fit-<DATE ISO="19990928">28 ta’ Settembru 1999</DATE>, kien l-<DATE ISO="20000624">24 ta’ Ġunju 2000</DATE> u li t-trade mark R 238 203 kellha tiġi mġedda sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20001205">5 ta’ Diċembru 2000</DATE>. Issa, ebda dispożizzjoni tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995 ma teżiġi prova ta’ avveniment futur, f’dan il-każ prova tal-imsemmi tiġdid. Għalkemm it-terminu stabbilit inizjalment ġie sussegwentement pospost sas-<DATE ISO="20020226">26 ta’ Frar 2002</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma talbitx espliċitament li tiġi pprovduta prova ta’ tiġdid f’dan it-terminu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7687"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Budvar tosserva li l-att ta’ oppożizzjoni tagħha kellu miegħu numru ta’ annessi komposti minn dokumenti ta’ sostenn dettaljati u ċertu numru ta’ provi, fosthom iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark R 238 203 li jistabbilixxi l-validità ta’ din it-trade mark fid-data tal-preżentata tal-att ta’ oppożizzjoni. Hija b’hekk kienet osservat l-obbligu tagħha li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[t]issottometti fatti, xiehda [provi] u argumenti sabiex isaħħaħ il-każ [tagħha]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u ma kellhiex l-obbligu tippreżenta, wara d-data tal-preżentata tal-att ta’ oppożizzjoni, iċ-ċertifikat ta’ tiġdid.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Anheuser-Busch issostni essenzjalment li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 79 tas-sentenza appellata, minn qari tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94 flimkien mar-Regoli 16(1) u (3), u 20(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995 jirriżulta li l-opponent għandu jipprovdi, fuq inizjattiva tiegħu stess, il-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti li huwa l-proprjetarju tagħha, invokata taħt l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94, flimkien mal-fatti, provi u argumenti l-oħra ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti mill-UASI skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94, fil-każ li tali tiġdid iseħħ wara d-data tal-preżentata tal-att ta’ oppożizzjoni iżda qabel jintemm dan it-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali, la l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94 u lanqas ir-Regoli 16(1) u (3), u 20(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995 ma jippreċiżaw liema huma l-fatti, il-provi u l-argumenti li għandhom jiġu ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7688"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet imsemmija ma jagħtu ebda indikazzjoni fis-sens li l-opponent għandu jipprovdi, fuq inizjattiva tiegħu stess u fit-terminu msemmi, il-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti invokata fil-każ li dan it-tiġdid iseħħ wara l-preżentata tal-att ta’ oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, kuntrarjament għal dak li ssostni Anheuser-Busch, tali interpretazzjoni la tirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari mis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Atomic Austria vs UASI — Fabricas Agrupadas de Muñecas de Onil (ATOMIC BLITZ) u MIP Metro vs UASI — Tesco Stores (METRO), u lanqas minn prassi kostanti tal-UASI qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-kawżi li wasslu għal dawn iż-żewġ sentenzi tal-Qorti Ġenerali, l-UASI kien talab b’mod espliċitu li l-opponent jipproduċi l-prova tat-tiġdid tat-trade marks preċedenti fit-terminu mogħti skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94 fil-każ li dan it-tiġdid iseħħ qabel l-iskadenza tat-terminu msemmi. F’dawk il-kawżi, il-kwistjoni għalhekk ma kinitx jekk l-opponent kellux l-obbligu jipproduċi, fuq inizjattiva tiegħu stess, tali prova. Għall-kuntrarju, din hija l-kwistjoni f’din il-kawża peress li huwa paċifiku li, f’dan il-każ, l-UASI ma stedinx b’mod espliċitu lill-opponent sabiex jipprovdi tali prova.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-sentenza Atomic Austria vs UASI — Fabricas Agrupadas de Muñecas de Onil (ATOMIC BLITZ), iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, anki fil-preżenza ta’ talba espressa għall-produzzjoni tal-prova ta’ tiġdid tat-trade mark preċedenti skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94, l-UASI ma setax jiċħad l-oppożizzjoni minħabba n-nuqqas ta’ produzzjoni ta’ tali prova.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-punt 40 tas-sentenza Atomic Austria vs UASI — Fabricas Agrupadas de Muñecas de Onil (ATOMIC BLITZ), iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali fil-fatt iddeċidiet li l-opponent jista’ jagħżel liema prova jikkunsidra effettiva sabiex jippreżentaha<?PAGE NO="I-7689"?> lill-UASI insostenn tal-oppożizzjoni tiegħu u li dan tal-aħħar huwa obbligat janalizza l-provi ppreżentati kollha sabiex jikkonkludi jekk humiex effettivament prova tar-reġistrazzjoni jew tal-preżentata tat-trade mark preċedenti, mingħajr ma jista’ jiċħad minn qabel tip partikolari ta’ prova bħala inaċċettabbli minħabba l-forma tagħha. Barra minn hekk, fil-punt 46 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li s-siltiet mir-reġistru tat-trade marks li jintbagħtu flimkien mal-att ta’ oppożizzjoni jippermettu, minn naħa, li tiġi ddeterminata d-data tal-iskadenza tal-protezzjoni tat-trade marks preċedenti u, min-naħa l-oħra, li jiġi konkluż li erba’ mill-ħames trade marks preċedenti kienu validi fid-data li fiha l-Bord tal-Appell ta d-deċiżjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-punt 46 tas-sentenza MIP Metro vs UASI — Tesco Stores (METRO), iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, fin-nuqqas ta’ produzzjoni mill-opponent tal-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti, mitluba skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94 mill-UASI, dan kien wettaq żball ta’ liġi doppju meta kkunsidra, minn naħa, li l-iskadenza tal-validità tat-trade mark preċedenti qabel ma d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni minnha u, min-naħa l-oħra, li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma għandhiex is-setgħa titlob informazzjoni dwar it-tiġdid tat-trade mark preċedenti wara l-preżentata inizjali tal-provi.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni Anheuser-Busch u fi kwalunkwe każ, lanqas ma jidher li, qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005, il-prassi kostanti tal-UASI kienet stabbilita fis-sens li l-opponent kellu jipprovdi, fuq inizjattiva tiegħu stess, il-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti flimkien mal-fatti, provi u argumenti l-oħra li għandhom jiġu ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti għal dan il-għan mill-UASI skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE> inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Atomic Austria vs UASI — Fabricas Agrupadas de Muñecas de Onil (ATOMIC BLITZ), iċċitata iktar ’il fuq, dak il-bord tal-appell kien ċaħad l-oppożizzjoni minħabba n-nuqqas ta’<?PAGE NO="I-7690"?> produzzjoni, fil-ħin preskritt, tal-prova tat-tiġdid tat-trade marks preċedenti, filwaqt li osserva li tali prova kienet intalbet b’mod ċar u inekwivoku fin-nota li ntbagħtet mal-ittra tal-UASI lill-opponent skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-<DATE ISO="20040523">23 ta’ Mejju 2004</DATE> inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza MIP Metro vs UASI — Tesco Stores (METRO), iċċitata iktar ’il fuq, l-imsemmi bord tal-appell laqa’ appell minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li kienet ċaħdet l-oppożizzjoni minħabba li, minkejja li l-opponent kien ġie mistieden sabiex jipproduċi l-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti, huwa ma kienx ipproduċiha. Il-Bord tal-Appell ikkunsidra li, fid-data tal-preżentata tal-oppożizzjoni u anki fid-data li fiha l-provi kienu ntalbu, id-dritt preċedenti kien għadu validu u li, għalhekk, l-opponent ma kellux għalfejn jipprova t-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li tagħha kien il-proprjetarju.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta wkoll li, kuntrarjament għal dak li ssostni Anheuser-Busch, lanqas ma jidher li d-dispożizzjonijiet tar-Regola 19(2) u (4) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005 jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dan il-każ minħabba li dawn jikkostitwixxu biss sempliċi kodifikazzjoni tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali, abbażi ta’ prassi kostanti tal-UASI, tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94 u tar-Regoli 16(1) u (3), u 20(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għalkemm id-dispożizzjonijiet imsemmija tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-2005 issa jipprevedu, f’ċerti limiti, obbligu espliċitu għall-opponent li jipproduċi l-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti fit-terminu<?PAGE NO="I-7691"?> msemmi fl-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94, huma b’hekk jagħmlu preċiżjoni tar-regola ġenerali prevista fid-dispożizzjoni tal-aħħar intiża sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali tal-operaturi involuti fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni quddiem l-UASI. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ġustament fil-punt 76 tas-sentenza appellata, ir-regoli l-ġodda stabbiliti permezz tar-regolament ta’ implementazzjoni msemmi ma jistgħux jiġu applikati b’mod retroattiv f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 79 tas-sentenza appellata, billi rreferiet barra minn hekk għall-punt 41 tas-sentenza MIP Metro vs UASI — Tesco Stores (METRO), iċċitata iktar ’il fuq, li minn qari tar-Regoli 16 u 20 flimkien tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-1995 jirriżulta li, minn naħa, l-UASI jista’ jitlob il-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti meta din tkun ser tiskadi wara d-data tal-preżentata tal-att ta’ oppożizzjoni u li, min-naħa l-oħra, minn dawn l-istess dispożizzjonijiet ma jirriżultax li l-opponent għandu l-obbligu jipproduċi, fuq inizjattiva tiegħu stess, tali prova.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, kif barra minn hekk iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punti 41 u 46 tas-sentenza MIP Metro vs UASI — Tesco Stores (METRO), iċċitata iktar ’il fuq, li s-setgħa mogħtija b’dan il-mod lill-UASI sabiex jitlob il-prova tat-tiġdid tat-trade mark preċedenti tista’ tiġi bbażata anki fuq l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7692"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, Anheuser-Busch tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Bord tal-Appell seta’ jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċertifikat ta’ tiġdid mingħajr ma kien obbligat jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilu mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 u rikonoxxuta fis-sentenza tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, UASI vs Kaul (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/05 P" PAGE.ECR="I-2213" YEAR="2007">C-29/05 P, Ġabra p. I-2213</REF.DOC.ECR>, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Billi kkunsidrat li ċ-ċertifikat ta’ tiġdid kien ġie pprovdut fit-terminu mogħti u li l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 ma kienx japplika, il-Qorti Ġenerali kisret mhux biss ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni tal-provi fit-termini mogħtija fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni quddiem l-UASI, ilment li ġie eżaminat fil-kuntest tal-ewwel aggravju, iżda kisret ukoll l-imsemmi Artikolu 74(2) stess.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>L-UASI jsostni li, peress li Budvar ma kinitx marbuta b’xi terminu speċifiku sabiex tippreżenta l-prova tat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark R 238 203, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 ma kienx applikabbli għaċ-ċirkustanzi tal-każ u għalhekk il-Bord tal-Appell ma kellux għalfejn jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali prevista fl-artikolu msemmi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7693"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Budvar issostni li, peress li l-opponent ma għandux l-obbligu jipprovdi ċ-ċertifikat ta’ tiġdid f’xi terminu partikolari, ma kienx hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>preżentata tard<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fil-każ ineżami. Qabel ma jiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni, l-UASI għandu jeżamina fuq inizjattiva tiegħu stess jekk id-drittijiet invokati insostenn tal-oppożizzjoni humiex validi. Il-mument li fih l-opponent ippreżenta ċ-ċertifikat ta’ tiġdid tat-trade mark preċedenti li tagħha huwa l-proprjetarju jew il-kwistjoni ta’ jekk huwa effettivament ippreżentahx ma humiex rilevanti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, Anheuser-Busch tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 71 tas-sentenza appellata, li ma seta’ jiġi kkonstatat ebda ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 fil-konfront tad-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċertifikat ta’ tiġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li, skont Anheuser-Busch, l-imsemmi ċertifikat ma ġiex prodott fit-terminu mogħti mill-UASI skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94, dan huwa l-każ ta’ prova li ma ġietx prodotta fil-ħin preskritt fis-sens tal-Artikolu 74(2) tar-regolament imsemmi. Għaldaqstant, l-UASI seta’ ma jieħdux inkunsiderazzjoni biss billi jeżerċita s-setgħa li jinjora l-provi ppreżentati tard mogħtija lilu għal dan il-għan minn din l-istess dispożizzjoni. Issa, f’dan il-każ, l-UASI ma eżerċitax din is-setgħa peress li kkunsidra, b’mod żbaljat, li l-prova kienet ingħatat fil-ħin preskritt.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li mill-punt 69 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkunsidrat, f’dan il-każ, li l-opponent ma kienx obbligat jipproduċi l-prova tat-tiġdid tat-trade mark R <FT TYPE="NUMBER">238203</FT> fit-terminu mogħti skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7694"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Peress li ċ-ċertifikat ta’ tiġdid kien ġie prodott fil-ħin preskritt, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ġustament li ma kienx hemm lok għall-UASI li japplika s-setgħa mogħtija lilu mill-imsemmi Artikolu 74(2) sabiex ikun jista’ jieħu inkunsiderazzjoni din il-prova.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Anheuser-Busch issostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-provi tal-użu tat-trade mark R 238 203 pprovduti minn Budvar insostenn tal-oppożizzjoni tagħha kienu suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Skont Anheuser-Busch, il-prova tal-użu pprovduta minn Budvar turi biss, kważi kollha kemm hi, l-użu ta’ trade mark oħra, jiġifieri t-trade mark Nru 674 530, li tinkludi, f’forma stilizzata, it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Budweiser Budvar<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Issa, din it-trade mark tal-aħħar ma tteħditx inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell u lanqas mill-Qorti tal-Ġustizzja peress li ma tikkostitwixxix dritt preċedenti fil-konfront tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7695"?><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, mill-punti 81 sa 86 tas-sentenza tat-<DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, Il Ponte Finanziaria vs UASI (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-234/06 P" PAGE.ECR="I-7333" YEAR="2007">C-234/06 P, Ġabra p. I-7333</REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-prova tal-użu ta’ trade mark irreġistrata ma tistax tikkostitwixxi, fl-istess ħin, il-prova tal-użu ta’ trade mark oħra rreġistrata. Il-Qorti Ġenerali kien imissha eżaminat l-applikabbiltà ta’ dan il-prinċipju fil-kawża ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Anheuser-Busch tqis li l-Qorti Ġenerali kien imissha għamlet dan l-eżami peress li hija kienet sostniet li d-dokumenti pprovduti bħala provi tal-użu minn Budvar ma kinux jissodisfaw il-kriterji previsti mill-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 u peress li hija kienet ikkontestat dawn il-provi fir-rigward, b’mod partikolari, tan-natura tal-użu magħmula mit-trade mark, jiġifieri l-mod kif din tidher fuq il-prodotti stess.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Huwa għalhekk b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 112 tas-sentenza appellata, li Anheuser-Busch ma kinitx ikkontestat il-fatt li d-dokumenti inkwistjoni kienu jikkonċernaw l-użu tat-trade mark R 238 203.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>L-UASI jsostni, l-ewwel nett, li t-tielet aggravju huwa inammissibbli għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dan huwa aggravju li jintroduċi motiv ġdid li jibdel is-suġġett tal-kawża kif ippreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali meta l-preżentazzjoni ta’ tali motiv ġdid hija pprojbita mill-Artikoli 113(2) u 116(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja peress li l-istħarriġ ta’ din il-qorti huwa limitat għar-risposti mogħtija mill-Qorti Ġenerali lill-motivi invokati quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Dan jgħodd iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li kienet is-suġġett tal-appell li wassal għas-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, kienet diġà ngħatat meta Anheuser-Busch ippreżentat ir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, b’tali mod li ma kien hemm xejn xi jwaqqaf lil Anheuser-Busch milli tippreżenta motiv f’dan is-sens fir-rikors tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7696"?><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mis-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qagħdet tindika l-provi ppreżentati minn Budvar sabiex turi l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>f’diversi forom<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Għall-kuntrarju, il-Qorti Ġenerali f’ebda mument ma ssuġġeriet li l-użu tat-trade mark R 238 203 kien ġie stabbilit abbażi ta’ provi ta’ użu li jikkonċernaw it-trade mark Nru 674 530. Li kieku għamlet dan, il-Qorti Ġenerali kienet barra minn hekk tevoka l-applikazzjoni għall-kawża ineżami tal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Il-konklużjoni misluta mill-Qorti Ġenerali mill-provi prodotti minn Budvar, jiġifieri li dawn jikkonfermaw l-użu ġenwin mit-trade mark R 238 203, inkluż fil-forma ta’ kelma, tikkostitwixxi barra minn hekk konstatazzjoni ta’ fatt li ma taqax taħt l-isħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>It-tieni nett, jekk jitqies li dan l-aggravju huwa ammissibbli, l-UASI jsostni li dan fi kwalunkwe każ ma huwiex fondat peress li huwa bbażat fuq żnaturament tal-fatti.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-prinċipju stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, ma jistax jiġi applikat fil-kawża ineżami peress li ċ-ċirkustanzi tagħha jeskludu kull analoġija. Dan il-prinċipju japplika biss jekk żewġ trade marks differenti jkunu invokati b’mod validu mill-opponent u t-tnejn li huma jkunu suġġetti għar-rekwiżit tal-prova tal-użu. Huwa biss f’tali każ li jkun hemm ir-riskju li l-prova tal-użu ta’ trade mark tkun tista’ sservi sabiex jiġi evitat ir-rifjut tat-trade mark l-oħra fil-kuntest tal-oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża minħabba li t-trade mark Nru 674 530, li tinkludi, f’forma stilizzata, it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Budweiser Budvar<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, ma tistax tiġi invokata fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni sa fejn ma tikkostitwixxix dritt preċedenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7697"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Budvar issostni li kemm l-UASI u kif ukoll il-Qorti Ġenerali kkonfermaw li l-provi li hija kienet ipproduċiet kienu jistabbilixxu b’mod ċar in-natura tal-użu tat-trade mark, jiġifieri użu fir-rigward tal-birra.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Budvar issostni li hija pprovdiet dokumenti li jipprovaw l-użu tat-trade mark R 238 203 peress li din it-trade mark kienet tidher, minn tal-inqas, fuq il-prodotti rilevanti, jiġifieri birra, li r-reklami għalihom ġew ipprovduti minnha. Dawn il-fatti, b’mod ċar, kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-punti 110 sa 115 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’din il-kawża huwa eskluż riferiment għas-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, peress li dik is-sentenza kienet tikkonċerna l-kwistjoni ta’ jekk il-prova tal-użu ta’ trade mark tistax isservi bħala prova tal-użu ta’ trade mark oħra filwaqt li, f’din il-kawża, il-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark R 239 203 kienet effettivament ingħatat mill-opponent permezz tal-produzzjoni ta’ diversi dokumenti li jipprovaw l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>budweiser<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> b’konnessjoni mal-birra.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Anheuser-Busch essenzjalment tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma annullatx id-deċiżjoni kontenzjuża għar-raġuni li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94, id-dokumenti prodotti minn Budvar kienu insuffiċjenti sabiex jipprovaw l-użu ġenwin mit-trade mark R 238 203.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Skontha, is-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi fuq dan il-punt minħabba li d-dokumenti inkwistjoni juru, essenzjalment, l-użu ta’ trade mark oħra, jiġifieri t-trade mark Nru 674 530, trade mark li madankollu l-Bord tal-Appell ma ħax<?PAGE NO="I-7698"?> inkunsiderazzjoni peress li ma tikkostitwixxix trade mark preċedenti fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94. Issa, mis-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, u b’mod partikolari mill-punt 86 tagħha, jirriżulta li l-prova tal-użu ta’ trade mark irreġistrata ma tistax tikkostitwixxi, fl-istess ħin, il-prova tal-użu ta’ trade mark oħra rreġistrata għar-raġuni li din tal-aħħar tkun biss ftit differenti minn tal-ewwel.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Madankollu, kif isostni ġustament l-UASI, permezz ta’ dan l-aggravju Anheuser-Busch tqajjem motiv li ma kienx jagħmel parti mir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fil-konfront tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan huwa motiv ġdid li jestendi s-suġġett tal-kawża u li, għalhekk, ma jistax jiġi ppreżentat għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Les Éditions Albert René vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/06 P" PAGE.ECR="I-10053" YEAR="2008">C-16/06 P, Ġabra p. I-10053</REF.DOC.ECR>, punt 125).</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li, fil-punti 110 u 112 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li Anheuser-Busch ma kinitx ikkontestat il-fatt li d-dokumenti inkwistjoni kienu jikkonċernaw l-użu tat-trade mark R 238 203. Fil-punt 114 tas-sentenza msemmija, il-Qorti Ġenerali indikat li Anheuser-Busch kienet sostniet quddiemha li l-Bord tal-Appell kien imissu bbaża ruħu fuq kunsiderazzjonijiet oħra, bħan-natura tal-użu ta’ din it-trade mark fil-Ġermanja u fl-Awstrija.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Minn dan jirriżutla li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li s-suġġett tal-kawża li biha kienet adita kien jikkonċerna biss il-kwistjoni ta’ jekk id-dokumenti inkwistjoni kinux suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit l-użu ġenwin mit-trade mark R 238 203, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tal-użu tagħha, u ma kienx jikkonċerna l-kwistjoni ta’ jekk dawn id-dokumenti kinux jikkonċernaw l-użu ta’ dan it-trade mark jew l-użu ta’ trade mark oħra li wkoll kienet invokata mill-opponent iżda mwarrba mill-UASI matul il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7699"?><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-punt 114 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement wieġbet għall-argumenti mqajma quddiemha fir-rigward tal-ewwel kwistjoni u ma kkunsidratx it-tieni kwistjoni li, barra minn hekk, ma ġietx diskussa quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Madankollu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, Anheuser-Busch issostni li din il-kwistjoni tal-aħħar hija koperta mir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari mit-tielet motiv tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Madankollu, mill-kliem stess tal-punti 110, 112 u 114 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali b’ebda mod ma injorat il-portata ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument li l-provi pprovduti minn Budvar kienu jikkonċernaw l-użu ta’ trade mark differenti minn dik it-trade mark li, waħedha, ittieħdet inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell, ma għandux rabta suffiċjenti mat-tielet motiv invokat quddiem il-Qorti Ġenerali, ibbażat fuq l-argument li dawn il-provi ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex it-trade mark preċedenti inkwistjoni tiġi kkunsidrata li kienet is-suġġett ta’ użu ġenwin u, għalhekk, tali argument ma jistax jitqies bħala sempliċi żvilupp fuq it-tielet motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan l-argument jikkonċerna l-punti 81 sa 86 tas-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, li jikkonċernaw motiv ibbażat fuq l-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94, filwaqt li t-tielet motiv invokat minn Anheuser-Busch quddiem il-Qorti Ġenerali huwa bbażat fuq l-Artikolu 43(2) u (3) tar-regolament imsemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, is-suġġett ta’ dan l-argument huwa differenti minn dak tat-tielet motiv tar-rikors għal annullament peress li ma huwiex intiż li jikkontesta r-realtà tal-użu kummerċjali tat-trade mark preċedenti iżda jikkonċerna l-kwistjoni ta’ jekk il-provi jikkonċernawx trade mark u mhux oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7700"?><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li ebda wieħed mit-tliet aggravji invokati minn Anheuser-Busch insostenn tal-appell tagħha ma jista’ jintlaqa’ u, għalhekk, dan l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 118 ta’ dawn l-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li Anheuser-Busch tilfet il-kawża, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-UASI u minn Budvar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla), taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Anheuser-Busch Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>