<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-388/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0388</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:161">EU:C:2019:161</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190228">28.2.2019</DATE> – Kawża C‑388/17</HT></P><P>SJ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tat-trasport</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/17/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Attivitajiet marbuta mal-provvista jew mal-operat ta’ netwerks maħsuba sabiex jiġi pprovdut servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport ferrovjarju</KEYWORD><KEYWORD>Għoti, minn impriża ferrovjarja nazzjonali pubblika li tipprovdi servizzi ta’ trasport, ta’ kuntratti għal servizzi ta’ tindif tal-ferroviji li jappartjenu lill-imsemmija kumpannija</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ pubblikazzjoni minn qabel</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑388/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Konkurrensverket</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">SJ AB,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tal-Għaxar Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tad-Disa’ Awla, E. Juhász (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Konkurrensverket, minn N. Otte Widgren, P. Karlsson u K. Sällfors, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal SJ AB, minn A. Ulfsdotter Forssell, advokate, u M. Bogg, juriste,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Ljung Rasmussen, G. Tolstoy, P. Ondrůšek u K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn il-Konkurrensverket (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, l-Isvezja) u SJ AB, dwar l-allegat ksur minn din il-kumpannija tal-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti għal servizzi ta’ tindif.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/17</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/17, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Entitajiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal entitajiet kontraenti:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li huma awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi u li jsegwu waħda mill-attivitajiet riferiti fl-Artikoli 3 sa 7;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li, meta m’humiex awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi, jkollhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom xi waħda mill-attivitajiet riferiti fl-Artikoli 3 sa 7, jew xi kombinazzjoni tagħhom u joperaw fuq il-bażi ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi mogħtija minn awtorita kompetenti ta’ Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/17, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Servizzi ta’ trasport<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment [provvista] jew l-operat ta’ xbieki [netwerks] li jipprovdi servizz lil pubbliku fil-qasam ta’ trasport bil-ferrovija, sistemi <HT TYPE="ITALIC">automated</HT>, bit-trammijiet, <HT TYPE="ITALIC">trolley bus</HT>, karozza tal-linja jew kejbil.</ALINEA><ALINEA>Rigward servizzi ta’ trasport, xibka għandha titqies li teżisti [netwerk għandu jitqies li jeżisti] fejn is-servizz provvdut huwa skond kondizzjonijiet ta’ operat preskritti minn awtorita kompetenti ta’ Stat Membru, bħal ma huma kondizzjonijiet fir-rotti li jridu jiġu servuti, il-kapaċita li jsiru disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal entitajiet li jipprovdu servizzi tat-trasport lill-pubbliku li kienu esklużi mill-iskop tad-Direttiva [tal-Kunsill] 93/38/KEE [tal-<DATE ISO="19930614">14 ta’ Ġunju 1993</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni] skond l-Artikolu 2(4) tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2012/34/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 343, p. 32</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 67, p. 32</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="196" PAGE.FIRST="67" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 196, p. 67</REF.DOC.OJ>), tiġbor f’att wieħed diversi direttivi fil-qasam tat-trasport ferrovjarju li kienu s-suġġett ta’ riformulazzjoni. Waħda minn dawn id-direttivi hija d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20010226">26 ta’ Frar 2001</DATE> fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404), kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 315, p. 44</REF.DOC.OJ>). Id-Direttiva 2012/34 daħlet fis-seħħ fil-<DATE ISO="20121215">15 ta’ Diċembru 2012</DATE>, konformement mal-Artikolu 66 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>impriża ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser impriża pubblika jew privata liċenzjata skont din id-Direttiva, li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipprovdi servizzi għat-trasport ta’ oġġetti u/jew ta’ passiġġieri bil-ferrovija b’kundizzjoni li l-impriża tiżgura trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>maniġer tal-infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kull korp jew ditta responsabbli b’mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar; il-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura f’netwerk jew f’parti minn netwerk jistgħu jiġu allokati lil korpi jew ditti differenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>allokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja minn maniġer tal-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>infrastruttura konġestjonata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser element tal-infrastruttura li għaliha d-domanda għall-kapaċità tal-infrastruttura ma tistax tiġi sodisfatta kompletament tul ċerti perjodi anke wara l-koordinazzjoni ta’ talbiet differenti għall-kapaċità;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>koordinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser il-proċess li bih il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti se jippruvaw isolvu s-sitwazzjonijijet li fihom ikun hemm applikazzjonijiet konfliġġenti għall-kapaċità tal-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>netwerk<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser l-infrastruttura ferrovjarja sħiħa mmaniġġjata minn maniġer tal-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>dikjarazzjoni dwar in-netwerk<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser id-dikjarazzjoni li tistabbilixxi fid-dettall ir-regoli ġenerali, it-termini, il-proċeduri u l-kriterji għall-iskemi ta’ tqegħid ta’ piżijiet u tal-allokazzjoni tal-kapaċità inkluża l-informazzjoni l-oħra bħal din li hi meħtieġa biex tippermetti l-applikazzjonijiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(27)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>mogħdija tal-ferrovija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser il-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa sabiex titmexxa ferrovija bejn żewġ postijiet f’perjodu speċifikat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Dikjarazzjoni dwar in-netwerk<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jirriproduċi essenzjalment id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/14, kif emendata bid-Direttiva 2007/58:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati, jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk li għandha tkun tista’ tiġi akkwistata għal ħlas ta’ tariffa li ma tistax taqbeż l-ispiża tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun ippubblikata f’mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku fuq il-portal tal-internet tal-maniġer tal-infrastruttura u aċċessibbli permezz ta’ portal tal-internet komuni. Dak il-portal tal-internet għandu jiġi stabbilit mill-maniġers tal-infrastruttura fil-qafas tal-kooperazzjoni tagħhom skont l-Artikoli 37 u 40.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji, u tiġbor fiha informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandu jkun fiha wkoll informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizzi konnessi man-netwerk tal-maniġer tal-infrastruttura u għall-forniment tas-servizzi f’dawn il-faċilitajiet jew tindika sit tal-internet fejn tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk huwa stipulat fl-Anness IV.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tinżamm aġġornata u għandha tiġi emendata kif meħtieġ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tiġi ppubblikata mhux inqas minn erba’ xhur bil-quddiem qabel id-data ta’ skadenza għal talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2012/34, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Applikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikanti jistgħu japplikaw skont il-liġi pubblika jew privata għand il-maniġer tal-infrastruttura biex jitolbu ftehim li jiggarantixxi d-drittijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-ferrovija permezz tal-ħlas ta’ imposta kif previst fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Talbiet li jirrelataw mal-iskeda tax-xogħol regolari għandhom ikunu konformi mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Anness VII.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Skedar<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, sa fejn possibbli, jissodisfa t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-infrastruttura inklużi talbiet għall-mogħdijiet tal-ferroviji li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed, u għandhom, se fejn possibbli, jieħdu kont tal-irbit kollu fuq l-applikanti, inkluż l-effett ekonomiku fuq in-negozju tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jagħti prijorità lil servizzi speċifiċi fil-proċess ta’ skedar u ta’ koordinazzjoni, imma biss kif stabbilit fl-Artikoli 47 u 49.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Proċess ta’ koordinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Matul il-proċess tal-iskedar imsemmi fl-Artikolu 45, fejn il-maniġer tal-infrastruttura jiltaqa’ ma’ kunflitti bejn talbiet differenti, għandu jipprova, permezz ta’ koordinazzjoni tat-talbiet, jiżgura li r-rekwiżiti kollha jitqabblu flimkien bl-aħjar mod possibbli.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="046.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn tinqala’ sitwazzjoni li teħtieġ il-koordinament, il-maniġer tal-infrastruttura għandu d-dritt, f’limiti raġonevoli, li jipproponi kapaċità tal-infrastruttura li tkun differenti minn dik mitluba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova, permezz ta’ konsultazzjonijiet mal-applikanti xierqa jsolvi kull kunflitt. Tali konsultazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-iżvelar tal-informazzjoni li ġejja fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u bil-miktub jew f’forma elettronika:</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 47 ta’ din l-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Infrastruttura kkonġestjonata<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="047.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta, wara l-koordinazzjoni tal-mogħdijiet ferrovjarji mitluba u l-konsultazzjoni mal-applikanti, ma jkunx possibbli li jiġu sodisfatti t-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura b’mod adegwat, il-maniġer tal-infrastruttura għandu minnufih jiddikara li dik it-taqsima tal-infrastruttura li seħħ dan fuqha hija kkonġestjonata. Dan għandu jsir ukoll għall-infrastruttura li hija mistennija li ssofri minn nuqqas ta’ kapaċità fil-futur qrib.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-infrastruttura tkun ġiet iddikjarata kkonġestjonata, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jwettaq analiżi tal-kapaċità kif previst fl-Artikolu 50, sakemm ma jkunx diġà qed jiġi implimentat pjan għat-titjib tal-kapaċità kif previst fl-Artikolu 51.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="047.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kriterji ta’ prijorità għandhom iqisu l-importanza ta’ servizz għas-soċjetà, meta mqabbel ma’ kull servizz ieħor li konsegwentement ikun se jiġi eskluż.</ALINEA><ALINEA>Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport adegwati f’dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp nazzjonali u internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, fejn huwa xieraq, jagħtu lill-maniġer tal-infrastruttura kumpens li jikkorrispondi għal kull telf tad-dħul relatat mal-ħtieġa li tiġi allokata kapaċità partikolari għal ċerti servizzi skont it-tieni subparagrafu.</ALINEA><ALINEA>Dawk il-miżuri u dak il-kumpens għandhom jinkludu il-qies tal-effett ta’ din l-esklużjoni fi Stati Membri oħrajn.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Anness IV ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27 għandu jkollha din l-informazzjoni:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Taqsima li tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-kundizzjonjiet tal-aċċess għaliha. L-informazzjoni mogħtija f’din it-taqsima għandha tkun konsistenti, fuq bażi annwali, mar-reġistri tal-infrastruttura ferrovjarja li għandhom ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE jew għandha tirreferi għalihom.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Taqsima dwar il-prinċipji ta’ imposti u tariffi. Din għandu jkun fiha dettalji xierqa dwar l-iskema tal-imposti kif ukoll informazzjoni suffiċjenti dwar l-imposti, u kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess li tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness II li jiġu pprovduti minn fornitur wieħed biss. Għandha tagħti dettalji dwar il-metodoloġija, ir-regoli u, meta applikabbli, l-iskali użati<?PAGE NO="6"?> għall-applikazzjoni tal-Artikoli 31 sa 36, fir-rigward ta’ kemm il-kostijiet kif ukoll l-imposti. Għandha tiġbor fiha informazzjoni dwar tibdiliet fl-imposti diġà deċiżi jew previsti fil-ħames snin li ġejjin jekk disponibbli.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità. Din għandha tistabbilixxi l-kapaċità ġenerali tal-karatteristiċi tal-infrastruttura li hija disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u kull restrizzjoni relatata mal-użu tagħha, inklużi l-ħtiġijiet ta’ kapaċità x’aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha wkoll tispeċifika l-proċeduri u t-termini li jirrelataw mal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità. Għandu jkun fiha kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, partikolarment:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-proċeduri li bihom l-applikanti jistgħu jitolbu l-kapaċità mingħand il-maniġer tal-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ir-rekwiżiti li jirregolaw l-applikanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-iskeda għall-proċessi tal-applikazzjoni u l-allokazzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex tintalab informazzjoni dwar l-iskedar u l-proċeduri għall-iskedar ta’ xogħol ta’ manutenzjoni ppjanat jew mhux previst;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-prinċipji li jirregolaw il-proċess ta’ koordinazzjoni u s-sistema tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li hija disponibbli permezz ta’ dan il-proċess;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji użati meta l-infrastruttura hija kkonġestjonata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>id-dettalji dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>kull kundizzjoni li permezz tagħha jitqiesu livelli preċedenti ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess tal-allokazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Svediż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-lagen (2007:1092) om upphandling inom områdena vatten, energi, transporter och posttjänster (il-Liġi (2007:1092) dwar l-Għoti ta’ Kuntratti fis-Setturi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u s-Servizzi Postali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>LUF<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) tittrasponi, fid-dritt nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kapitolu 1 tal-LUF, din tal-aħħar tapplika għall-attivitajiet ta’ provvista jew ta’ operat ta’ netwerks pubbliċi tat-trasport, b’mod partikolari bil-ferrovija. Mit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu 8 jirriżulta li jkun hemm netwerk maħsub għall-provvista ta’ servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport meta s-servizz jiġi pprovdut fil-kundizzjonijiet iddeterminati minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet dwar l-itinerarji li għandhom jiġu segwiti, dwar il-kapaċità ta’ trasport disponibbli, dwar il-frekwenza tas-servizz u kundizzjonijiet simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Kapitolu 7 tal-LUF jistabbilixxi li l-entità kontraenti li jkollha l-intenzjoni tagħti kuntratt jew tikkonkludi ftehim qafas għandha, ħlief f’każijiet ta’ eċċezzjoni, tippubblika din l-intenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Kapitolu 17 tal-LUF, l-awtorità ta’ sorveljanza tista’ tressaq talba quddiem il-qorti amministrattiva sabiex tiġi stabbilita multa fil-konfront ta’ kwalunkwe entità kontraenti li tikkonkludi ftehim ma’ fornitur mingħajr pubbliċità minn qabel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>SJ hija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata miżmuma kompletament mill-Istat Svediż li teżerċita attività ta’ trasport bil-ferrovija. Matul Jannar 2012, SJ ikkonkludiet żewġ kuntratti, ta’ ammont rispettiv ta’ 56 u 60 miljun kroni Svediżi (SEK) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">5502306</FT> u <FT TYPE="NUMBER">5895328</FT>), li permezz tagħhom tat il-kuntratti għas-servizzi ta’ tindif tal-ferroviji operati minnha, mingħajr ma fetħet proċedura ta’ sejħa għal offerti għall-finijiet tal-għoti ta’ dawn il-kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’Jannar 2013, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni ppreżentat rikors quddiem il-Förvaltningsrätten i Stockholm (il-Qorti Amministrattiva sedenti fi Stokkolma, l-Isvezja) intiż sabiex tiġi imposta multa fuq SJ għar-raġuni li din l-impriża kienet obbligata tikkonforma ruħha mal-obbligi ta’ pubbliċità fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi peress li kienet teżerċita attività marbuta mal-provvista jew mal-operat ta’ netwerks pubbliċi ta’ trasport, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Kapitolu 1 tal-LUF. Peress li qieset li l-attività tagħha ma kinitx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 8, SJ ikkontestat il-konklużjonijiet tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni. Il-qorti adita laqgħet l-argumenti ta’ SJ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-appell ippreżentat mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni quddiem il-Kammarrätten i Stockholm (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Stokkolma, l-Isvezja) ġie miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Dik il-qorti qieset, bħalma għamlet il-qorti tal-ewwel istanza, li, peress li t-Trafikverket (l-Amministrazzjoni tat-Trasport, l-Isvezja), bħala l- maniġer tal-infrastruttura tat-trasport, kienet tagħti l-mogħdijiet tal-ferrovija neċessarji għat-twettiq tal-attività ta’ trasport bil-ferrovija bħala tali, filwaqt li kellha biss mezzi limitati sabiex teżerċita influwenza attiva fuq il-mod kif SJ tipprovdi s-servizzi ta’ trasport tagħha, din l-amministrazzjoni ma setgħetx titqies li kienet awtorità li timponi fuq din il-kumpannija kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attività tagħha. Għalhekk, il-qorti tal-appell qieset li s-servizzi pprovduti min SJ ma setgħux jitqiesu li kienu pprovduti f’kundizzjonijiet iddeterminati minn awtorità kompetenti, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Kapitolu 1 tal-LUF. Minn dan hija kkonkludiet li din il-kumpannija għalhekk ma kinitx obbligata tosserva l-LUF fil-kuntest tal-għoti tal-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Awtorità tal-Kompetizzjoni ppreżentat appell fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem il-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja), fejn talbet lil din il-qorti tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1)</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżisti netwerk fil-qasam ta’ servizzi ta’ trasport meta jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport fuq netwerk ferrovjarju amministrat mill-Istat għal traffiku ferrovjarju nazzjonali u internazzjonali skont dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 2012/34, li jinvolvu l-allokazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ infrastruttura ferrovjarja fuq il-bażi ta’ talbiet minn impriżi ferrovjarji u r-rekwiżit li t-talbiet kollha jintlaqgħu sa fejn huwa possibbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li attività eżerċitata minn impriża ferrovjarja bħal dik imsemmija mid-Direttiva 2012/34 u li tinvolvi l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport lill-pubbliku fuq netwerk ferrovjarju tikkostitwixxi tqegħid għad-dispożizzjoni jew operat ta’ netwerk fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, SJ, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20171003">3 ta’ Ottubru 2017</DATE>, talbet il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura għar-raġuni li l-punti 81 u 82 tal-konklużjonijiet kienu bbażati fuq ċerti aspetti li ma kinux ġew indirizzati fil-fażijiet bil-miktub u orali ta’ din il-proċedura għal deċiżjoni preliminari, b’mod partikolari l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li għandha l-elementi neċessarji kollha sabiex tagħti deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari li saritilha u li l-kawża ma għandhiex tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument ippreżentat fit-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali dwar l-eventwali applikazzjoni tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq, essenzjalment, li jiġi ddeterminat jekk SJ kinitx obbligata tiftaħ proċedura ta’ sejħa għal offerti għall-finijiet tal-għoti tal-kuntratti għal servizzi ta’ tindif tal-ferroviji operati minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif fakkar l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma huwiex ikkontestat li SJ, bħala kumpannija miżmuma kompletament mill-Istat, hija impriża pubblika fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2004/17. Jekk jista’ jitqies li SJ teżerċita waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, hija tista’ titqies li hija tkun entità kontraenti, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>SJ issostni li hija ma teżerċitax tali attività. Minn naħa, hija ssostni li hija ma toperax fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>netwerk<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva. Min-naħa l-oħra, hija ssostni li l-attivitajiet tagħha ta’ provvista ta’ servizzi ta’ trasport ma jikkostitwixxux attivitajiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>provvista<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>operat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tan-netwerk fis-sens tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandux jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm netwerk ta’ servizzi ta’ trasport bil-ferrovija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta s-servizzi ta’ trasport jiġu pprovduti fuq infrastruttura ferrovjarja, b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2012/34, minn awtorità nazzjonali li talloka l-kapaċitajiet ta’ din l-infrastruttura filwaqt li tkun marbuta tissodisfa l-applikazzjonijiet tal-impriżi ferrovjarji sakemm il-limiti ta’ dawn il-kapaċitajiet ma jkunux intlaħqu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[r]igward servizzi ta’ trasport, xibka għandha titqies li teżisti [netwerk għandu jitqies li jeżisti] fejn is-servizz provvdut huwa skond kondizzjonijiet ta’ operat preskritti minn awtorita kompetenti ta’ Stat Membru, bħal ma huma kondizzjonijiet fir-rotti li jridu jiġu servuti, il-kapaċita li jsiru disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Sabiex tevalwa jekk tali kundizzjonijiet jeżistux fil-kawża pendenti quddiemha, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar l-impatt tal-obbligu li għandha l-Amministrazzjoni tat-Trasport, bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/17, li tissodisfa, sakemm ma jintlaħqux il-limiti ta’ dawn il-kapaċitajiet, l-applikazzjonijiet kollha għall-allokazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ trasport imressqa minn impriżi ferrovjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, SJ tosserva li hija tipprovdi servizzi ta’ trasport bil-ferrovija f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni sħiħa fis-suq u ma tibbenefika minn ebda finanzjament mill-Istat, li hija tiġġenera l-profitti tagħha mill-bejgħ ta’ biljetti, li hija ma tgawdi minn ebda prijorità fl-eżami tal-applikazzjonijiet għal kapaċitajiet ferrovjarji u li kwalunkwe trasport mwettaq minnha jirriżulta minn deċiżjoni tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, waħedhom, dawn l-elementi, jekk jitqies li huma stabbiliti, ma jistgħux jeskludu l-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet li fihom impriża ferrovjarja, bħalma hija SJ, tipprovdi s-servizzi tagħha kienu ddeterminati minn awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-eżami tal-leġiżlazzjoni applikabbli juri li dan huwa l-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-Artikolu 27(1) u (2) tad-Direttiva 2012/34 jipprevedi li l-maniġer tal-infrastruttura, f’dan il-każ l-Amministrazzjoni tat-Trasport, għandu jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk li tesponi l-karatteristiċi tal-infrastruttura u li tiġbor fiha informazzjoni li tispeċifika l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni huwa ddefinit fl-Anness IV ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont dan l-Anness IV, din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi l-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti mill-applikanti, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji li għandhom jiġu applikati meta l-infrastruttura tkun ikkonġestjonata jew inkella d-dettalji dwar ir-restrizzjonijiet imposti fuq l-użu tal-infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’hekk, kwalunkwe applikazzjoni għal kapaċitajiet tal-infrastruttura għandha, skont id-Direttiva 2012/34, titressaq quddiem il-maniġer tal-infrastruttura minn impriża ferrovjarja konformement mad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imfassla minnu u għandha tissodisfa l-prinċipji u l-kriterji li jkunu jinsabu f’din id-dikjarazzjoni. Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ użu tal-infrastruttura ferrovjarja hija suġġetta għall-osservanza mill-impriżi applikanti tar-rekwiżiti li jikkonċernaw kemm il-kapaċità tagħhom li jippreżentaw applikazzjoni u kemm il-kundizzjonijiet li fihom dawn ser joperaw din l-infrastruttura. Għaldaqstant, tali rekwiżiti jnaqqsu b’mod kunsiderevoli l-libertà kummerċjali tal-impriżi applikanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjonijiet bħala tali, għalkemm, skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2012/34, għandu jagħmel l-aħjar li jista’ sabiex, sa fejn ikun possibbli, jissodisfa l-applikazzjonijiet kollha għal kapaċitajiet tal-infrastruttura, il-maniġer tal-infrastruttura ferrovjarja huwa obbligat, fil-każ ta’ applikazzjonijiet kompetituri, jipprova, konformement mal-Artikolu 46 ta’ din id-direttiva, jikkoordina dawn l-applikazzjonijiet sabiex jiżgura l-aħjar arranġament possibbli bejniethom. B’hekk, f’limiti raġonevoli, huwa jista’ jipproponi kapaċitajiet differenti minn dawk li jkunu ntalbu, u jista’ anki jsib ruħu f’pożizzjoni fejn ma jkunx jista’ jwieġeb b’mod favorevoli għal ċerti applikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2012/34 jipprevedi dispożizzjonijiet fil-każ li l-infrastruttura ferrovjarja tiġi kkonġestjonata, li fil-kuntest tagħhom il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jistabbilixxi kriterji ta’ prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, filwaqt li għandu jiġi ammess li l-impriża ferrovjarja għandha ċerta libertà fid-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tal-attività ta’ trasport tagħha, għandu jitqies, fid-dawl tal-obbligi u tar-restrizzjonijiet, ikkunsidrati fl-intier tagħhom, li jaqgħu fuqha, b’mod partikolari l-obbligu li tikseb mogħdijiet tal-ferrovija u li tosserva l-kundizzjonijiet li jkunu marbuta magħhom, li l-kundizzjonijiet li fihom tipprovdi s-servizz ta’ trasport huma ddeterminati minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, f’dan il-każ mill-Awtorità tat-Trasport fil-kawża prinċipali, li taġixxi bħala l-maniġer tal-infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-analiżi tal-oriġini tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif tindika l-Kummissjoni Ewropea, l-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE tas-<DATE ISO="19900917">17 ta’ Settembru 1990</DATE> dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fl-oqsma tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1990">ĠU 1990, L 297, p. 1</REF.DOC.OJ>), li huwa essenzjalment riprodott fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17, kien ġie introdott sabiex l-għoti ta’ kuntratti fis-settur tas-servizzi tat-trasport b’karozzi tal-linji jiġi suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/531 u ppermetta li jiġi speċifikat li netwerk ta’ trasport ma jeżistix biss meta jkun ikkostitwit minn infrastruttura fiżika, bħal-linji tal-ferrovija, iżda wkoll meta jkun ikkostitwit minn sistema kkoordinata ta’ linji f’kundizzjonijiet partikolari, bħal fil-qasam tat-trasport b’karozzi tal-linji. Mill-banda l-oħra, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jillimita, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-qasam tat-trasport imwettaq fuq netwerk fiżiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm netwerk ta’ servizzi ta’ trasport bil-ferrovija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta s-servizzi ta’ trasport jiġu pprovduti fuq infrastruttura ferrovjarja, b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2012/34, minn awtorità nazzjonali li talloka l-kapaċitajiet ta’ din l-infrastruttura, anki jekk din tkun marbuta tissodisfa l-applikazzjonijiet tal-impriżi ferrovjarji sakemm il-limiti ta’ dawn il-kapaċitajiet ma jkunux intlaħqu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-attività eżerċitata minn impriża ferrovjarja, li tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ trasport lill-pubbliku bl-użu tan-netwerk ferrovjarju, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>provvista<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>operat ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> għall-finijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17, din id-direttiva tapplika għall-attivitajiet intiżi għall-provvista jew għall-operat ta’ netwerks intiżi li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, bit-trolley bus, bil-karozzi tal-linja jew bil-kejbil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tkopri żewġ tipi ta’ attivitajiet, jiġifieri l-provvista ta’ netwerks, minn naħa, u l-operat ta’ netwerks, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, it-tifsira u l-portata tat-termini li għalihom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni għandhom jiġu stabbiliti konformement mat-tifsira abitwali fil-lingwa kurrenti tagħhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li jagħmlu parti minnha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180612">12 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Louboutin u Christian Louboutin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑163/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:423">EU:C:2018:423</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>operat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għandu jinftiehem, konformement mat-tifsira abitwali tiegħu, bħala li jirreferi għall-użu ta’ oġġett jew għall-eżerċizzju ta’ dritt sabiex jiġi ġġenerat dħul minnu. B’hekk, l-operat tan-netwerk minn impriża ferrovjarja jikkonsisti fl-eżerċizzju minnha tad-dritt li tuża l-infrastruttura ferrovjarja sabiex tiġġenera dħul minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Tali definizzjoni hija differenti minn dik li għandha tingħata lill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>provvista ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>provvista ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> hija prerogattiva tal-maniġer tal-infrastruttura u mhux tal-impriża ferrovjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Kif osservat il-Kummissjoni, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>provvista ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ma kinitx tinsab fid-direttivi preċedenti għad-Direttiva 2004/17, jiġifieri d-Direttiva 90/531 u d-Direttiva 93/38, u din l-espressjoni kienet ġiet introdotta fid-Direttiva 2004/17 sabiex il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti previsti minnha jkunu japplikaw ukoll għall-ġestjoni tan-netwerks fiżiċi, bħalma huma l-linji tal-ferroviji, l-installazzjonijiet ferrovjarji, il-mini, il-pontijiet u l-passaġġi fil-livell tat-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li l-attività marbuta mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>operat ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tirreferi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ użu tan-netwerk ferrovjarju għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport, filwaqt li l-attività marbuta mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>provvista ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tirreferi għall-ġestjoni tan-netwerk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività eżerċitata minn impriża ferrovjarja, li tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ trasport lill-pubbliku bl-eżerċizzju ta’ dritt ta’ użu tan-netwerk ferrovjarju, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>operat ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> għall-finijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm netwerk ta’ servizzi ta’ trasport bil-ferrovija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta s-servizzi ta’ trasport jiġu pprovduti fuq infrastruttura ferrovjarja, b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, minn awtorità nazzjonali li talloka l-kapaċitajiet ta’ din l-infrastruttura, anki jekk din tkun marbuta tissodisfa l-applikazzjonijiet tal-impriżi ferrovjarji sakemm il-limiti ta’ dawn il-kapaċitajiet ma jkunux intlaħqu.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività eżerċitata minn impriża ferrovjarja, li tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ trasport lill-pubbliku bl-eżerċizzju ta’ dritt ta’ użu tan-netwerk ferrovjarju, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>operat ta’ netwerks<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għall-finijiet ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>