Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 5 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - Subsezzjoni 2 - Għajnuniet mill-Istati Membri - Artikolu III-168
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0072 - 0072
Artikolu III-168 1. Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' Stati Membri, għandha żżomm taħt eżami kostanti s-sistemi tagħhom ta' għajnuna li jeżistu f'dawn l-Istati. Għandha tipproponilhom kull miżura xierqa meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mill-funzjonament tas-suq intern. 2. Jekk, wara li tagħti notifika lill-partijiet konċernati sabiex dawn jissottomettu l-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi ta' l-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern meta jitqies l-Artikolu III-167, jew li din l-għajnuna qed tiġi użata ħażin, għandha tadotta deċiżjoni Ewropea li tirrikjedi lill-Istat Membru konċernat jabolixxi jew ibiddel din l-għajnuna f'terminu ta' żmien li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni. Jekk l-Istat Membru konċernat ma jħarisx din id-deċiżjoni Ewropea fiż-żmien preskritt, il-Kummissjoni jew kull Stat Membru ieħor interessat jistgħu, b'deroga mill-Artikoli III-360 u III-361, jirreferu l-kwistjoni direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. Fuq applikazzjoni magħmula minn stat membru, l-kunsill b'mod unanimu jista' jadotta deċiżjoni ewropea li dik l-għajnuna li dak l-istat qed jagħti jew għandu l-intenzjoni li jagħti għandha tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern, b'deroga mill-artikolu III-167 jew mir-regolamenti ewropej previsti fl-artikolu III-169, jekk din id-deċiżjoni tkun ġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali. jekk, fir-rigward ta' l-għajnuna in kwistjoni, l-kummissjoni tkun diġà bdiet il-proċedura prevista fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-fatt li l-istat membru konċernat ikun għamel l-applikazzjoni tiegħu lill-kunsill għandu l-effett li jissospendi dik il-proċedura sakemm il-kunsill ikun għarraf il-posizzjoni tiegħu. Jekk, madanakollu, l-Kunsill ma jkunx ħa l-posizzjoni tiegħu fi żmien tliet xhur minn meta tkun saret l-applikazzjoni msemmija, l-Kummissjoni għandha taġixxi. 3. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata mill-Istati Membri, fi żmien biżżejjed biex jippermettilha tissottometti l-kummenti tagħha, b'kull pjan għall-għoti jew it-tibdil ta' l-għajnuna. Jekk tikkunsidra li proġett bħal dan ma jkunx kompatibbli mas-suq intern skond it-termini ta' l-Artikolu III-167, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-Istat Membru konċernat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali. 4. Il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti Ewropej dwar il-kategoriji ta' għajnuna mill-Istat li l-Kunsill, skond l-Artikolu III-169, ikun iddetermina li jistgħu jiġu eżentati mill-proċedura prevista fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. --------------------------------------------------