19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 438/27


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.7724 — ASL/Arianespace

Relatur: Il-Litwanja

(2017/C 438/07)

Operazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Id-Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-Prodott u s-Suq Ġeografiku

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tas-swieq tal-prodotti relevanti li ġejjin:

3.1.

is-swieq għal servizzi ta’ varar ta’ satelliti;

3.2.

is-swieq għal satelliti;

3.3.

is-suq għal lanċaturi użati minn Arianespace;

3.4.

is-swieq għal (i) adattaturi tat-tagħbija u (ii) dispensers tat-tagħbija;

3.5.

is-swieq għal servizzi ta’ assigurazzjoni spazjali; kif ukoll

3.6.

is-swieq għal operazzjoni bis-satellita.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sieq ġeografiċi relevanti:

4.1.

is-swieq għal servizzi ta’ varar ta’ satelliti;

4.2.

is-swieq għal satelliti;

4.3.

is-suq għal lanċaturi mħaddma minn Arianespace;

4.4.

is-swieq għal (i) adataturi tat-tagħbija u (ii) dispensers tat-tagħbija;

4.5.

is-swieq għal servizzi ta’ assigurazzjoni spazjali; kif ukoll

4.6.

is-swieq għal operazzjoni bis-satellita.

Valutazzjoni Kompetittiva

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tfixkel b’mod sinifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-swieq (i) għas-servizzi ta’ varar ta’ satelliti u (ii) għal satelliti fir-rigward il-flussi ta’ informazzjoni sensittiva minn (i) Arianespace lil Airbus rigward manifatturi oħra tas-satelliti u (ii) minn Airbus lil Arianespace rigward fornituri oħra ta’ servizzi ta’ varar tas-satelliti.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-parti notifikanti fl-20 ta’ Mejju 2016 jindirizzaw it-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikattiv il-kompetizzjoni effettiva aktar mir-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Partijiet fi:

7.1.

is-swieq għal servizzi ta’ varar ta’ satelliti u s-swieq għas-satelliti;

7.2.

is-suq għal sistemi li jvaraw is-satelliti mħaddma minn Arianespace u s-swieq għal servizzi ta’ varar ta’ satelliti;

7.3.

is-swieq għal servizzi ta’ varar tas’ satelliti u s-swieq ta’ dispensers tat-tagħbija u adattaturi tat-tagħbija;

7.4.

is-swieq għal servizzi tal-assigurazzjoni spazjali u s-swieq għal operazzjoni ta’ satelliti u għas-satelliti; kif ukoll

7.5.

is-swieq għal servizzi ta’ varar tas-satelliti u s-swieq għal operazzjonijiet tas-satelliti.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-parti notifikanti fl-20 ta’ Mejju 2016, it-Tranżazzjoni ma jidhirx li se tfixkel b’mod sinifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

Kompatibbiltà mas-Suq Intern

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għalhekk jeħtieġ li t-Tranżazzjoni tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikolu 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.