|
15.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 48/2010
tat-30 ta’ April 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ′l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/129/KE tad-9 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-iskop li tadatta l-Anness III magħha minħabba progress tekniku (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/130/KE tat-12 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kosmetiċi, għall-iskop li tadatta l-Anness III tagħha mal-progress tekniku (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/134/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kosmetiċi, għall-iskop li tadatta l-Anness III tagħha mal-progress tekniku (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim:
|
“— |
32009 L 0129: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/129/KE tad-9 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 18), |
|
— |
32009 L 0130: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/130/KE tat-12 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 5), |
|
— |
32009 L 0134: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/134/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 282, 29.10.2009, p. 15).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2009/129/KE, 2009/130/KE u 2009/134/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 101, 22.4.2010, p. 18.
(2) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 18.
(3) ĠU L 268, 13.10.2009, p. 5.
(4) ĠU L 282, 29.10.2009, p. 15.
(*1) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.