2001D0527 — MT — 07.01.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta' Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej (innotifikata permezz tad-dokument numru C(2001) 1501) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 191, 13.7.2001, p.43) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 3 |
32 |
7.1.2004 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Ġunju 2001
li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej
(innotifikata permezz tad-dokument numru C(2001) 1501)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2001/527/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Billi:|
(1) |
Il-libertà ta' provvediment ta' servizzi u l-moviment liberu tal-kapital jikkostitwixxu għanijiet ta' prijorità tal-Komunità, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat tal-KE. |
|
(2) |
Il-bini ta' suq intern ġenwin għas-servizzi finanzjarji huwa kruċjali għaż-żieda fit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' l-impjiegi fil-Komunità. |
|
(3) |
Il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għas-servizzi finanzjarji ( 1 ) jidentifika serje ta' azzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jiġi eżawrit is-suq waħdieni għas-servizzi finanzjarji. |
|
(4) |
Fil-laqgħa tiegħu f'Lisbona f'Marzu 2000, il-Kunsill ta' l-Ewropa talab għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni sal-2005. |
|
(5) |
Fis-17 ta' Lulju 2000 il-Kunsill stabbilixxa l-Kumitat ta' Rġiel Għorriefa dwar ir-regolament tas-swieq tat-Titoli Ewropej. |
|
(6) |
Fir-rapport final tiegħu, il-Kumitat ta' Rġiel Għorriefa talab għall-istabbiliment ta' żewġ kumitati, il-Kumitat tat-Titoli Ewropej, li jinkludi r-rappreżentanti ta' livell għoli ta' l-Istati Membri u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej, li jinkludu r-rappreżentanti għoljin mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tat-titoli sabiex, inter alia, jagħtu parir lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-regolament tas-suq aktar effettiv tat-Titoli fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni b'mod formali sabiex tistabbilixxi kumitat ta' regolaturi indipendenti, kif propost fir-rapport tal-Kumitat ta' Rġiel Għorriefa. |
|
(8) |
Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u pariri għall-Kummissjoni fil-qasam tat-Titoli. |
|
(9) |
Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni konsistenti u filwaqt ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità fl-Istati Membri billi jassigura kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza, li jwettqu analiżi ta' livell għoli u jippromwovu l-aħjar prattiċi ( 2 ). |
|
(10) |
Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jorganizza l-arranġamenti li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma tiegħu stess u jżomm rabtiet ta' ħidma mill-qrib mal-Kummissjoni u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej. Għandu jaħtar il-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu. |
|
(11) |
Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jikkonsulta b'mod estensiv u f'fażi bikrija mal-parteċipanti, il-konsumaturi u l-utenti-finali tas-suq b'mod miftuħ u trasparenti. |
|
(12) |
Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess u jirrispetta għal kollox il-prerogattivi ta' l-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbillit bit-Trattat ( 3 ), |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
L-Artikolu 1
Grupp konsultattiv indipendenti dwar it-Titoli fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala “il-Kumitat”), huwa b'dan stabbilit.
L-Artikolu 2
Ir-rwol tal-Kumitat għandu jkun li jagħti pariri lill-Kummissjoni, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, fil-limitu taż-żmien li l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja, jew fuq l-inizjattiva tal-Kumitat innifsu, b'mod partikolari rigward it-tħejjija ta' l-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni fil-kamp tat-titoli, inklużi dawk li jkollhom x'jaqsmu ma' l-impriżi ta' l-investimenti kollettivi fit-titoli trasferibbli (l-UCITS).
L-Artikolu 3
►M1 Il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' livell għoli mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-kamp tat-titoli, inklużi l-UCITS. ◄ Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta' livell għoli mill-awtorità kompetenti tiegħu sabiex jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat.
Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta' livell għoli sabiex jipparteċipa fid-dibattiti kollha tiegħu.
Il-Kumitat għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu.
Il-Kumitat jista' jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu għal-laqgħat tiegħu.
L-Artikolu 4
Il-Kumitat għandu jżomm rabtiet ta' ħidma mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.
Jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma.
L-Artikolu 5
Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu, il-Kumitat għandu jikkonsulta b'mod estensiv u f'fażi bikrija mal-parteċipanti, il-konsumaturi u l-utenti-finali tas-suq b'mod miftuħ u trasparenti.
L-Artikolu 6
Il-Kumitat għandu jippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni.
L-Artikolu 7
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu u jorganizza l-arranġamenti tal-ħidma tiegħu.
L-Artikolu 8
Il-Kumitat għandu jibda' x-xogħol tiegħu nhar is-7 ta' Ġunju 2001.
( 1 ) COM(1999) 232 finali.
( 2 ) It-Test meħud mit-tielet paragrafu tal-punt 6 tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Stokkolma.
( 3 ) It-Test meħud mill-aħħar paragrafu tal-preambolu tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Stokkolma.