<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑296/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0296</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:922">EU:C:2016:922</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SAUGMANDSGAARD ØE – KAWŻA C‑296/15</P><P>MEDISANUS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20161201">1 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑296/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Medisanus d.o.o.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Splošna Bolnišnica Murska Sobota</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (kummissjoni nazzjonali ta’ reviżjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, is-Slovenja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 267 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kwalità ta’ ‘qorti jew tribunal’</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2 u 23</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali dderivati minn plażma ppreparata industrijalment</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/98/KE</KEYWORD><KEYWORD>Demm tal-bniedem u komponenti tad-demm</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-akkwist prijoritarju ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma miġbura fuq it-territorju tal-Istat Membru kkonċernat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 34 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni bejn importazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 36 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Promozzjoni tad-donazzjonijiet ta’ demm</KEYWORD><KEYWORD>Awtosuffiċjenza nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Indipendenza</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150514">14 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, id-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (Kummissjoni Nazzjonali ta’ reviżjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, Is-Slovenja) ressqet lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda intiża sabiex takkwista deċiżjoni preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif emendata l-aħħar darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013, tat-<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 335, p. 17</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva 2004/18<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE>, tal-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata l-aħħar darba bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- <DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 2001/83<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE>, tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE>, li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 346), kif emendata l-aħħar darba bir-Regolament (KE) 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 188, p. 14</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Direttiva 2002/98<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201C" ID="QE0003"/>).</P></NOTE> kif ukoll tal-Artikolu 18 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din id-domanda tressqet fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn Medisanus d.o.o. kontra s-Splošna Bolnišnica Murska Sobota (sptar ġenerali ta’ Murska Sobota, Is-Slovenja) dwar ir-regolarità ta’ klawżola tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvista ta’ prodotti mediċinali mibdija minn dan tal-aħħar. Bis-saħħa ta’ dik il-klawżola, il-prodotti mediċinali li huma s-suġġett ta’ dik il-proċedura kellhom jiġu prodotti minn plażma Slovena (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-klawżola kienet ġiet introdotta mill-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota sabiex jikkonforma ruħu ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li kienet tawtorizza l-importazzjoni ta’ prodotti mediċinali manifatturati minn plażma miġbura fi Stat Membru ieħor biss jekk il-prodotti mediċinali manifatturati minn plażma miġbura fuq it-territorju nazzjonali ma jippermettux li jiġu koperti l-bżonnijiet tal-popolazzjoni nazzjonali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>prinċipju ta’ provvista prijoritarja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet li jien ser nesponi iktar ’il quddiem, jien nikkunsidra li d-Direttiva 2004/18 kif ukoll l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu kemm il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja kif ukoll ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/18</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kuntratti għall-interess tal-flus [b’titolu oneruż] konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Prinċipji ta’ assenjar ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprovdi li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi fuq bażi ugwali u b’mod mhux diskriminatorju u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ dik id-direttiva jikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>speċifikazzjonijiet Tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huwa ddefinit fil-punt 1 tal-Anness VI tal-istess direttiva. Fir-rigward b’mod partikolari tal-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ servizzi, dan il-punt 1(b) jinkludi d-definizzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[…] speċifikazzjoni li tagħti tifsira għall-karatteristiċi rikjesti ta’ prodott jew ta’ servizz, bħal livelli ta’ kwalità, livelli ta’ esekuzzjoni ambjentali, disinn għal kull rikjesta (inkluż l-aċċessabilita għal persuni b’disabbilita) assessjar ta’ konformita, esekuzzjoni, użu tal-prodott, sigurta u dimensjonijiet inkluż ir-rikjesti rilevanti għall-prodott rigward l-isem taħt liema l-prodott huwa mibjugħ, teminoloġija, simboli, metodi u ta’ ttestjat u testijiet, ippakkettar, l-immarkar u t-tikkettar, instruzzjonijiet għal min se jużah, proċessi u metodi ta’ produzzjoni u proċessi ta’ assessjar dwar konformità<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont dan l-Artikolu 23:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Speċifikazzjonijiet Tekniċi għandhom joffru aċċess ugwali għal dawk li jixħtu l-offerti u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu ostakli mhux ġustifikati għal ftuħ ta’ disposizzjoni pubbliku [kuntratti pubbliċi] għal kompetizzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="023.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ma jkunux ġustifikati bil-kontenut suġġettiv tal-kuntratt, speċifikazzjonijiet Tekniċi m’għandhomx jirreferu għal għamla jew sors, jew proċess partikolari, jew marki ta’ ditta, dokumenti ta’ dritt, tipi jew oriġini speċifiku jew produzzjoni bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti intrapriżi jew ċerti prodotti. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/98</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/98 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ġbir u l-ittestjar ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm, ikun xi jkun l-għan maħsub tagħhom, u għall-proċessar, il-ħażna, u t-tqassim tagħhom meta jkunu maħsuba għat-trasfużjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Din id-Direttiva m’ għandhiex iżżomm Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi fit-territorju tiegħu miżuri protettivi aktar strinġenti li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.</ALINEA><ALINEA>B’mod partikolari, Stat Membru jista’ jintroduċi ħtiġijiet għal donazzjonijiet volontarji u mhux imħallsa, li jinkludu l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ demm u komponenti tad-demm, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u biex jinkiseb l-għan dikjarat fl-Artikolu 20(1), basta iżda li jintlaħqu l-kondizzjonijiet tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20(1) tal-imsemmija direttva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkoraġġixxu donazzjonijiet volontarji u mhux imħallsa bil-ħsieb li jiġi żgurat li demm u komponenti tad-demm huma safejn u sakemm ikun possibbli pprovduti minn donazzjonijiet bħal dawn.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/83</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 jinkludi b’ mod partikolari d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>2)</NO.P><TXT>prodotti mediċinali:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi prezentati bħala li għandhom proprjetajiet għat-trattament jew il-prevenzjoni ta’ mard fil-bniedem; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil- jew jiġu amministrati lill-bniedem, jew bil-ħsieb li jiġu restawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta’ azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex isir dijanjosi mediku.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>Prodotti mediċinali miksuba minn demm uman jew plażma umana:</TXT><P>Prodotti mediċinali bażati fuq kostitwenti tad-demm li huma preparati industrijalment minn stabbilimenti pubbliċi jew privati, prodotti mediċinali bħal dawn inklużi, b’mod partikolari, l-albumina, fatturi koagulanti u immunoglobulini ta’ oriġini umana;</P></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>17)</NO.P><TXT>Distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali:</TXT><P>L-attivitajiet kollha li jikkonsistu f’kisba, żamma, provvista jew esportazzjoni ta’ prodotti mediċinali, barra milli jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku. Attivitajiet bħal dawn jitwettqu mal-produtturi jew mad-depożitarji tagħhom, ma’ importaturi, distributuri oħra bl-ingrossa jew ma’ spiżjara u persuni awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku fl-Istat Membru konċernat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83, din id-direttiva għandha tapplika għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem maħsuba li jitqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri inkella jkunu preparati industrijalment jew manifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83, li jifforma parti mit-Titolu VII, dwar distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu m’għandhomx iżommu milli jiddaħħlu ħtiġiet aktar stretti stabbiliti minn Stati Membri dwar id-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’;</P><P>[…]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prodotti mediċinali miksuba mid-demm;</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit-Titolu X dwar id-dispożizzjonijiet speċjali dwar prodotti mediċinali miksuba mid-demm u plażma tal-bniedem, l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2001/83 jippreċiża li d-Direttiva 2002/98 għandha tapplika għall-ġbir u l-ittestjar tad-demm tal-bniedem u tal-plażma tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 110 tad-Direttiva 2001/83:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippromwovu fil-Komunità l-awto-suffiċjenza f’demm uman jew plażma umana. Għal dan il-għan, għandhom jinkoraġġixxu d-donazzjoni volontarja bla ħlas ta’ demm u plażma u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżviluppaw il-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti miksuba minn demm uman jew plażma umana li jiġu minn donazzjonijiet volontarji bla ħlas. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Sloven</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-liġi fuq il-prodotti mediċinali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-definizzjoni tal-prinċipju ta’ provvista prijoritarja ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma miġbura fis-Slovenja, l-Artikolu 6(71) taz-Zakon o zdravilih (liġi fuq il-prodotti mediċinali), tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE> (Uradni list RS, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 17/2014) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-provvista prijoritarja ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma Slovena (jiġifieri minn plażma friska, iffriżata sabiex tiġi ttrasformata, miġbura fis-Slovenja) huwa prinċipju li fuqu l-provvista ta’ prodotti mediċinali provenjenti mill-Unjoni Ewropea [prodotti] minn plażma minn barra l-pajjiż issir bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, jekk il-prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena ma jkoprux il-bżonnijiet kollha fis-Slovenja f’dak li jikkonċerna dawn il-prodotti mediċinali, ħlief bl-introduzzjoni jew l-importazzjoni ta’ prodott mediċinali<?PAGE NO="5"?> partikolari prodott minn plażma minn barra l-pajjiż huwa xjentifikament iġġustifikat jew jekk huwa meħtieġ li jsir hekk għal motiv strateġiku ddefinit mill-iStrateški svet za zdravila [(kunsill strateġiku għall-prodotti mediċinali)] u l-iStrokovni svet za preskrbo s krvjo in zdravili iz plazme [(kunsill xjentifiku għall-provvista ta’ demm u ta’ prodotti mediċinali bbażati fuq plażma)].<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-paragrafu 106 tal-istess artikolu jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>prodotti mediċinali bbażati fuq id-demm jew fuq il-plażma<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> f’dan il-kliem:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Il-prodotti mediċinali bbażati fuq id-demm jew fuq il-plażma huma prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment bħalma huma pereżempju l-prodotti mediċinali li jinkludu b’mod partikolari l-albumina u l-immunoglobulina mill-bniedem u li jiġu prodotti minn operaturi ekonomiċi speċjalizzati minn komponenti tad-demm miġbura skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-provvista tad-demm u ta’ prodotti tad-demm, u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-prodotti mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(6) tal-liġi fuq il-prodotti mediċinali jippreċiża l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi ma għandhomx japplikaw […] għad-demm, għall-plażma jew għaċ-ċelluli tad-demm li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-provvista tad-demm, bl-eċċezzjoni tal-plażma li hija ppreparata skont metodu li jimplika proċess industrijali u huwa applikabbli għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-liġi dwar il-provvista tad-demm</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Iz-Zakon o preskrbi s krvjo (liġi dwar il-provvista tad-demm), tal-<DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE> (Uradni list RS, No 104/2006) tinkludi fl-Artikolu 3(11) sa (13), (18) u (27) id-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.011"><NO.PARAG>“11.</NO.PARAG><ALINEA>demm: id-demm sħiħ tal-bniedem;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.012"><NO.PARAG>12.</NO.PARAG><ALINEA>komponent tad-demm: komponent mediċinali tad-demm ([…], plażma) li jista’ jiġi ppreparat mid-demm permezz ta’ diversi proċessi;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.013"><NO.PARAG>13.</NO.PARAG><ALINEA>prodott tad-demm: kull prodott mediċinali (komponent jew prodott mediċinali) li huwa bbażat fuq demm tal-bniedem jew fuq plażma;</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.018"><NO.PARAG>18.</NO.PARAG><ALINEA>awtosuffiċjenza: prinċipju tal-provvista tad-demm u tal-prodotti tad-demm li bis-saħħa tiegħu l-Istat ikopri l-bżonnijiet tad-demm u ta’ prodotti tad-demm bir-riżorsi tiegħu stess;</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.027"><NO.PARAG>27.</NO.PARAG><ALINEA>prodott mediċinali bbażat fuq id-demm: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kull prodott mediċinali prodott minn demm jew minn plażma tal-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din il-liġi, dwar il-provvista tad-demm, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-provvista tad-demm tifforma parti mill-attività trasfużjonali, li tinkludi l-ippjanar, il-ġbir, l-ipproċessar, l-ittestjar, il-ħażna, id-distribuzzjoni u t-trattament mediku kif ukoll il-provvista regolari u suffiċjenti għall-popolazzjoni tad-demm u ta’ prodotti tad-demm u l-kummerċ ta’ dawn il-prodotti. L-attivitajiet ikkonċernati għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mal-prinċipji ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali u ta’ donazzjoni volontarja bla ħlas, sabiex jiġi ggarantit numru suffiċjenti ta’ donaturi u s-sigurtà tat-trasfużjoni tad-demm.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) ta’ dik il-liġi, li jikkonċerna b’mod partikolari l-ġbir tad-demm, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>L-attività tal-ġbir u tal-ittestjar tad-demm u tal-komponenti tad-demm, irrispettivament mill-użu previst, il-preparazzjoni tagħhom, il-preżervazzjoni tagħhom, u d-distribuzzjoni tagħhom, meta huma intiżi għat-trasfużjoni, għandha tkun servizz pubbliku. Dan għandu jiġi żgurat mill-uffiċċju tat-trasfuzjoni jew miċ-ċentru ta’ trasfużjoni li għandu jinħatar mill-aġenzija li tagħtih ukoll l-awtorizzazzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) u (2) tal-istess liġi jiddetermina l-funzjoni taz-Zavod Republike Slovenije za transfuzisko medecino (uffiċċju ta’ mediċina trasfużjonali tar-Repubblika tas-Slovenja, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ZTM<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) fil-kliem li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iz-[ZTM] għandu jkunu l-uffiċċju tat-trasfużjoni li huwa responsabbli fuq il-livell nazzjonali mill-provvista ta’ kwalità professjonali tad-demm u ta’ prodotti tad-demm, u mill-koordinazzjoni bejn il-mediċina trasfużjonali u l-attività tal-isptarijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Iz-[ZTM] għandu jikkoordina l-attivitajiet kollha relatati mal-għażla tad-donaturi tad-demm, il-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u d-distribuzzjoni tad-demm u tal-prodotti tad-demm, u l-użu kliniku tad-demm.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota ddeċieda li jiftaħ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għall-akkwist ta’ prodotti farmaċewtiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt fir-rigward tas-sejħa għall-offerti li dan il-kuntratt pubbliku kien jirrigwarda prodotti mediċinali li jissodisfaw is-segwenti karatteristiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>albumina tal-bniedem 200 mg/ml soluzzjoni li tista’ tiġi injettata prodotta mill-plażma Slovena<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>,</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-immunoglobulina tal-bniedem għal amministrazzjoni fil-vini 50 mg/ml jew 100 mg/ml derivati mill-plażma Slovena<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal mistoqsija minn operatur ekonomiku li tikkritika r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali, l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota sostna li dan ir-rekwiżit kien konformi mal-prinċipju ta’ provvista prijoritarja ta’ prodotti mediċinali manifatturati industrijalment minn plażma Slovena kif previst mill-Artikolu 6(71) tal-liġi fuq il-prodotti mediċinali. Barra minn hekk, huwa ppreċiża li kienet ġiet ippubblikata sejħa oħra għal offerti konġuntament mal-Ministeru tas-Saħħa dwar l-albumina mill-bniedem u l-immunoglobulina mill-bniedem prodotti minn plażma minn barra l-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150225">25 ta’ Frar 2015</DATE>, il-kumpannija Medisanus, li għandha l-uffiċċju rreġistrat f’Ljubljana (is-Slovenja), ippreżentat talba għar-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt quddiem l-awtorità kontraenti. Insostenn ta’ din it-talba, Medisanus sostniet li z-ZTM biss kien f’pożizzjoni li jissodisfa r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali minħabba d-dritt esklużiv tiegħu f’dak li jikkonċerna d-demm miġbur fis-Slovenja, u għalhekk jirriżulta li huwa kien l-uniku operatur li seta’ jipprovdi prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma miġbura fis-Slovenja. Għaldaqstant, Medisanus ikkunsidrat li dan ir-rekwiżit kien inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150323">23 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota ċaħad din it-talba ta’ reviżjoni bħala infondata għall-motivi li ġejjin. Qabelxejn, ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jirriżulta mil-liġi nazzjonali. Imbagħad, dan ir-rekwiżit kien iġġustifikat mill-perspettiva xjentifika. Fl-aħħar nett, dan ir-rekwiżit kien konformi ma’ għan ta’ awtosuffiċjenza promoss fi ħdan l-Unjoni. Fir-rigward ta’ dan l-aħħar punt,<?PAGE NO="7"?> dan l-isptar irrefera għall-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83 u sostna li l-għan imfittex ma kienx dak li tiġi żgurata awtosuffiċjenza territorjali assoluta, imma użu adegwat, limitat għal ċerti prodotti mediċinali, tal-plażma miġbura fis-Slovenja li hija disponibbli għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali manifatturati mid-demm. Huwa jippreċiża wkoll li ċertu perċentwali tal-bżonnijiet tiegħu kien kopert b’sejħa għal offerti għall-akkwist ta’ prodotti mediċinali manifatturati mid-demm provenenjenti minn Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Wara din iċ-ċaħda, Medisanus adixxiet lid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (kummissjoni nazzjonali ta’ reviżjoni tal-proċeduri ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi) b’talba għar-reviżjoni. Din il-kummissjoni tesprimi dubji dwar il-kompatibbiltà mal-Artikoli 2 u 23 tad-Direttiva 2004/18 tar-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali, għaliex jista’ jirriżulta fi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ rispett tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-kummisjsoni tinnota li dan ir-rekwiżit huwa bbażat fuq il-liġi Slovena. Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 6(71) tal-liġi fuq il-prodotti mediċinali jimponi provvista prijoritarja ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma miġbura fis-Slovenja. Min-naħa l-oħra, il-liġi dwar il-provvista tad-demm tistabbilixxi l-prinċipju tal-awtosuffiċjenza, li bis-saħħa tiegħu r-Repubblika tas-Slovenja tkopri l-bżonnijiet tad-demm tagħha bir-riżorsi tagħha stess. Din l-aħħar liġi tafda liz-ZTM l-eżerċizzju tas-servizz pubbliku dwar l-attività ta’ ġbir u ta’ ttestjar tad-demm u tal-komponenti tad-demm, irrispettivament mill-użu maħsub għalihom, kif ukoll il-preparazzjoni tagħhom, il-konservazzjoni tagħhom u d-distribzzjoni tagħhom meta huma jkunu intiżi għat-trasfużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (kummissjoni nazzjonali ta’ reviżjoni tal-proċeduri ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi, is-Slovenja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Id-Direttiva 2004/18, b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) u (8) tagħha, u l-Artikolu 2 tagħha, moqrija flimkien ma’</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-Direttiva 2001/83, b’mod partikolari l-Artikolu 83 tagħha,</P></ITEM><ITEM><P>id-Direttiva 2002/98, b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha</P></ITEM><ITEM><P>it-Trattat FUE, b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,</P></ITEM></LIST><P>għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi rekwiżit li prodotti mediċinali mmanifatturati b’mod industrijali għandhom jinkisbu minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>plażma Slovena<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (rekwiżit li huwa bbażat fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali […])?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Medisanus, il-Gvernijiet tas-Slovenja u ta’ Spanja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fis-seduta, li saret fit-<DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, dehru u nstemgħu r-rappreżentanti ta’ Medisanus, il-Gvern Sloven u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi tad-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Inqis li huwa neċessarju li d-domanda preliminari li saret mill-korp tar-rinviju tiġi riformulata mill-ġdid għar-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Qabelxejn, id-domanda li saret tirreferi għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif stabbilit bl-Artikolu 18 TFUE. Madankollu, jirriżulta mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar li hija applikabbli bla ħsara għal dispożizzjonijiet partikolari previsti fit-Trattati. Għaldaqstant, u kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi okkażjonijiet, din id-dispożizzjoni hija intiża li tapplika b’mod awtonomu biss f’sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom it-Trattat ma jipprovdix regoli speċifiċi ta’ nondiskriminazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940714">14 ta’ Lulju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Peralta</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:296">EU:C:1994:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Laval un Partneri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑341/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:809">EU:C:2007:809</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Josemans</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑137/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:774">EU:C:2010:774</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-Artikolu 34 TFUE jirrifletti b’mod partikolari l-obbligu li jiġi osservat il-prinċipju de nondiskriminazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970507">7 ta’ Mejju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Pistre <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑321/94 sa C‑324/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:229">EU:C:1997:229</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ker-Optika</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:725">EU:C:2010:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>ANETT</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑456/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:241">EU:C:2012:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Billi l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jaqgħu taħt l-Artikolu 34 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-punti 90 sa 99 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, ser neżaminahom fid-dawl ta’ dan l-artikolu, kif issuġġeriet il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Imbagħad, id-domanda preliminari tirreferi għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98 u għall-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83. Għall-motivi li ser nesponi fil-punti 155 sa 164 ta’ dawn il-konklużjonijiet, inqis li dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tad-Direttiva 2004/18 u tal-Artikolu 34 TFUE kif ukoll tal-eżistenza taż-żewġ miżuri nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja, u</P></ITEM><ITEM><P>ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Minn naħa, il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja ma jistax jiġi evalwat, bħala tali, fid-dawl tad-Direttiva 2004/18, li hija intiża sabiex tapplika biss fil-kuntest ta’ kuntratti pubbliċi. Bil-kuntrarju, dan il-prinċipju għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-Artikolu 34 TFUE, li jiggarantixxi l-moviment liberu tal-merkanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-punti 91 u 92 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jaqa’ kemm taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18 kif ukoll dak tal-Artikolu 34 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-punti 93 u 94 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jien nipproponi li d-domanda preliminari tiġi fformulata kif ġej. Bid-domanda preliminari, l-korp tar-rinviju jsaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jekk l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja, u</P></ITEM><ITEM><P>jekk l-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18 kif ukoll l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għall-motivi li jien ser nesponi iktar ’il quddiem, jien nikkunsidra li d-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu kemm il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja kif ukoll ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Qabel ma nindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, jeħtieġ madankollu li tiġi vverifikata l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domanda li tressqet, billi tiġi eżaminata n-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE tal-korp tar-rinviju. Imbagħad ser nipproċedi għal xi kunsiderazzjonijiet fuq il-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-Artikolu 267 TFUE li l-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti biss li tirrispondi għad-domandi li jitressqu minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, sabiex tiġi evalwata l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> skont l-Artikolu 267 TFUE, liema kwistjoni hija rregolata unikament mid-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkunsidra numru ta’ elementi, bħal jekk il-korp huwiex stabbilit b’liġi, jekk dan huwiex wieħed permanenti, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura, l-applikazzjoni, mill-imsemmi korp, tad-dispożizzjonijiet legali, kif ukoll l-indipendenza tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Consorci Sanitari del Maresme</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:664">EU:C:2015:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160524">24 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>MT Højgaard u Züblin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑396/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:347">EU:C:2016:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Inqis li jirriżulta mill-elementi li ġejjin, ikkomunikati mill-korp tar-rinviju, li dan effettivament għandu n-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>dan il-korp ġie stabbilit bil-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq il-kuntratti pubbliċi;</P></ITEM><ITEM><P>huwa ta’ natura permanenti;</P></ITEM><ITEM><P>il-ġurisdizzjoni tiegħu hija obbligatorja billi, minn naħa, il-kompetenza tiegħu ma tiddependix fuq il-ftehim bejn il-partijiet u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet tiegħu huma vinkolanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Consorci Sanitari del Maresme</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:664">EU:C:2015:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>;</P></ITEM><ITEM><P>il-proċeduri quddiem dan il-korp huma kontradittorji;</P></ITEM><ITEM><P>huwa japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dritt, u</P></ITEM><ITEM><P>il-garanziji dwar l-indipendenza tiegħu u l-indipendenza tal-membri tiegħu huma analogi għal dawk previsti għall-qrati ordinarji.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-istatus ġuridiku tal-istanzi nazzjonali ta’ natura mhux ġudizzjarji msemmija fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 89/665<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 6, Vol. 1,p. 246), kif emendata l-aħħar darba bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, responsabbli mir-rikorsi fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonfermat in-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ta’ diversi korpi nazzjonali oħra essenzjalment komparabbli mal-korp tar-rinviju f’din il-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970917">17 ta’ Settembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Dorsch Consult</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑54/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:413">EU:C:1997:413</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990204">4 ta’ Frar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Köllensperger u Atzwanger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑103/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:52">EU:C:1999:52</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Consorci Sanitari del Maresme</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:664">EU:C:2015:664</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jien nikkunsidra li d-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (kummissjoni nazzjonali ta’ reviżjoni tal-proċeduri ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi) għandha n-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE u li, għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tirrispondi għad-domanda li tressqet minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet fuq il-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Qabel ma nirrispondi għad-domanda li tressqet mill-korp tar-rinviju, jidhirli importanti li nagħmel ċerti osservazzjonijiet sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-kuntest ġuridiku u fattwali tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Infakkar li s-sejħa għall-offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tirrigwardax l-akkwist ta’ demm jew ta’ komponenti tad-demm imma ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma. Ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ġie impost mill-awtorità kontraenti sabiex tikkonforma ruħha mal-prinċipju ta’ provvista prijoritarja stabbilit fl-Artikolu 6(71) tal-liġi fuq il-prodotti mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fi ħdan is-sistema implimentata mil-liġi dwar il-provvista tad-demm) u b’mod partikolari mill-Artikolu 10 tagħha, iz-ZTM huwa responsabbli fuq il-livell nazzjonali mill-provvista ta’ kwalità professjonali tad-demm u ta’ prodotti tad-demm u mill-koordinazzjoni bejn il-mediċina trasfużjonali u l-attività tal-isptarijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Skont l-osservazzjonijiet ta’ Medisanus, tal-Gvern Sloven u tal-Kummissjoni, din il-liġi tagħti liz-ZTM kompetenza esklużiva f’dak li jikkonċerna l-ġbir ta’ demm kif ukoll il-provvista tad-demm u ta’ prodotti tad-demm fuq it-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja. Jirriżulta minn din il-kompetenza esklużiva li z-ZTM biss għandu l-kapaċità li jipprovdi prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena, b’tali mod li fil-prattika z-ZTM kien l-uniku operatur li jista’ jipprovdi prodotti mediċinali konformi mar-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Gvern Sloven ippreċiża li d-demm miġbur miz-ZTM huwa intiż prijoritarjament sabiex jintuża għal għanijiet ta’ trasfużjoni. Huma biss l-eċċessi ta’ demm miġbur li huma intiżi sabiex jiġu ttrasformati fi prodotti mediċinali bħalma huma l-albumina tal-bniedem jew l-immunoglobulina tal-bniedem, li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Sloven u tal-Kummissjoni li z-ZTM ma jipproċessax huwa stess id-demm miġbur fuq it-territorju Sloven fi prodotti mediċinali, imma jibgħat dan id-demm lil operatur privat lil jimmanifattura l-prodotti mediċinali skont proċess industrijali. Iz-ZTM jipproċedi għall-għażla ta’ dan l-operatur skont proċedura miftuħa ta’ kuntratt pubbliku skont id-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-prodotti mediċinali hekk miksuba huma intiżi esklużivament għas-suq Sloven. Iz-ZTM jiddistribwixxi dawn il-prodotti mediċinali lil servizzi ta’ saħħa pubblika oħra tas-Slovenja, u b’mod partikolari lill-isptarijiet. Bħala korrispettiv, iz-ZTM jiffattura biss l-ispejjeż ta’ manifattura tal-prodotti mediċinali, mingħajr ma jagħmel profitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa biss jekk u sa fejn il-kwantità ta’ prodotti mediċinali manifatturati minn plażma Slovena ma hijiex suffiċjenti sabiex tissodisfa l-bżonnijiet tal-popolazzjoni Slovena li jinxtraw prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma minn barra l-pajjiż, fil-kuntest ta’ proċedura miftuħa ta’ kuntratt pubbliku skont id-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tad-Direttiva 2004/18</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din it-taqsima, ser neżamina jekk l-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, huwa neċessarju li jiġi evalwat, minn naħa, l-applikabbiltà tad-Direttiva 2004/18 fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ċċitati iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-applikabbiltà tad-Direttiva 2004/18</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Sloven li l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota huwa korp pubbliku stabbilit mir-Repubblika tas-Slovenja. Bħala tali, għandu jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>awtorità kuntrattwali [kontraenti]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18, kwalità li barra minn hekk ma hijiex ikkuntestata minn ebda waħda mill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, lanqas ma jidhirli li jista’ jiġi kkontestat li l-prodotti mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) u (c) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Ċertament, il-Gvern Sloven jargumenta li l-prodotti mediċinali ma għandhomx il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens ta’ din id-direttiva u lanqas il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE, għar-raġuni li z-ZTM u l-isptarijiet Sloveni flimkien jipprovdu servizz pubbliku ta’ interess ġenerali li jikkonsisti fil-provvista ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet definizzjoni partikolarment wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, bħala li tinkludi kull prodott li jista’ jiġi evalwat fi flus, u bħala tali, jista’ jkun is-suġġett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19681210">10 ta’ Diċembru 1968</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>7/68</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1968:51">EU:C:1968:51</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 626). Din is-sentenza kienet tikkonċerna taxxa imposta mir-Repubblika Taljana fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti li kienu jippreżentaw interess artistiku jew storiku.</P></NOTE>. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni oħra fi ħdan id-Direttiva 2004/18, jidhirli li din id-definizzjoni tista’ tiġi trasposta għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Issa, fil-fehma tiegħi, ma jista’ jkun hemm l-ebda dubju li l-prodotti mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma prodotti li jistgħu jiġu evalwati fi flus u bħala tali jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali. Il-fatt li l-provvista ta’ dawn il-prodotti mediċinali tfittex għan ta’ interess ġenerali ma jidhirlix li jista’ jqiegħed inkwistjoni l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tal-prodotti mediċinali kontenzjużi, imma, jekk ikun il-każ, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fl-istadju tal-ġustifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-konvinzjoni tiegħi f’dan ir-rigward hija sostnuta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-moviment liberu ta’ merkanzija. Minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat f’diversi okkażjonijiet li l-prodotti mediċinali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 34 u 36 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760520">20 ta’ Mejju 1976</DATE>, <NAME.CASE>de Peijper</NAME.CASE> (<NO.CASE>104/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:67">EU:C:1976:67</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840228">28 ta’ Frar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>247/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:79">EU:C:1984:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940601">1 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:212">EU:C:1994:212</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:492">EU:C:2008:492</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza Humanplasma li projbizzjoni ta’ importazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni tad-demm u tal-komponenti tad-demm meħud mingħand donaturi ta’ demm imħallsa jikkostitwixxi miżura li għandha l-istess effett ta’ restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Gvern Sloven ikkontesta n-natura oneruża, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18, tal-provvista ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena, billi bbaża l-argument tiegħu fuq il-projbizzjoni fuq iz-ZTM milli jagħmel xi profitti minn fuq din il-provvista<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Infakkar li, fil-prattika, iz-ZTM huwa l-uniku operatur li jista’ jipprovdi prodotti mediċinali konformi mar-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali u, għaldaqstant, li jipparteċipa fis-sejħa għal offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali: ara l-punt 54 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Infakkar, f’dan ir-rigward, li kuntratt ma jistax jaħrab mill-klassifika ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> mis-sempliċi fatt li r-remunerazzjoni prevista tibqa’ limitata għar-rimbors tal-ispejjeż inkorsi għall-provvista tal-oġġett jew tas-servizz miftiehem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑159/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Azienda sanitaria locale n. 5 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Spezzino<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑113/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2440">EU:C:2014:2440</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan il-każ, jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Sloven li z-ZTM jitlob, bħala korrispettiv għall-provvista tal-prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena, ir-rimbors tal-ispejjeż tal-manifattura tal-prodotti mediċinali. Meta jagħmel hekk, huwa jgħaddi fuq l-akkwirenti l-ispejjeż inkorsi fl-ipproċessar, minn operatur terz, tal-eċċess ta’ demm miġbur fuq it-territorju Sloven. Għaldaqstant, il-provvista ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena għandha, f’dawn iċ-ċirkustanzi, tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>kuntratt għall-interess tal-flus [b’titolu oneruż]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(b) tagħha, l-applikabbiltà tad-Direttiva 2004/18 hija suġġetta wkoll għall-kundizzjoni li l-valur stmat eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-kuntratt pubbliku jkun ugwali jew ogħla minn EUR <FT TYPE="NUMBER">207000</FT>, limitu previst għall-kuntratti pubbliċi għal provvista li jingħataw minn awtoritajiet kuntrattwali li ma jissemmewx fl-Anness IV, bħalma huwa l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>B’risposta għal talba ta’ kjarifika li saritlu mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-korp tar-rinviju indika li l-valur stmat eskluż il-VAT tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">791476</FT>. Għaldaqstant, dan il-kuntratt jaqbeż il-limitu previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, il-Gvern Sloven invoka wkoll l-eċċezzjoni stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad-<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑480/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:357">EU:C:2009:357</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, kontra l-applikabbiltà tad-Direttiva 2004/18. Madankollu jidhirli li din l-eċċezzjoni ma hijiex applikabbli għaċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Dik is-sentenza kienet tikkonċerna kuntratt konkluż għal perijodu ta’ 20 sena bejn il-belt ta’ Hamburg (il-Ġermanja) u erba’ Landkreise, li kellu bħala suġġett l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni għal żmien twil bejn dawn l-awtoritajiet lokali bl-għan li jiġi żgurat it-trattament reċiproku tal-iskart tagħhom. Għalhekk, dan il-kuntratt, li kien ġie konkluż mingħajr il-ftuħ ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti, kien jikkostitwixxi kemm il-bażi kif ukoll il-kuntest ġuridiku għall-kostruzzjoni u l-użu futur ta’ stallazzjoni intiża għat-twettiq ta’ servizz pubbliku, jiġifieri l-irkupru tas-sħana mill-iskart. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kienx meħtieġ li dan il-kuntratt ikun is-suġġett ta’ sejħa għal offerti minn qabel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑480/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:357">EU:C:2009:357</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Ċertament, iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jippreżentaw ċertu xebħ ma’ dawk tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, u b’mod partikolari n-natura pubblika tal-kontraenti, jiġifieri l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota u z-ZTM. Madankollu, f’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma riditx teskludi mid-dixxiplina tal-kuntratti pubbliċi l-kuntratti kollha konklużi bejn entitajiet pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sabiex infakkar, il-kuntratti bejn awtoritajiet pubbliċi ma humiex, minħabba f’hekk, esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi. Ara d-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> previst fl-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 2004/18 kif ukoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Consorci Sanitari del Maresme</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:664">EU:C:2015:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>,<?PAGE NO="13"?> imma biss dawk li jikkostitwixxu kemm il-bażi kif ukoll il-kuntest ġuridiku ta’ kooperazzjoni għal żmien twil intiża għat-twettiq ta’ servizz pubbliku. Issa, dan ma huwiex il-każ tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu s-suġġett tiegħu limitat għall-provvista puntwali ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, inqis li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jidħolx fl-eċċezzjoni stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li d-Direttiva 2004/18 hija applikabbli f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 jobbliga lill-awtoritajiet kontraenti jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi fuq bażi ugwali u mingħajr diskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il‑prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l‑offerenti, li għandu l‑iskop li jiffavorixxi l‑iżvilupp ta’ kompetizzjoni b’saħħitha u effettiva bejn l‑impriżi li jipparteċipaw fl‑għoti ta’ kuntratt pubbliku, jimponi li l‑offerenti kollha jkollhom l‑istess opportunitajiet fil‑formulazzjoni tat‑termini tal‑offerti tagħhom, u għalhekk jimplika li dawn għandhom jiġu ppreżentati taħt l‑istess kundizzjonijiet għall‑kompetituri kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>eVigilo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑538/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:166">EU:C:2015:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Formalment, ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ma jagħmilx distinzjoni bejn operaturi ekonomiċi imma bejn prodotti, billi jeskludi l-prodotti mediċinali li ma jkunux immanifatturati minn plażma Slovena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Madankollu, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li tiegħu l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 huwa espressjoni partikolari, ma jipprojbixxix biss id-diskriminazzjonijiet manifesti, ibbażati fuq nazzjonalità, imma wkoll kull forma moħbija ta’ diskriminazzjoni li, b’applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, twassal fil-fatt għall-istess riżultat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891205">5 ta’ Diċembru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑3/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:606">EU:C:1989:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑225/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:494">EU:C:2000:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑412/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:102">EU:C:2008:102</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>ASM Brescia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑347/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:416">EU:C:2008:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Issa, klawżola li tirrikjedi li prodott mediċinali jkun immanifatturat minn plażma miġbura fuq it-territorju nazzjonali joħloq perikolu li jopera prinċipalment għad-detriment tal-operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra, sa fejn dawn ikollhom aċċess iktar diffiċli għall-plażma miġbura fuq dan it-territorju nazzjonali mill-operaturi ekonomiċi tal-Istat Membru inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, b’analoġija mal-kriterju ta’ residenza fuq it-territorju nazzjonali, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030116">16 ta’ Jannar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑388/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:30">EU:C:2003:30</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-effetti diskriminatorji ta’ dan ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali huma iktar evidenti għaliex iz-ZTM, organu Sloven, huwa fil-prattika l-uniku operatur ekonomiku li għandu l-kapaċità li jipprovdi prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena, u dan jeskludi l-operaturi kollha ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti nikkonkludi li l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>F’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ possibbli ġustifikazzjoni, ara l-punti 105 sa 164 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/18 jimponi diversi obbligi dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Skont id-definizzjoni li tingħata fil-punt 1(b) tal-Anness VI ta’ din id-direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> b’mod partikolari jkopri kull speċifikazzjoni li tirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>l-karatteristiċi rikjesti ta’ prodott jew ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, inklużi r-rikjesti rilevanti għall-prodott f’dak li jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>proċessi u metodi ta’ produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din id-definizzjoni, ma jidhirlix li jista’ jiġi kkontestat – u barra minn hekk ma ġiex ikkontestat mill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja – li r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jikkostitwixxi speċifikazzjoni teknika fis-sens tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu l-aċċess ugwali għall-offerenti u ma jistgħux ikollhom l-effett li joħolqu ostakoli mhux iġġustifikati għall-ftuħ tal-kuntratti pubbliċi għall-kompetizzjoni. Għall-motivi esposti fil-punti 79 sa 81 ta’ dawn il-konklużjonijiet, inqis li r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ma jippermettix l-aċċess ugwali lill-offerenti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan ir-rekwiżit imur kontra l-Artikolu 23(8) tad-Direttiva 2004/18 għaliex huwa jsemmi provenjenza jew oriġini partikolari, jiġifieri l-oriġini Slovena tal-plażma, li għandu r-riżultat li jelimina l-prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma ta’ oriġini minn barra l-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti nikkonkludi li l-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>F’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ possibbli ġustifikazzjoni, ara l-punti 105 sa 164 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-Artikolu 34 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din it-taqsima, ser neżamina jekk l-Artikolu 34 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja kif ukoll ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Infakkar li jien ifformulajt mill-ġdid id-domanda preliminari li tressqet, li kienet tirreferi għall-Artikolu 18 TFUE, għall-motivi esposti fil-punti 36 sa 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, huwa neċessarju li jiġu evalwati, minn naħa, l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 TFUE fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ ksur ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 TFUE</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għandhom jiġu eżaminati diversi kwistjonijiet qabel ma nikkonkludi dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi evalwat jekk l-Artikolu 34 TFUE għadux applikabbli fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali ġaladarba ġie kkonstatat il-ksur tal-Artikolu 2 kif ukoll tal-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Nenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ provvista prijoritarja, kif previst fl-Artikolu 6(71) tal-liġi fuq il-prodotti mediċinali, ma huwiex limitat għall-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ dan il-prinċipju mal-Artikolu 34 TFUE fis-sitwazzjonijiet kollha li ma jaqgħux taħt id-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna s-sitwazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18, għandu jiġi evalwat jekk din id-direttiva tipproċedix għal armonizzazzjoni eżawrjenti, li jkun jeskludi l-evalwazzjoni tal-miżuri nazzjonali inkwistjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>armonizzazzjoni eżawrjenti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, ara b’mod partikolari s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041214">14 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Swedish Match</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:802">EU:C:2004:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>UNIC u Uni.co.pel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑95/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:492">EU:C:2015:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Visnapuu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑198/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:751">EU:C:2015:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Issa, jien nikkunsidra li d-Direttiva 2004/18 ma tipproċedix għal armonizzazzjoni eżawrjenti tal-aspetti li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-merkanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Insib konferma ta’ din l-interpretazzjoni fil-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18, fejn din id-direttiva tipprevedi dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni li għandhom jiġu interpretati skont il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija.</P></NOTE>, b’tali mod li r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jista’ jiġi evalwat fid-dawl tal-Artikolu 34 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Dan l-approċċ ġie adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930622">22 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑243/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:257">EU:C:1993:257</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn hija kkonstatat il-ksur kemm tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-Artikolu 34 TFUE. Fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li wkoll kienet tikkonċerna sejħa għall-offerti għall-provvista ta’ prodotti tad-demm, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 34 TFUE, mingħajr ma kienet ġiet mistoqsija fuq l-eventwali ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi.</P></NOTE>. Il-Kummissjoni argumentat korrettament, f’dan ir-rigward, li dan ir-rekwiżit ġie impost minn korp pubbliku, jiġifieri l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punt 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, li bħala tali kien suġġett għall-obbligi li jirriżultaw mill-moviment liberu tal-merkanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligi li jirriżultaw mill-moviment liberu tal-merkanzija huma applikabbli wkoll għall-korpi awtonomi stabbiliti mill-Istat. Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19750618">18 ta’ Ġunju 1975</DATE>, <NAME.CASE>IGAV</NAME.CASE> (<NO.CASE>94/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1975:81">EU:C:1975:81</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831213">13 ta’ Diċembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>Apple and Pear Development Council</NAME.CASE> (<NO.CASE>222/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:370">EU:C:1983:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901212">12 ta’ Diċembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Hennen Olie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:455">EU:C:1990:455</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑325/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:633">EU:C:2002:633</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Gvern Sloven allega li l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja taqa’ f’kompetenza esklużiva mogħtija lill-Istati Membri mill-Artikolu 168(7) TFUE fil-qasam ta’ għoti, użu, ipproċessar u distribuzzjoni ta’ demm mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tiddeċiedi li, skont l-Artikolu 168(7) TFUE, id-dritt tal-Unjoni ma jippreġudikax il-kompetenza tal-Istati Membri sabiex jadottaw dispożizzjonijiet intiżi sabiex jorganizzaw is-servizzi tas-saħħa. Madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, f’dak li jikkonċerna l-libertà ta’ stabbiliment, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ottica New Line</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑539/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:591">EU:C:2013:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Susisalo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑84/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:374">EU:C:2012:374</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Din l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet ta’ moviment ma hijiex limitata għall-oqsma koperti mill-Artikolu 168(7) TFUE. Ara b’mod partikolari s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑490/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:34">EU:C:2011:34</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Melchior</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑647/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:54">EU:C:2015:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Plaza Bravo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑137/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:771">EU:C:2015:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li jidher li jsostni l-Gvern Sloven, l-Artikolu 168(7) TFUE ma jagħti lill-Istati Membri l-ebda eżenzjoni mill-obbligi imposti fuqhom taħt l-Artikolu 34 TFUE jew id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, infakkar li, għall-motivi esposti fil-punti 62 sa 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-prodotti mediċinali mmanifatturati mid-demm jew mill-komponenti tad-demm jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jistabbilixxux differenza ta’ trattament ipprojbita mill-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 34 TFUE</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Sloven u dawk tal-Kummissjoni li l-prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena ma humiex maħduma fuq it-territorju Sloven imma fi Stat Membru ieħor. Fil-fatt, billi r-Repubblika tas-Slovenja ma għandhiex il-kapaċitajiet għall-frazzjoni tal-plażma fuq it-territorju tagħha, iz-ZTM jipproċedi għall-ipproċessar tad-demm żejjed permezz ta’ operatur privat stabbilit fi Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja ma jagħmilx distinzjoni bejn il-prodotti mediċinali mmanifatturati fir-Repubblika tas-Slovenja u dawk importati minn Stati Membri oħra, imma bejn il-prodotti mediċinali importati minn Stati Membri oħra. Fil-fatt, fost dawn tal-aħħar, huma biss il-prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena fuq talba taz-ZTM li jistgħu jkunu importati liberament, filwaqt li prodotti mediċinali oħra, mmanifatturati minn plażma minn barra l-pajjiż, setgħu jiġu importati biss jekk dawk tal-ewwel ma setgħux ilaħħqu mal-bżonnijiet tal-popolazzjoni Slovena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Din id-differenza fit-trattament, li twassal sabiex tillimita l-importazzjonijiet fis-sens li huma biss ċerti operaturi ekonomiċi li jistgħu jagħmlu dan filwaqt li oħrajn li setgħu kienu interessati huma esklużi, tikkostitwixxi miżura b’riżultat ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni, kif targumenta l-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740711">11 ta’ Lulju 1974</DATE>, <NAME.CASE>Dassonville</NAME.CASE> (<NO.CASE>8/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:82">EU:C:1974:82</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760520">20 ta’ Mejju 1976</DATE>, <NAME.CASE>de Peijper</NAME.CASE> (<NO.CASE>104/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:67">EU:C:1976:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Għal dawn l-istess motivi, ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jikkostitwixxi wkoll miżura b’riżultat ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni, għaliex huma awtorizzati sabiex jipparteċipaw fil-kuntratt pubbliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali l-fornituri ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonjiet preċedenti nikkonkludi li l-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja kif ukoll ir-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ġustifikazzjoni abbażi tal-Artikolu 36 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Wara li ġie kkonstat li l-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18 u l-Artikolu 34 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali, jibqa’ li jiġi vverifikat jekk dawn il-miżuri setgħux jiġu ġġustifikati minn għan rikonoxxut bħala leġittimu mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna d-differenzi ta’ trattament ipprojbiti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18, ninnota li din id-direttiva ma tipproċedix għal armonizzazzjoni eżawrjenti tal-aspetti li jikkonċernaw il-motivi ta’ ġustifikazzjoni, b’tali mod li dawn id-differenzi jistgħu jiġu evalwati, f’dan ir-rigward, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt primarju u tal-ġurisprudenza relattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara ġurisprudenza fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>armonizzazzjoni eżawrjenti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> iċċitata fin-nota ta’ qiegħ-il paġna 28. L-Artikolu 23(8) tad-Direttiva 2004/18 biss jinvoka l-possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>bil-kontenut suġġettiv tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, li madankollu ma hijiex invokata bħala tali fl-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja. Ninnota li l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-motivi ta’ ġustifikazzjoni bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dritt primarju, fil-preżenza ta’ miżura nazzjonali li tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fuq il-kuntratti pubbliċi, fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑160/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:230">EU:C:2010:230</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Humanplasma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret il-prinċipji li jirregolaw il-motivi ta’ ġustifikazzjoni bbażati fuq il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni li jissemmew fl-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Qabelxejn, is-saħħa pubblika tokkupa l-ewwel livell fost l-oġġetti jew l-interessi protetti bl-Artikolu 36 TFUE u għandhom ikunu l-Istati Membri, fil‑limiti imposti mit-Trattat, li jiddeċiedu l-livell li fih huma jixtiequ jiżguraw is-saħħa pubblika u l-mod li bih dan il-livell għandu jintlaħaq. Peress li l-livell jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, l-Istati Membri għandu jitħallilhom marġni ta’ diskrezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:492">EU:C:2008:492</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Parkinson Vereinigung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑148/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:776">EU:C:2016:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Imbagħad, jirriżulta mill-ġurisprudenza li leġiżlazzjoni li għandha n-natura li tirrestrinġi libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija, ma tistax tiġi leġittimament ġġustifikata ħlief jekk din tkun intiża sabiex tiżgura li jintlaħaq l-għan leġittimu mixtieq u ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex dan jintlaħaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:492">EU:C:2008:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna iktar speċifikament l-evalwazzjoni tan-natura proporzjonata tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li billi l-Artikolu 36 TFUE jikkostitwixxi eċċezzjoni, li għandha tiġi interpretata ristrettivament, għar-regola tal-moviment liberu tal-merkanzija fl-intern tal-Unjoni, għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali li juru li din il-leġiżlazzjoni hija neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan invokat u li dan ma jistax jintlaħaq permezz ta’ projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet inqas ġenerali jew li jaffettaw inqas il-kummerċ bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:492">EU:C:2008:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza, għandha tiġi eżaminata l-legalità tal-għanijiet avvanzati mill-Gvern Sloven kif ukoll in-natura adegwata u neċessarja, fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, tal-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u tar-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali imposti fis-sejħa għal offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Il-Gvern Sloven invoka l-għan ta’ inkoraġġiment lid-donaturi ta’ demm volontarji u mhux imħallsa fuq it-territorju nazzjonali kif ukoll l-għan ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali tad-demm u ta’ prodotti tad-demm, inklużi l-prodotti mediċinali mmanifatturati mid-demm. Essenzjalment, il-Kummissjoni eżaminat l-istess motivi ta’ ġustifikazzjoni taħt l-għan iktar ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni msemmija fl-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Nenfasizza li l-Gvern Sloven ma invokax, bħala motiv ta’ ġustifikazzjoni, in-natura perikolużà ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma mhux Slovena. Ninnota barra minn hekk, f’dan ir-rigward, li l-awtoritajiet kompetenti jipproċedu għall-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti mediċinali meta l-prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma Slovena jkunu eżawriti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara l-punt 58 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Ser neżamina dawn iż-żewġ għanijiet invokati mill-Gvern Sloven separatament fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-għan ta’ promozzjoni tad-donazzjonijiet ta’ demm volontarji u mhux imħallsa</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-fehma tiegħi ma hemm l-ebda dubju li l-promozzjoni tad-donazzjonijiet ta’ demm volontarji u mhux imħallsa tikkostitwixxi għan leġittimu li huwa inkluż fl-għan iktar ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Nenfasizza li dan l-għan ġie approvat f’okkażjonijiet numerużi mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni sa mis-snin 1990<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni tal-Parlament, tal-<DATE ISO="19930914">14 ta’ Settembru 1993</DATE>, fuq l-awtosuffiċjenza u s-sigurtà tal-provvista ta’ demm u ta’ prodotti dderivat fil-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="268" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="1993">ĠU 1993, C 268, p. 29</REF.DOC.OJ>); ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament, tat‑<DATE ISO="19931118">18 ta’ Novembru 1993</DATE>, fuq is-sigurtà tat-trasfużjonijiet u tal-użu tal-prodotti dderivati mid-demm (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="268" DATE.PUB="1993">ĠU 1993, C 329, p. 268</REF.DOC.OJ>); Konklużjonijiet tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="19931213">13 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar l-awtosuffiċjenza tad-demm fil-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="015" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 15, p. 6</REF.DOC.OJ>); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="19930525">25 ta’ Mejju 1993</DATE>, fuq l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea [COM(93) 198 finali]; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="19941221">21 ta’ Diċembru 1994</DATE>, fuq is-sigurtà trasfużjonali u l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea [COM(94) 652 finali]; Riżoluzzjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19950602">2 ta’ Ġunju 1995</DATE>, fuq is-sigurtà trasfużjonali u l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1995">ĠU 1995, C 164, p. 1</REF.DOC.OJ>); Riżoluzzjoni tal-Parlament, tal-<DATE ISO="19950714">14 ta’ Lulju 1995</DATE>, fuq is-sigurtà tad-demm fl-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="249" PAGE.FIRST="231" DATE.PUB="1995">ĠU 1995, C 249, p. 231</REF.DOC.OJ>); Riżoluzzjoni tal-Parlament, tas-<DATE ISO="19960417">17 ta’ April 1996</DATE>, fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq is-sigurtà trasfużjonali u l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="131" DATE.PUB="1996">ĠU 1996, C 141, p. 131</REF.DOC.OJ>); Riżoluzzjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19961112">12 ta’ Novembru 1996</DATE>, fuq strateġija intiża għas-sigurtà tad-demm u l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="374" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1996">ĠU 1996, C 374, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, b’mod partikolari wara l-kawża tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>demm kontaminat<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> fi Franza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Din il-kawża, li kienet tirrigwarda t-tilqim bil-virus tal-AIDS waqt it-trasfużjonijiet tad-demmi li kien seħħ fis-snin 1980, kien inkixef mill-medja matul is-sena 1991.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Il-promozzjoni tad-donazzjonijiet ta’ demm hija għan leġittimu fid-dawl tal-importanza terapewtika kunsiderevoli li għandhom id-demm u l-prodotti tad-demm. Fil-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="19941221">21 ta’ Diċembru 1994</DATE>, il-Kummissjoni kitbet f’dan ir-rigward:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>Id-demm u l-prodotti idderivati mid-demm saru indispensabbli għall-mediċina moderna. L-użu tagħhom ippermetta li jsir progress spettakolari fil-qasam tat-terapija u tal-kirurġija, li jiġu salvati numru bla għadd ta’ ħajjiet u li tittejjeb kunsiderevolment il-kwalità tal-ħajja u t-tul tal-ħajja tal-persuni li jbatu minn ħematopoloġiji bħalma huma l-ħemofilja. Għaldaqstant huwa ta’ importanza vitali li tiġi ggarantita s-sigurtà trasfużjonali u l-provvista tad-demm u ta’ prodotti tad-demm […]<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Komunikazzjoni [COM(94) 652 finali], p. 2. Ara wkoll it-tieni rapport tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20110323">23 ta’ Marzu 2011</DATE>, dwar id-Donazzjoni Volontarja u Mingħajr Ħlas ta’ Demm u ta’ Komponenti tad-Demm [COM(2011) 138 finali], p. 3.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Issa, u kif issostni l-premessa 2 tad-Direttiva 2002/98, id-disponibbiltà tad-demm u tal-komponenti tad-demm użati għal finijiet terapewtiċi tiddependi ħafna fuq li ċ-ċittadini tal-Komunità jkunu disposti sabiex jagħtu d-demm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-natura volontarja u mhux imħallsa ta’ dawn id-donazzjonijiet tirriżulta minn kunsiderazzjonijiet etiċi u sanitarji li nġabu ’l quddiem mill-Gvern Sloven. Qabelxejn, il-prinċipju ta’ inaljenabbiltà u ta’ nuqqas ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-ġisem tal-bniedem jipprekludi x-xiri u l-bejgħ ta’ demm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, b’mod partikolari, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament, tal-<DATE ISO="19930914">14 ta’ Settembru 1993</DATE>, fuq l-awtosuffiċjenza u s-sigurtà tal-provvista ta’ demm u ta’ prodotti dderivati fil-Komunità Ewropea, punt F; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, COM(94) 652 finali, p. 8; Riżoluzzjoni tal-Parlament, tas-<DATE ISO="19960417">17 ta’ April 1996</DATE>, fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq is-sigurtà trasfużjonali u l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea, punt 7.</P></NOTE>. Imbagħad, in-nuqqas ta’ remunerazzjoni jippermetti li tiġi ppreżervata s-saħħa tad-donaturi billi jevita l-esplojtazzjoni tagħhom, b’mod partikolari fost il-kategoriji l-iktar vulnerabbli tal-popolazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, b’mod partikolari, il-Komunikazzjoni COM(93) 198 finali, p. 4 u l-Komunikazzjoni COM(94) 652 finali,p. 8.</P></NOTE>. Fl-aħħar nett, l-assenza ta’ remunerazzjoni tippermetti li tiġi protetta s-saħħa tad-donaturi u tevita r-riskju li donatur jaħbi ċerta informazzjoni medika rilevanti sabiex jirċievi remunerazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara, b’mod partikolari, il-Komunikazzjoni COM(93) 198 finali, p. 4; ir-Rapport tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi 2002/98/KE, 2004/33/KE, 2005/61/KE u 2005/62/KE li jistabbilixxu livelli ta’ kwalità u sikurezza għad-demm u l-komponenti tad-demm tal-bniedem [COM(2016) 224 finali], p. 10.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Din il-volontà politika ġiet implementata b’obbligu ġuridiku li għadu jidher sal-lum fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/98 u fl-Artikolu 110 tad-Direttiva 2001/83, li jobbligaw lill-Istati Membri li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jinkoraġġixxu l-għotjiet volontarji u mhux imħallsa ta’ demm u ta’ komponenti tad-demm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara wkoll il-premessa 19 tad-Direttiva 2001/83 u l-premessa 23 tad-Direttiva 2002/98.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-promozzjoni ta’ għotjiet ta’ demm volontarji u mhux imħallsa tikkostitwixxi għan leġittimu fid-dawl tal-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fit-tieni lok, in-natura adegwata tal-miżuri inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi verifikat jekk il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali jistgħux jilħqu dan l-għan leġittimu li jinkoraġġixxu l-għotijiet ta’ demm volontarji u mhux imħallsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Nistqarr li għandi dubji serji f’dan ir-rigward. Fil-fatt, ma narax relazzjoni evidenti bejn, minn naħa, il-miżuri li huma intiżi sabiex jorjentaw id-<HT TYPE="ITALIC">domanda</HT> nazzjonali lejn prodotti mmanifatturati minn plażma nazzjonali u, min-naħa l-oħra, l-għan ta’ promozzjoni tal-għotjiet volontarji u mhux imħallsa intiżi sabiex jinkorraġġixxu l-<HT TYPE="ITALIC">offerta</HT> tad-demm u ta’ komponenti tad-demm fuq it-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, kif jista’ l-fatt li l-Isptar Ġenerali ta’ Murska Sobota huwa obbligat li jakkwista l-provvisti tiegħu ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma nazzjonali, kif huwa l-każ fil-kawża prinċipali, iwassal sabiex jinkoraġġixxi lil donaturi potenzjali sabiex iwettqu għotjiet volontarji u mhux imħallsa ta’ demm jew ta’ komponenti tad-demm?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Il-Gvern Sloven argumenta, f’dan ir-rigward, li huwa importanti li jiġi pprojbit l-użu kummerċjali tad-demm u tal-komponenti tad-demm miġbur sabiex tiġi ppreżervata l-motivazzjoni tad-donaturi potenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, jidhirli mill-ġdid li l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ma jistgħux jilħqu l-għan assenjat lilhom, ladarba dawn il-miżuri ma jipprojbixxux, direttament jew indirettament, l-użu kummerċjali tad-demm miġbur fuq it-territorju nazzjonali. Barra minn hekk, dawn il-miżuri jfallu fit-test ta’ ħtieġa, għaliex huwa suffiċjenti f’dan ir-rigward li tiġi imposta projbizzjoni ta’ użu kummerċjali fuq iz-ZTM u fuq kull persuna oħra involuta fil-ġbir, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni tad-demm miġbur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ma jistgħux jiġu ġġustifikati bl-għan li jiġu nkoraġġuti l-għotjiet ta’ demm volontarji u mhux imħallsa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-għan ta’ awtosuffiċjenza (jew ta’ suffiċjenza) nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Il-Gvern Sloven invoka wkoll l-għan ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali tad-demm u ta’ prodotti tad-demm sabiex jiġġustifika l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>L-istess bħall-promozzjoni tal-għotjiet volontarji u mhux imħallsa, l-għan ta’ awtosuffiċjenza tad-demm u ta’ prodotti tad-demm ġie appoġġjat diversi drabi mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara d-dokumenti ċċitati fin-nota ta’ qiegħ-il paġna 42.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Din il-volontà politika ġiet ukoll implementata b’obbligu legali llum previst fl-Artikolu 110 tad-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Din id-dspożizzjoni kienet ġiet introdotta għall-ewwel darba fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni bl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 89/381/KEE tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19890614">14 ta’ Ġunju 1989</DATE>, li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 65/65/KEE u 75/319/KEE dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamentari u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-ispeċjalitajiet farmaċewtiċi, u li tipprovdi dispożizzjonijiet speċjali għall-prodotti mediċinali dderivati mid-demm jew mill-plażma tal-bniedem (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="1989">ĠU 1989, L 181, p. 44</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, fis-sens li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jippromwovu l-awtosuffiċjenza tal-Unjoni tad-demm u ta’ plażma mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>awtosuffiċjenza<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> jinvolvi żewġ ambigwitajiet li għandhom effett fuq il-kapaċità tiegħu li jiġġustifika l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali. Nenfasizza, f’dan ir-rigward, li dan il-kunċett ma ġiex iddefinit mil-leġiżlatur tal-Unjoni, u b’mod partikolari la fid-Direttiva 2001/83 u lanqas fid-Direttiva 2002/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>L-ewwel ambigwità tirrigwarda l-livell territorjali tal-għan ta’ awtosuffiċjenza tad-demm u ta’ prodotti tad-demm. Fil-fatt, dan l-għan għandu jitfittex fuq il-livell tal-Unjoni jew jista’ jitfittex fuq il-livell nazzjonali? Ninnota li din il-kwistjoni ma hijiex ġdida fi ħdan l-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara d-domanda bil-miktub E‑146/95 li saret minn José Valverde Lopez (PPE) lill-Kummissjoni, fit-<DATE ISO="19950208">8 ta’ Frar 1995</DATE>, fuq il-problemi marbuta mal-interpretazzjoni tal-awtosuffiċjenza ta’ demm (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="1995">ĠU 1995, C 152, p. 34</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>L-ebda waħda mill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkontestat il-fatt li l-awtosuffiċjenza tad-demm u ta’ prodotti tad-demm huwa għan leġittimu fuq il-livell tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>F’dak li jikkonċerna d-demm u l-plażma tal-bniedem, dan l-għan jirriżulta ċarament mill-Artikolu 110 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>. Madankollu, għalkemm l-għan ta’ awtosuffiċjenza fuq il-livell tal-Unjoni jista’ jiġġustifika restrizzjoni fuq prodotti importati minn pajjiż terz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara, b’mod partikolari, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament, tal-<DATE ISO="19950714">14 ta’ Lulju 1995</DATE>, fuq is-sigurtà tad-demm fl-Unjoni Ewropea, punt 3.</P></NOTE>, diffiċilment jista’ jiġġustifika restrizzjoni fuq l-importazzjoni bejn Stati Membri bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kwistjoni li tqum fil-kuntest ta’ din il-kawża hija dik tal-leġittimità tal-għan ta’ awtosuffiċjenza imfittex <HT TYPE="ITALIC">fuq il-livell nazzjonali</HT>. Jien nikkunsidra li dan l-għan ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali huwa leġittimu għall-motivi li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, infakkar l-importanza terapewtika kunsiderevoli li għandu l-użu tad-demm u tal-prodotti tad-demm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara l-punt 117 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Fid-dawl tal-għan ta’ protezzjoni tas‑saħħa u tal-ħajja tal-persuni msemmija fl-Artikolu 36 TFUE, huwa għaldaqstant leġittimu għal Stat li jiżgura li s-servizzi tas-saħħa preżenti fuq it-territorju tiegħu jkollhom kwantitajiet suffiċjenti ta’ demm u ta’ prodotti tad-demm, mingħajr ma jiddependi f’dan ir-rigward fuq eventwali importazzjonijiet provenjenti minn Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>It-tieni nett, jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni li l-Istati b’popolazzjoni żgħira, bħalma hija r-Repubblika tas-Slovenja, jistgħu jiġu kkonfrontati b’diffikultajiet ta’ provvista fuq is-swieq internazzjonali. Skont il-Kummissjoni, fil-fatt, it-tendenza fuq dawn is-swieq, li hija karatterizzata minn domanda għal prodotti mediċinali dderivati mill-plażma superjuri għall-offerta ta’ plażma, tinkoraġġixxi lill-impriżi jbigħu l-prodott finali, preferibbilment, fil-pajjiżi li jistgħu jħallsu prezz ogħla jew li jixtru kwantitajiet ikbar. Għaldaqstant, huwa leġittimu għal Stat b’popolazzjoni żgħira li jieħu miżuri intiżi sabiex jiggarantixxi l-awtosuffiċjenza tiegħu tad-demm u ta’ prodotti tad-demm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>It-tielet nett, u kif targumenta l-Kummissjoni, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni, l-għan ta’ awtosuffiċjenza mfittex fil-livell ta’ kull Stat Membru jikkontribwixxi indirettament għall-awtosuffiċjenza tal-Unjoni tad-demm u ta’ prodotti tad-demm, għan li l-leġittimità tiegħu ma hijiex ikkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ninnota li diversi dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni japprovaw l-għan ta’ awtosuffiċjenza tad-demm u ta’ prodotti tad-demm imfittex fuq il-livell tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara, b’mod partikolari, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament, tal-<DATE ISO="19930914">14 ta’ Settembru 1993</DATE>, fuq l-awtosuffiċjenza u s-sigurtà tal-provvista ta’ demm u ta’ prodotti dderivati fil-Komunità Ewropea, punti D u 2; Komunikazzjoni COM(93) 198 finali, p. 8; Konklużjonijiet tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19931213">13 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea; Riżoluzzjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19950602">2 ta’ Ġunju 1995</DATE>, fuq is-sigurtà trasfużjonali u l-awtosuffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jien nikkunsidra li l-awtosuffiċjenza nazzjonali tad-demm u ta’ prodotti tad-demm tikkostitwixxi għan leġittimu fir-rigward tal-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>It-tieni ambigwità tikkonċerna l-portata materjali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>awtosuffiċjenza<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, li jista’ jiġi interpretat f’żewġ modi sensibbilment differenti. Skont l-ewwel approċċ, iktar moderat, l-għan ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali jikkonsisti fil-promozzjoni tal-kapaċità tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħu, kemm permezz tar-riżorsi tiegħu stess kif ukoll permezz ta’ importazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>Skont it-tieni approċċ, iktar radikali, dan l-għan jinvolvi s-sodisfazzjoni tal-bżonnijiet tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru permezz tar-riżorsi proprji tiegħu stess biss, b’esklużjoni ta’ kull importazzjoni. Dan it-tieni approċċ tal‑awtosuffiċjenza nazzjonali jippromwovi għalhekk għan ta’ indipendenza, jiġifieri s-sodisfazzjon f’ċirkwit magħluq tad-domanda nazzjonali permezz tal-offerta nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ir-Repubblika tas-Slovenja adottat dan it-tieni approċċ fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>awtosuffiċjenza<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> previst fl-Artikolu 3(18) tal-liġi dwar il-provvista ta’ demm).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142.</NO.P><TXT>Nenfasizza li, f’dokument tax-xogħol riċenti tas-servizzi tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Staff working document tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, on the implementation of the principle of voluntary and unpaid donation for human blood and blood components as foreseen in Directive 2002/98/EC on setting standards of quality and safety for the collection, testing, processing, storage and distribution of human blood and blood components and amending Directive 2001/83/EC [SWD(2016) 130 finali].</P></NOTE>, dawn iż-żewġ approċċi kienu rispettivament indikati bil-kliem ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>suffiċjenza nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Idem, p. 4: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>National sufficiency means fulfilling the needs of blood, blood components and plasma derivatives for medical application of the resident population by accessing resources from within the country and through regional/international cooperation<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>. Ara wkoll ir-risposta għad-domanda bil-miktub E‑146/95 li saret minn José Valverde Lopez (PPE) lill-Kummissjoni, fit-<DATE ISO="19950208">8 ta’ Frar 1995</DATE>, fuq il-problemi marbuta mal-interpretazzjoni tal-awtosuffiċjenza ta’ demm: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>Il-kunċett ta’ awtosuffiċjenza tal-Komunità jimplika li l-pazjenti għandu jkollhom aċċess permanenti għall-prodotti farmaċewtiċi li huma jkollhom bżonn<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</P></NOTE> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>awtosuffiċjenza nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ibidem: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>National self-sufficiency means fulfilling the needs of human blood, blood components and plasma derivatives for medical application of the resident population by accessing resources from within the country’s population<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>. Ara wkoll il-Komunikazzjoni COM(93) 198 finali, p. 7: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>Awtosuffiċjenza: provvista ta’ demm u ta’ prodotti tad-demm tal-bniedem provenjenti minn popolazzjoni sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet kliniċi ta’ dik il-popolazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>.</P></NOTE>, kliem li ser nuża minn hawn ’il quddiem għal skopijiet ta’ ċarezza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143.</NO.P><TXT>Nixtieq nenfasizza li l-għan ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali, ibbażat fuq l-għan ta’ indipendenza, jirrappreżenta ċ-ċaħda pura u sempliċi tal-libertajiet ta’ moviment u tas-suq intern. Fid-dawl tal-obbligu ta’ interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet għall-moviment liberu tal-merkanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ara l-punt 110 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, ma jidhirlix li huwa possibbli li dan l-għan jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> fir-rigward tal-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144.</NO.P><TXT>Ċertament, ma nistax neskludi li t-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98 tippermetti lill-Istati Membri jfittxu dan l-għan billi jipprojbixxu l-importazzjonijiet ta’ demm. Madankollu, din id-dispożizzjoni ssemmi d-demm u l-komponenti tad-demm <HT TYPE="ITALIC">bl-esklużjoni</HT> tal-prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara l-punti 157 sa 159 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145.</NO.P><TXT>Infakkar, barra minn hekk, li dawn il-prodotti mediċinali jaqgħu taħt id-Direttiva 2001/83 u, għaldaqstant, taħt is-sistema ta’ moviment ħieles ibbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq kif previst bl-Artikoli 28 sa 39 ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara l-punt 160 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Issa, l-inklużjoni ta’ dawn il-prodotti mediċinali fis-sistema ta’ moviment ħieles turi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jippermetti lill-Istati Membri li jfittxu għan ta’ indipendenza f’dak li jikkonċernahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi huwa eskluż li l-għan ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali, ibbażat fuq l-idea ta’ indipendenza, jista’ jikkostitwixxi għan leġittimu f’dak li jikkonċerna l-prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147.</NO.P><TXT>Bil-kuntrarju, jien nikkunsidra li l-għan ta’ suffiċjenza nazzjonali, ikkonċepit bħala l-promozzjoni tal-kapaċità tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħu, kemm permezz tar-riżorsi tiegħu stess kif ukoll permezz ta’ importazzjonijiet, jirrappreżenta dan l-għan leġittimu għall-motivi msemmija fil-punti 135 sa 138 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidhirli li dan l-approċċ huwa konformi mal-għan aħħari tal-politika dwar id-demm tal-Unjoni u tal-Istati Membri, li huwa dak li tiġi ggarantita d-disponibbiltà tal-prodotti tad-demm. Fil-fatt, l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tad-demm tgħin sabiex jintgħelbu, sa ċertu punt, ir-riskji li jaffettwaw il-ġbir ta’ demm fuq it-territorju nazzjonali. Fi kliem ieħor, id-disponibbiltà tad-demm u tal-prodotti tad-demm jidhirli li tiġi żgurata aħjar fil-preżenza ta’ żewġ sorsi ta’ provvista, li huma l-offerta nazzjonali u l-importazzjonijiet provenjenti minn Stati Membri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Fuq l-effetti pożittiv tal-iskambji bejn l-Istati Membri fuq is-sigurtà ta’ provvista ta’ demm u ta’ prodotti tad-demm, ara, b’mod partikolari, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament, tal-<DATE ISO="19930914">14 ta’ Settembru 1993</DATE>, fuq l-awtosuffiċjenza u s-sigurtà tal-provvista ta’ demm u ta’ prodotti dderivati fil-Komunità Ewropea, punti B u 3(i); ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament, tal-<DATE ISO="19950714">14 ta’ Lulju 1995</DATE>, fuq is-sigurtà tad-demm fl-Unjoni Ewropea, punt 1; Riżoluzzjoni tal-Parlament, tas-<DATE ISO="19960417">17 ta’ April 1996</DATE>, fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq is-sigurtà trasfużjonali u l-awto-suffiċjenza ta’ demm fil-Komunità Ewropea, punt 1.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149.</NO.P><TXT>Madankollu jifdal li jiġi vverifikat jekk dan l-għan ta’ suffiċjenza nazzjonali, ikkonċepit bħala l-inkoraġġiment tal-kapaċità tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru li jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu, kemm permezz tar-riżorsi tiegħu stess kif ukoll permezz ta’ importazzjonijiet, jista’ jiġġustifika l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150.</NO.P><TXT>Issa, jidhirli li dawn il-miżuri ma humiex adegwati għat-tfittixija ta’ dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151.</NO.P><TXT>Fil-fatt, u minn naħa, il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali għandhom l-effett li jirrestrinġu l-importazzjonijiet ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma miġbura fi Stat Membru ieħor. Issa, billi jillimitaw il-potenzjal ta’ dawn l-ewwel sors ta’ provvista ta’ prodotti tad-demm, dawn il-miżuri jnaqqsu l-kapaċità tal-popolazzjoni nazzjonali li tissodisfa l-bżonnijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ma għandhomx effett pożittiv fuq it-tieni sors ta’ provvista ta’ prodotti tad-demm, jiġifieri l-offerta nazzjonali. Fil-fatt, jien diġà esponejt il-motivi għala dawn il-miżuri, li huma intiżi sabiex jorjentaw id-domanda nazzjonali lejn prodotti mmanifatturati minn plażma nazzjonali, ma jidhirlix li jistgħu jinkoraġġixxu l-ġbir ta’ demm fuq it-territorju nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Ara l-punti 122 sa 127 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, inqis li l-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ma jistgħux jiġu ġġustifikati bl-għan ta’ awtosuffiċjenza nazzjonali ta’ prodotti tad-demm.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jien nikkunsidra li l-ksur tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18 kif ukoll tal-Artikolu 34 TFUE, li jirriżulta minn dawn il-miżuri, ma humiex iġġustifikati fid-dawl tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni msemmija fl-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq in-nuqqas ta’ rilevanza tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98 u tal-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155.</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari ssemmi espressament l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98 u l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83. Dawn id-dispożizzjonijiet it-tnejn jipprovdu l-possibbiltà lill-Istati Membri li jintroduċu rekwiżiti jew miżuri iktar stretti minn dawk imposti minn dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156.</NO.P><TXT>Għall-fini ta’ kompletezza, nixtieq nerġa’ nesponi fil-qosor ir-raġunijiet għala dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna d-Direttiva 2002/98, jirriżulta mill-Artikolu 2(1) tagħha li d-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158.</NO.P><TXT>Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Octapharma France<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Octapharma France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑512/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:149">EU:C:2014:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>[I]l-plażma meħuda minn demm sħiħ intiża għat-trasfużjoni li l-produzzjoni tagħha tinvolvi proċess industrijali taqa’, skont l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2001/83, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/98 f’dak li jikkonċerna l-ġbir u l-ittestjar tagħha, u f’dak tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, f’dak li jikkonċerna l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim tagħha, bil-kundizzjoni li jkun jikkonforma mad-definizzjoni ta’ prodott mediċinali skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/></P></NOTE>, il-ġbir u l-ittestjar ta’ plażma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/98 anki meta jintervjeni proċess industrijali, kif jikkonferma l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2001/83. Bil-kuntrarju, l-intervent ta’ proċess industrijali jwassal sabiex l-ipproċessar, il-konservazzjoni u d-distribuzzjoni tal-plażma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98 ma huwiex applikabbli fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, kif jargumentaw Medisanus, il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni. Insib konferma ta’ din l-interpretazzjoni fil-kliem tat-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98, li jgħid li Stat Membru jista’ jipprojbixxi jew jirrestrinġi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>l-importazzjonijiet ta’ demm u komponenti tad-demm<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tiġi interpretata fis-sens li ssemmi l-importazzjoni ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati industrijalment minn plażma, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna d-Direttiva 2001/83, ma jistax jiġi kkontestat li l-prodotti mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ladarba huma jikkostitwixxu prodotti mediċinali bbażati fuq komponenti ta’ demm ippreparati industrijalment. Din is-soluzzjoni tirriżulta mill-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, kif ukoll mid-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(1) u (10) tal-imsemmija direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Ara wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Octapharma France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑512/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:149">EU:C:2014:149</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161.</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83 jidher taħt it-Titolu VII ta’ din id-direttiva, li jistabbilixxi ċerti rekwiżiti li għandhom jiġu osservati sabiex jiġu eżerċitati l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa jew bl-imnut ta’ prodotti mediċinali. B’mod partikolari, l-Artikolu 77 jobbliga lill-Istati Membri jissuġġettaw id-distribuzzjoni bl-ingrossa għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ għoti tagħha huma ddefiniti mill-Artikoli 79 u 80.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li għandu jiġi interpretat l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83, li joffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jimponu rekwiżiti iktar stretti f’dak li jikkonċerna l-attività ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ ċerti prodotti mediċinali, fosthom il-prodotti mediċinali dderivati mid-demm. Fil-fatt, dan l-artikolu jsemmi biss il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attività ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa, kif jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII ta’ din id-direttiva, u li jistgħu jiġu kkompletati minn obbligi oħra stabbiliti mill-Istati Membri, kif tikkonferma l-premessa 38 ta’ dik id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163.</NO.P><TXT>Issa, il-prinċipju ta’ provvista prijoritarja u r-rekwiżit ta’ oriġini nazzjonali ma jikkonċernawx il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attività ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali dderivati mid-demm, imma l-kundizzjonijiet li taħthom dawn il-prodotti mediċinali jistgħu jiġu importati minn Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83 ma huwiex rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, kif sostnew korrettament Medisanus, il-Gvernijiet tas-Slovenja u ta’ Spanja u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li la l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98 u lanqas l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2001/83 ma huma rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (kummissjoni nazzjonali ta’ reviżjoni tal-proċeduri ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi, is-Slovenja):</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-importazzjoni ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma miġbura fi Stat Membru ieħor biss jekk il-prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma miġbura fuq it-territorju nazzjonali ma jistgħux ikopru l-bżonnijiet tal-popolazzjoni nazzjonali, u</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif ukoll l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu klawżola li teżiġi, konformement għal din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li prodotti mediċinali li huma s-suġġett ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvista jkunu mmanifatturati minn plażma miġbura fuq it-territorju nazzjonali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>