2005D0093 — MT — 27.10.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-2 ta' Frar 2005 fir-rigward ta' dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw l-introduzjoni u l-perijodu ta' ħażna għall-konsenja ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-imħażen tad-dwana fil-Komunità (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 192) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 031, 4.2.2005, p.64) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 284 |
8 |
27.10.2005 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta' Frar 2005
fir-rigward ta' dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw l-introduzjoni u l-perijodu ta' ħażna għall-konsenja ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-imħażen tad-dwana fil-Komunità
(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 192)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/93/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistipola r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw illi mill-1 ta' Jannar 2005, prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, jiddaħħlu minn pajjiżi terzi fil-każ biss illi jikkonformaw mar-regoli stipulati f'dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipola l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 2 ), tistipola l-kondizzjonijiet mitluba għall-kontrolli veterinarji fuq il-konsenji ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin minn pajjiż terz u tipprevedi inter alia għall-ħażna ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet ta' importazzjoni tal-Komunità tas-saħħa ta' l-annimali f' imħażen tad-dwana. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tipprovdi wkoll għall-ħolqien ta' regoli fuq is-saħħa ta' l-annimali u ċertifikati għall-prodotti li qegħdin jinġarru immedjatament jew wara li nħażnu. Skond dan, tali regoli u ċertifikati għall-kosenji ta' laħam, inklużi tjur tal-kaċċa u tar-rziezet, kif ukoll prodotti tal-laħam; preparamenti tal-laħam u ħalib u prodotti tal-ħalib għal-konsum uman kemm jekk huwa ddestinat għal pajjiż terz kif ukoll jekk huwa sabiex iforni mezzi ta' trasport bil-baħar bejn il-fruntieri kemm immedjatament waqt il-ġarr kif ukoll għal wara li jinħażen huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ( 3 ) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 94/984/KE ( 4 ), 97/221/KE ( 5 ), 2000/572/KE ( 6 ), 2000/585/KE ( 7 ), 2000/609/KE ( 8 ), 2003/779/KE ( 9 ), u 2004/438/KE ( 10 ) (“l-atti rilevanti tal-Komunità”). |
|
(4) |
Għalhekk, konsenji ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali introdotti fil-Komunità sabiex jintrefgħu fl-imħażen tad-dwana qabel l-1 ta' Jannar 2005 u li ma jikkonformawx ma' l-atti rilevanti tal-Komunità għandhom jiġu ttrattati b'mod armonizzat u trasparenti sabiex ikunu evitati problemi bla bżonn għan-negozji involuti filwaqt li jkun żgurat li hemm data finali ta' għeluq fissa għal tali prodotti sabiex jinżammu fil-Komunità. |
|
(5) |
Għal dik ir-raġuni, perijodu ta' transizzjoni ta' 12-il xahar għandu jkun stipulat għan-negozji sabiex jeħilsu minn dawk il-prodotti introdotti fl-imħażen tad-dwana qabel l-1 ta' Jannar 2005. |
|
(6) |
Huwa xieraq li jkun żgurat li mill-1 ta' Jannar 2006, kwalunkwe prodotti bħal dawn li għadhom merfugħa fl-imħażen tad-dwana fil-Komunità li ma jikkonformawx ma' l-atti rilevanti tal-Komunità għandhom jinqerdu taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti. L-ispejjeż kollha ta' tali proċedura għandhom ikunu jistgħu jiġu ddebitati lis-sid tal-konsenja. |
|
(7) |
Għal raġunijiet ta' saħħa ta' l-annimali, huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2005. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
Sal-31 ta' Diċembru 2005, konsenji ta' prodotti li jaqgħu taħt il-firxa wiesa' tad-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 94/984/KE, 97/221/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/609/KE, 2003/779/KE and 2004/438/KE u li kienu introdotti qabel l-1 ta' Jannar 2005 fl-imħażen tad-dwana, approvati skond l-Artikolu 12 (4) (b) tad-Direttiva 97/78/KE, se jkunu permessi li jħallu l-imħażen fejn huma merfugħa sabiex ikunu kkonsenjati sew sħaħ u sew jekk f'partijiet lid-destinazzjoni tagħhom hekk kif previst fl-Artikolu 12 (8) jew l-Artikolu 13 (2) (a) tad-Direttiva 97/78/KE, mingħajr ma jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-saħħa ta' l-annimali hekk kif previst fl-atti rilevanti tal-Komunità.
Artikolu 1a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe konsenja ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1, li mhijiex akkumpanjata biċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali xieraq, u bħalissa maħżuna f’xi maħżen doganali fi Stat Membru, ma tiġix rilaxxata mill-ħżin biex tgħaddi għall-post tal-ħruġ ta' spezzjoni fil-fruntieri għal iktar trasport lejn xi destinazzjoni, sakemm il-persuna responsabbli għall-konsenja bħal din tagħti awtorizzazzjoni bil-miktub li tikkonferma li l-introduzzjoni ta' prodotti bħal dawn jiġu aċċettati li jgħaddu minn jew fit-territorju tagħha.
Artikolu 2
Mill-1 ta' Jannar 2006, kwalunkwe konsenja ta' dan it-tip, hekk kif imsemmija fl-Artikolu 1, li tibqa' maħżuna, se tinqered taħt il-kontroll ta' l-Awtorità kompetenti.
L-ispejjeż kollha ta' tali qirda se jkunu jistgħu jiġu ddebitati lis-sid tal-konsenja.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni se tapplika mid-data ta' notifika.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.
( 2 ) ĠU L 24, tat-30.1.1998. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1).
( 3 ) ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2004/620/KE (ĠU L 279, tat-28.8.2004, p. 30).
( 4 ) ĠU L 378, tal-31.12.1994, p. 11. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/118/KE (ĠU L 36, tas-7.2.2004, p. 34).
( 5 ) ĠU L 89, ta' l-4.4.1997, p. 32. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/427/KE (ĠU L 154, tat-30.4.2004, p. 8).
( 6 ) ĠU L 240, tat-23.9.2000, p. 19. Deċiżjoni hekk kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/437/KE (ĠU L 154, tat-30.4.2004, p. 66).
( 7 ) ĠU L 251, tas-6.10.2000, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/413/KE (ĠU L 151, tat-30.4.2004, p. 57).
( 8 ) ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 49. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/415/KE (ĠU L 151, tat-30.4.2004, p. 73).
( 9 ) ĠU L 285, ta' l-1.11.2003, p. 38. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/414/KE (ĠU L 151, tat-30.4.2004 p. 65).
( 10 ) ĠU L 154, tat-30.4.2004, p. 73.