<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑132/14</NO.CASE><NO.CASE>C‑133/14</NO.CASE><NO.CASE>C‑134/14</NO.CASE><NO.CASE>C‑135/14</NO.CASE><NO.CASE>C‑136/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0132</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:813">EU:C:2015:813</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>22</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20151215">15.12.2015</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C-132/14 sa C-136/14</P><P>IL-PARLAMENT U IL-KUMMISSJONI vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20151215">15 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1385/2013</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/62/UE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/64/UE</KEYWORD><KEYWORD>Bażi legali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 349 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Emenda tal-istatus tal-Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑132/14 sa C‑136/14,</P><P>li għandhom bħala suġġett rikorsi għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentati fil-<DATE ISO="20140321">21 ta’ Marzu 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn I. Liukkonen (C‑132/14) kif ukoll minn L. Visaggio u J. Rodrigues (C‑132/14 u C‑136/14), bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrent fil-Kawżi C‑132/14 u C‑136/14,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn R. Lyal (C‑133/14 sa C‑135/14), W. Mölls (C‑133/14 sa C‑135/14), D. Bianchi (C‑133/14 u C‑135/14) kif ukoll minn D. Martin (C‑133/14 u C‑134/14), bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fil-Kawżi C‑133/14 sa C‑135/14,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn A. Westerhof Löfflerová, E. Karlsson, F. Florindo Gijón u J. Czuczai, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnut minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, irrapreżentat minn M. Sampol Pucurull, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn G. de Bergues, F. Fize, D. Colas u N. Rouam, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża</HT>, irrappreżentata minn L. Inez Fernandes, B. Andrade Correia, M. Duarte u S. Marques, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, M. Ilešič, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, J. L. da Cruz Vilaça, A. Arabadjiev (Relatur) u C. Toader, Presidenti ta’ Awla, E. Levits, J.-C. Bonichot, A. Prechal, E. Jarašiūnas, C. G. Fernlund u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikorsi tagħhom fil-Kawżi C‑132/14 u C‑135/14, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, rispettivament, jitolbu l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013, tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="86" DATE.PUB="2013">ĠU L 354, p. 86</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tar-rikorsi tagħhom fil-Kawżi C‑133/14 u C‑136/14, il-Kummissjoni u l-Parlament, rispettivament, jitolbu l-annullament tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE, tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE u 1999/74/KE, u d-Direttivi 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2013">ĠU L 353, p. 8</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha fil-Kawża C‑134/14, il-Kummissjoni titlob l-annullament tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE, tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2013">ĠU L 353, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">L-atti kkontestati</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1385/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1, 3, 4, 7 u 8 tar-Regolament Nru 1385/2013:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(1)</NO.P><TXT>[...] B’kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika partikolari tal-Majott, li, hi aggravata bid-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija diffiċli u l-klima tagħha, għandhom jiġu previsti ċerti miżuri speċifiċi f’għadd ta’ oqsma.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98[, tat-<DATE ISO="19980330">30 ta’ Marzu 1998</DATE>, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 217)], l-ibħra madwar il-Majott, bħala reġjun ultraperiferiku ġdid, għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’<?PAGE NO="3"?> dak ir-Regolament u l-użu ta’ purse-seines dwar ġlejjeb ta’ tonn u ta’ speċijiet ta’ ħut li jixbhu lit-ton fiż-żona sa 24 mil mil-linji ta’ bażi tal-gżira għandu jkun projbit, sabiex ikunu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[, tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 354, p. 1</REF.DOC.OJ>)], fid-dawl tal-iskemi ta’ kummerċjalizzazzjoni frammentati ħafna u sottożviluppati tal-Majott, l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tikkettar ta’ prodotti tas-sajd jimponu fuq il-bejjiegħa bl-imnut, piż mhux proporzjonat mal-informazzjoni li tiġi trasmessa lill-konsumatur. Għalhekk huwa xieraq li tkun prevista deroga temporanja mir-regoli dwar it-tikkettar ta’ prodotti tas-sajd offruti għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari fil-Majott.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li Franza ppreżentat lill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) pjan ta’ żvilupp li jiddeskrivi d-daqs indikattiv tal-flotta tas-sajd tal-Majott u l-evoluzzjoni mistennija tal-flotta sottożviluppata ta’ bastimenti tas-sajd mekkaniċi bil-konz li huma inqas minn 23 metru fit-tul u ta’ purse-seiners bbażata fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku ġdid, li ma kien hemm oġġezzjoni għalih mill-ebda parti kontraenti tal-IOTC, inkluża l-Unjoni, huwa xieraq li l-livelli ta’ referenza ta’ dak il-pjan jintużaw bħala limiti massimi għall-kapaċità tal-flotta ta’ bastimenti tas-sajd mekkaniċi bil-konz li huma inqas minn 23 metru fit-tul u ta’ purse-seiners irreġistrati fil-portijiet tal-Majott. B’deroga mir-regoli tal-Unjoni applikabbli b’mod ġenerali, u minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomiċi speċifika attwali tal-Majott, għandu jkun previst żmien biżżejjed biex Franza tkun tista’ żżid il-kapaċitajiet tas-segment sottożviluppat tal-flotta tagħha ta’ bastimenti ta’ daqs iżgħar sal-2025.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="300" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 300, p. 1</REF.DOC.OJ>)], għandu jiġi nnotat li l-Majott ma għandu l-ebda kapaċità industrijali biex jipproċessa prodotti sekondarji mill-annimali. Huwa għalhekk xieraq li jippermetti lil Franza perjodu ta’ ħames snin sabiex tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa għall-identifikazzjoni, l-immaniġġar, it-trasport, it-trattament u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fil-Majott f’konformità sħiħa mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikoli 1 sa 4 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><STI.ART>Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98</STI.ART><ALINEA><P>Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 2(1), il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(h)</NO.P><TXT>Ir-Reġjun 8</TXT><P>L-ibħra kollha barra mix-xtut tad-dipartimenti Franċiżi ta’ Réunion u l-Majott li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Franza.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>.</P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="034G"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Artikolu 34g</HT></TI.ART><STI.ART>Restrizzjonijiet fuq attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta’ 24 mil madwar il-Majott</STI.ART><ALINEA>Il-bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw purse-seines fuq ġlejjeb ta’ tonn u ta’ speċijiet ta’ ħut li jixbhu lit-ton fiż-żona li hija sa 24 mil mill-kosti tal-Majott, bħala reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 [TFUE], imkejla mil-linji ta’ bażi minn fejn jitkejlu l-ibħra territorjali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>.</ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><STI.ART>Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013</STI.ART><ALINEA><P>Fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:</P><QUOT.S LEVEL="2"><PARAG IDENTIFIER="035.006"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>6.</NO.PARAG><ALINEA>Sal-<DATE ISO="20211231">31 ta’ Diċembru 2021</DATE>, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-prodotti offruti għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari fil-Majott, bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><STI.ART>Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013</STI.ART><ALINEA><P>Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2013">ĠU L 354, p. 22</REF.DOC.OJ>),] huwa emendat kif ġej:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 23, jiżdied il-paragrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun awtorizzata, sal-<DATE ISO="20251231">31 ta’ Diċembru 2025</DATE>, biex tintroduċi kapaċità ġdida mingħajr ma tirtira kapaċità ekwivalenti għad-diversi segmenti fil-Majott, bħala reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 [TFUE] (minn hawn ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Majott<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), imsemmija fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 36, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><PARAG IDENTIFIER="036.005"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>5.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-<DATE ISO="20211231">31 ta’ Diċembru 2021</DATE> mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li għandhom tul komplessiv ta’ inqas minn 10 metri u li joperaw mill-Majott.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Sal-<DATE ISO="20211231">31 ta’ Diċembru 2021</DATE>, Franza għandha żżomm reġistru provviżorju ta’ bastimenti tas-sajd li għandhom tul komplessiv ta’ inqas minn 10 metri u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi mill-inqas l-isem, it-tul komplessiv u kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kull bastiment. Il-bastimenti rreġistrati fir-reġistru provviżorju għandhom jitqiesu bħala bastimenti rreġistrati fil-Majott.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-entrati li jikkonċernaw lill-Majott li jinsabu fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu fit-tabella fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 wara l-entrata <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Guadeloupe: Speċi pelagiċi. T&gt; 12m’.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="5"?><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><STI.ART>Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009</STI.ART><ALINEA><P>Fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Artikolu 56 huwa sostitwit b’dan li ġej:</P><P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="056"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Artikolu 56</HT></TI.ART><ALINEA>Dħul fis-seħħ</ALINEA><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</ALINEA><ALINEA>Huwa għandu japplika mill-<DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika għall-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 [TFUE] (minn issa ’l quddiem ’il-Majott’), mill-<DATE ISO="20210101">1 ta’ Jannar 2021</DATE>. Il-prodotti sekondarji u l-prodotti derivati mill-annimali ġġenerati fil-Majott qabel l-<DATE ISO="20210101">1 ta’ Jannar 2021</DATE> għandhom jintremew f’konformità mal-Artikolu 19(1)(b) ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2013/62</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2013/62 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva [tal-Kunsill] 2010/18/UE[, tat-<DATE ISO="20100308">8 ta’ Marzu 2010</DATE>, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2010">ĠU L 68, p. 13</REF.DOC.OJ>)], is-subparagrafu li ġej huwa mijud:</ALINEA><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-perijodu addizzjonali msemmi fih għandu jiġi estiż sal-<DATE ISO="20181231">31 ta’ Diċembru 2018</DATE> fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2013/64</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 9 tad-Direttiva 2013/64 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.P><TXT>[…] B’kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika partikolari tal-Majott, għandhom jiġu previsti ċerti miżuri speċifiċi f’għadd ta’ oqsma.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Huwa adatt li titqies is-sitwazzjoni partikolari fil-Majott fir-rigward tal-istat tal-ambjent, li jeħtieġ li jitjieb konsiderevolment sabiex ikun jista’ tikkonforma mal-objettivi ambjentali stipulati mid-dritt tal-Unjoni, u li għalihom huwa meħtieġ żmien addizzjonali. Miżuri speċifiċi sabiex gradwalment jitjieb l-ambjent għandhom jiġu adottati f’limiti speċifiċi ta’ żmien.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE[, tal-<DATE ISO="19910521">21 ta’ Mejju 1991</DATE>, dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)], jeħtieġ li jittieħdu miżuri fil-Majott biex jiżguraw li agglomerazzjonijiet jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi. Dawn il-miżuri jitolbu li jsiru xogħlijiet ta’ infrastruttura li għandhom isegwu proċeduri amministrattivi u ta’ ppjanar adatti u, barra minn hekk, jeħtieġu l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ kejl u monitoraġġ ta’ skariki ta’<?PAGE NO="6"?> ilma urban mormi. Minħabba s-sitwazzjoni strutturali u ekonomika speċifika tal-Majott, għandu jingħata perijodu ta’ żmien suffiċjenti lil Franza sabiex dawk ir-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu ssodisfati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Fil-qasam tal-agrikoltura, fir-rigward tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE[, tad-<DATE ISO="19990719">19 ta’ Lulju 1999</DATE>, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 225]), huwa nnotat li, fil-Majott, it-tiġieġ li jbid huwa mrobbi f’gaġeġ mhux arrikkiti. Minħabba l-investiment konsiderevoli u l-ħidma ta’ tħejjija meħtieġa biex il-gaġeġ mhux arrikkiti jiġu sostitwiti b’gaġeġ arrikkiti jew sistemi alternattivi, huwa neċessarju li tiġi posposta l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ gaġeġ mhux arrikkiti għal perjodu ta’ mhux aktar minn 48 xahar mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>. Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, bajd li ġej minn stabbilimenti li jużaw gaġeġ mhux arrikkiti għandhom jiġu kummerċjalizzati biss fis-suq lokali tal-Majott. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli neċessarji, bajd prodott f’gaġeġ mhux arrikkiti għandu jkollu marka speċjali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[, tat-<DATE ISO="20001023">23 ta’ Ottubru 2000</DATE>, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275)], l-implimentazzjoni adegwata ta’ dik id-Direttiva rigward pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar tirrikjedi li Franza tadotta u timplimenta pjanijiet ta’ ġestjoni li fihom miżuri tekniċi u amministrattivi biex jinkiseb stat tajjeb tal-ilma għal, u biex tipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-korpi kollha tal-ilmijiet tal-wiċċ. Minħabba s-sitwazzjoni strutturali u ekonomika speċifika tar-reġjun ultraperiferiku l-ġdid tal-Majott għandu jingħata perijodu ta’ żmien suffiċjenti għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[, tal-<DATE ISO="20060215">15 ta’ Frar 2006</DATE>, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2006">ĠU L 64, p. 37</REF.DOC.OJ>)], jeħtieġ l-istat attwali tal-ilmijiet tal-wiċċ fil-Majott jitjieb konsiderevolment sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Il-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm tiddependi direttament mit-trattament tad-drenaġġ urban mormi, u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE jistgħu biss jiġu osservati progressivament ladarba l-agglomerazzjonijiet li jaffettwaw il-kwalità ta’ drenaġġ urban jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271/KEE. Għalhekk, minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika speċjali tal-Majott jeħtieġ li jiġu adottati limiti ta’ żmien speċifiċi biex Franza tkun tista’ tissodisfa l-istandards tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku ġdid.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Fil-qasam tal-politika soċjali, għandu jittieħed kont tad-diffikultajiet ta’ konformità mad-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[, tal-<DATE ISO="20060405">5 ta’ April 2006</DATE>, dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fitt-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE),] fil-Majott mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>. Minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika prevalenti speċjali tagħha, ma hemm l-ebda faċilità teknika disponibbli fil-Majott għall-implimentazzjoni ta’ miżuri neċessarji għall-konformità ma’ dik id-Direttiva f’dak il-qasam ta’ radjazzjoni ottika artifiċjali. Għalhekk, huwa adatt li Franza tingħata deroga minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva sal-<DATE ISO="20171231">31 ta’ Diċembru 2017</DATE>, sakemm tali faċilitajiet mhumiex disponibbli fil-Majott u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Sabiex ikun garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, għandha tiġi żgurata konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, ir-riskji li jirriżultaw mid-deroga għandhom jitnaqqsu għal minimu u l-ħaddiema kkonċernati għandhom jibbenefikaw minn tisħiħ fis-sorveljanza tas-saħħa. Huwa importanti li jitnaqqas it-tul tad-deroga kemm jista’ jkun. Għalhekk, il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena u għandhom jiġu rtirati hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jibqgħux jeżistu.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[, tad-<DATE ISO="20110309">9 ta’ Marzu 2011</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="008" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2011">ĠU L 8, p. 45</REF.DOC.OJ>)], it-traspożizzjoni tagħha teħtieġ numru ta’ adattamenti biex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura u informazzjoni lill-pazjenti. Huwa għalhekk xieraq li Franza tingħata perjodu addizzjonali ta’ 30 xahar mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> biex iddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-Majott.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 sa 6 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><ALINEA>Emendi għad-Direttiva 91/271/KEE</ALINEA><ALINEA><P>Id-Direttiva 91/271/KEE hija emendata kif ġej:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 3, jidħol il-paragrafu li ġej:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="003.001A"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>(1a)</NO.PARAG><ALINEA><P>B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 [TFUE] (minn hawn ’il quddiem ’il-Majott’) Franza għandha tiżgura li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma mormi urban:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> għal agglomerazzjonijiet [li għandhom popolazzjoni ekwivalenti] ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> [...], li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-;</P></ITEM><ITEM><P>sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20271231">31 ta’ Diċembru 2027</DATE> għal agglomerazzjonijiet [li għandhom popolazzjoni ekwivalenti] ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> [...].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>.</P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 4, jidħol il-paragrafu li ġej:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="004.001A"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1a)</NO.PARAG><ALINEA><P>Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir hu, qabel ma jkun skarigat, suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> għal agglomerazzjonijiet [li għandhom popolazzjoni ekwivalenti] ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">15000</FT> [...], flimkien mal-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2a), li ser ikopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott;</P></ITEM><ITEM><P>sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20271231">31 ta’ Diċembru 2027</DATE> għal agglomerazzjonijiet [li għandhom popolazzjoni ekwivalenti] ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> [...].<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>.</P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 5 jiżdied il-paragrafu li ġej:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="005.002A"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(2a)</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 2, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir hu, qabel ma jkun skarigat, suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4 sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> għal agglomerazzjonijiet [li għandhom popolazzjoni ekwivalenti] ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> [...], flimkien mal-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(1a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>.</ALINEA></PARAG></P></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>B’deroga mill-ewwel paragrafu, fir-rigward tal-Majott, il-limitu ta’ żmien definit fih għandu jkun il-<DATE ISO="20271231">31 ta’ Diċembru 2027</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 1 jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tistabbilixxi programm għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sat-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 2 jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-programm sal-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><ALINEA>Emenda tad-Direttiva 1999/74/KE</ALINEA><ALINEA><P>Fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE, jiżdied il-paragrafu li ġej:</P><P><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 2, fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 [TFUE] (minn hawn ’il quddiem ’il-Majott’), tiġieġ li jbid jista’ jibqa’ jiġi mrobbi f’gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu sal-<DATE ISO="20171231">31 ta’ Diċembru 2017</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, l-ebda gaġġa bħal dawk li għalihom saret referenza f’dan il-Kapitolu ma tista’ tinbena jew tiddaħħal f’servizz għall-ewwel darba fil-Majott.</ALINEA><ALINEA>Il-bajd li ġej minn stabbilimenti li jrabbu tiġieġ li jbidu fil-gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu għandhom jitqiegħdu biss fis-suq lokali tal-Majott. Dak il-bajd u l-pakki tagħhom għandhom ikunu identifikati b’mod ċar b’marka speċjali, b’mod li jkunu jistgħu jsiru l-kontrolli neċessarji. Deskrizzjoni ċara ta’ dan l-immarkar speċjali għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sal-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/>.</ALINEA></PARAG></P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><ALINEA>Emendi lid-Direttiva 2000/60/KE</ALINEA><ALINEA><P>Id-Direttiva 2000/60/KE hija b’dan emendata kif ġej:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 [TFUE] (minn hawn ’il quddiem ’il-Majott’), il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punti (a)(ii), (a)(iii), (b)(ii) u (c) għandu jkun it-<DATE ISO="20211222">22 ta’ Diċembru 2021</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 4, is-sentenza tal-introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:</TXT><P>’Il-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-finijiet ta’ kisba tal-għanijiet f’fażijiet għal korpi ta’ ilma, sakemm ma titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta’ korp tal-ilma affettwat meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu:<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Fir-rigward tal-Majott, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu t-<DATE ISO="20151222">22 ta’ Diċembru 2015</DATE> u t-<DATE ISO="20181222">22 ta’ Diċembru 2018</DATE>, rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-<DATE ISO="20211222">22 ta’ Diċembru 2021</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-<DATE ISO="20151222">22 ta’ Diċembru 2015</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/>;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-<DATE ISO="20211222">22 ta’ Diċembru 2021</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><ALINEA>Emendi għad-Direttiva 2006/7/KE</ALINEA><ALINEA><P>Id-Direttiva 2006/7/KE hija b’dan emendata kif ġej:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 [TFUE] (minn hawn ’il quddiem ’il-Majott’), il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-<DATE ISO="20191231">31 ta’ Diċembru 2019</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-<DATE ISO="20311231">31 ta’ Diċembru 2031</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 6(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/>;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 13(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="10"?><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><ALINEA>Emenda tad-Direttiva 2006/25/KE</ALINEA><ALINEA><P>Fid-Direttiva 2006/25/KE, jiżdied l-Artikolu li ġej:</P><P><ARTICLE IDENTIFIER="014A"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Artikolu 14a</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="014A.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, Franza tista’, sal-<DATE ISO="20171231">31 ta’ Diċembru 2017</DATE>, tidderoga mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ din id-Direttiva fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 [TFUE] (minn hawn ’il quddiem ’il-Majott’) sakemm tali applikazzjoni tirrikjedi faċilitajiet tekniċi speċifiċi li ma jkunux disponibbli fil-Majott.</ALINEA><ALINEA>L-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva, jew għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirriflettu l-prinċipji ġenerali stipulati fid-Direttiva [tal-Kunsill] 89/391/KEE[, tat-<DATE ISO="19890612">12 ta’ Ġunju 1989</DATE> dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349)]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull deroga minn din id-Direttiva li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri li kienu jeżistu fl-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> jew mill-adozzjoni ta’ miżuri ġodda għandha tkun preċeduta minn konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali skont id-dritt u l-prattika nazzjonali. Dawn id-derogi għandhom ikunu applikati b’kundizzjonijiet li, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari prevalenti fil-Majott, jiggarantixxu li r-riskji li jirriżultaw għall-ħaddiema għandhom jitnaqqsu għall-minimu possibbli u li l-ħaddiema kkonċernati jibbenefikaw minn sorveljanza msaħħa tas-saħħa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, u għandha tiġi rtirata hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma għadhomx jeżistu.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>.</ALINEA></PARAG></ARTICLE></P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 6</HT></TI.ART><ALINEA>Emenda tad-Direttiva 2011/24/UE</ALINEA><ALINEA><P>Fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/24/UE, jiżdied il-paragrafu li ġej:</P><PARAG IDENTIFIER="021.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, Franza għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tkun konformi ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE sat-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/>.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE, tal-<DATE ISO="20120711">11 ta’ Lulju 2012</DATE>, li temenda l-istatus tal-Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="131" DATE.PUB="2012">ĠU L 204, p. 131</REF.DOC.OJ>), il-Mayotte ma baqax, b’effett mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, jidher fost in-numru ta’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej, fis-sens tal-Artikolu 355(2) TFUE, sabiex sar reġjun ultraperiferiku, fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE. B’din id-deċiżjoni, riferimenti għall-Mayotte iddaħħlu fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 355(1) TFUE, filwaqt li, fl-Anness II tat-Trattat FUE, li jistabbilixxi l-lista ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom japplikaw id-Dispożizzjonijiet tal-Parti IV [ta’ dan it-trattat]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, tħassar is-sitt inċiż, li kien jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Mayotte<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara diversi talbiet mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-Repubblika Franċiża, marbuta bid-Deċiżjoni 2012/419 sabiex tapplika għall-Mayotte l-acquis tad-dritt tal-Unjoni fit-totalità tiegħu b’effett mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, kellha madankollu tingħata termini addizzjonali sabiex tikkonforma ruħha ma’ dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, il-Kummissjoni adottat, fit-<DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni [COM(2013) 417 final], il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/18/UE tal-Kunsill fir-rigward tal-bidla fl-istatus tal-Mayotte [COM(2013) 413 final] kif ukoll il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Mayotte fir-rigward tal-Unjoni [COM(2013) 418 final], ibbażati rispettivament:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fuq l-Artikoli 43(2) TFUE u 168(4)(b) TFUE, li jipprevedu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jeħtieġu l-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea;</P></ITEM><ITEM><P>fuq l-Artikolu 155(2) TFUE, li jipprevedi li l-Kunsill jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li l-Parlament Ewropew jiġi informat;</P></ITEM><ITEM><P>fuq l-Artikoli 43(2) TFUE, 114 TFUE, 153(2) TFUE, 168 TFUE u 192(1) TFUE, li jipprevedu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jeħtieġu l-konsultazzjoni tal-KESE u tal-Kumitat tar-Reġjuni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kunsill, wara li kkunsidra li l-atti previsti kellhom jiġu adottati kollha fuq il-bażi tal-Artikolu 349 TFUE u konformement mal-proċedura leġiżlattiva speċjali, bagħat lill-Parlament, għal opinjoni, il-proposti tal-Kummissjoni. Dawn il-proposti ġew ikkomunikati wkoll lill-parlamenti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, il-Parlament adotta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>pożizzjoni[jiet] fl-ewwel qari<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tiegħu fuq il-proposta għal regolament COM(2013) 417 final kif ukoll fuq il-proposta għal direttiva COM(2013) 418 finali. F’dan it-teħid ta’ pożizzjonijiet, il-Parlament indika li l-atti previsti kellhom jiġu adottati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> iżda li, fir-rigward speċifikament tar-regolament previst, dan kellu jkollu bħala bażi legali, b’żieda mal-Artikoli 43(2) TFUE u 168(4)(b) TFUE, l-Artikolu 349 TFUE. Fir-rigward tal-att previst fil-kuntest tal-proposta għal deċiżjoni COM(2013) 413 final, il-Parlament, filwaqt li enfasizza li huwa ġie <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kkonsultat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> konformement mal-Artikolu 349 TFUE fuq l-abbozz tal-Kunsill, approva, b’riżoluzzjoni leġiżlattiva wkoll tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>l-abbozz tal-Kunsill kif emendat<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, il-Kunsill, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>f’konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, adotta, fuq il-bażi tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Trattat [FUE], u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, u wara l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>opinjoni tal-Parlament [tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>]<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, ir-Regolament Nru 1385/2013, id-Direttiva 2013/62 u kif ukoll id-Direttiva 2013/64 (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20140429">29 ta’ April 2014</DATE>, il-kawżi ineżami ngħaqdu għall-finijiet tal-fażi bil-miktub u tal-fażi orali tal-proċedura u kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla r-Regolament Nru 1385/2013 u d-Direttiva 2013/64;</P></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><P>iżżomm l-effetti ta’ dan ir-regolament u ta’ din id-direttiva sakemm jidħlu fis-seħħ atti li jissostitwixxuhom ibbażati fuq il-bażijiet legali xierqa, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-atti kkontestati;</P></ITEM><ITEM><P>iżżomm l-effetti tal-atti kkontestati sakemm jidħlu fis-seħħ atti li jissostitwixxuhom ibbażati fuq il-bażijiet legali xierqa, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiċħad ir-rikorsi;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, fil-każ tal-annullament tal-atti kkontestati kollha jew parti minnhom, iżżomm l-effetti tagħhom sakemm jidħlu fis-seħħ atti li jissostitwixxuhom ibbażati fuq il-bażijiet legali xierqa, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20140729">29 ta’ Lulju 2014</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Portugiża ġew ammessi jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikorsi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikorsi rispettivi tagħhom, il-Parlament u l-Kummissjoni jinvokaw motiv uniku bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill, bl-adozzjoni tal-atti kkontestati fuq il-bażi tal-Artikolu 349 TFUE, wettaq għażla żbaljata tal-bażi legali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-Kummissjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 349 TFUE japplika biss fil-każ ta’ deroga mill-applikazzjoni tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi. Fl-assenza ta’ tali deroga, il-bażi legali ta’ att li sempliċement jadatta politika għal dawn ir-reġjuni, kif kien il-każ fir-rigward tal-atti kkontestati, għandha titfittex fid-dispożizzjonijiet marbuta ma’ din il-politika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni tirrileva li l-Artikolu 355(1) TFUE jispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>[d]-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom japplikaw<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għar-reġjuni ultraperiferiċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>skond l-Artikolu 349 [TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Minn dan isegwi li din id-dispożizzjoni tal-aħħar tippermetti biss li ssir deroga mill-applikazzjoni tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>dispożizzjonijiet tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> għal dawn ir-reġjuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 52 TUE jirriżulta li minkejja li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[t]-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> huma applikabbli għall-Istati Membri kollha, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħhom huwa speċifikat fl-Artikolu 355 TFUE. B’hekk, skont il-Kummissjoni, ir-rabtiet bejn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet<?PAGE NO="13"?> jimplikaw li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Trattati<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li huma jużaw jeskludi d-dritt sekondarju. Fil-fatt, normalment id-dettalji speċifiċi marbuta mal-portata ġeografika ta’ regola ta’ dritt sekondarju jkunu jinsabu f’din ir-regola nfisha u ma jistgħux jinbidlu la bl-Artikolu 355 TFUE u lanqas bl-Artikolu 52 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward partikolarment tal-Artikolu 349 TFUE, il-Kummissjoni tispeċifika li dan ma jistax jiġi interpretat bħala li jawtorizza lill-Kunsill jadotta kwalunkwe <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>miżura speċifika<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> favorevoli għar-reġjuni ultraperiferiċi previsti f’dan l-artikolu. Fil-fatt, dan tal-aħħar jippermetti biss l-adozzjoni ta’ miżuri billi tittieħed inkunsiderazzjoni s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> ta’ dawn ir-reġjuni kif ukoll il-fatturi, elenkati b’mod eżawrjenti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, li jaggravaw din is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sa fejn il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>miżuri speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> previsti fl-Artikolu 349 TFUE għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>[l]-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> għar-reġjuni kkonċernati, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>partikolarment<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> ifisser li dan l-artikolu jkopri kull miżura li tidderoga mit-Trattati, kemm jekk din tistabbilixxi tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> kif ukoll jekk le. Mill-banda l-oħra, dan l-artikolu ma jippermettix lill-Kunsill jistabbilixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tad-dritt sekondarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni la tista’ tiġi affettwata mill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>inklużi l-politiki komuni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, użata fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, u lanqas mil-lista mhux eżawrjenti ta’ dawn il-politiki, li tidher fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE. Fil-fatt, l-użu ta’ din l-espressjoni u l-preżenza ta’ din il-lista sempliċement juru li l-portata tal-Artikolu 349 TFUE ma hijiex limitata għal ċerti oqsma politiċi speċifiċi, iżda ma jimplikawx li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għandu jiġi estiż b’mod li l-Kunsill ikun jista’, fuq il-bażi tiegħu, jadotta miżuri li jidderogaw mid-dritt sekondarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li s-sistema tal-bażijiet legali tat-Trattat FUE tikkorrobora l-argumentazzjoni tagħha. Fil-fatt, kull waħda minn dawn il-bażijiet legali, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 349 TFUE, tikkonċerna politika partikolari, meħuda fl-intier tagħha, u tagħti lil-leġiżlatur tal-Unjoni marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’, sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni kull fattur rilevanti. Minn dan jirriżulta li jistgħu jsiru differenzazzjonijiet ġeografiċi, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Għaldaqstant, trattament differenzjat favur reġjun ultraperiferiku jista’ jiġi ġġustifikat mill-eżistenza, f’dan ir-reġjun, ta’ wieħed jew iktar mill-fatturi elenkati fl-Artikolu 349 TFUE, mingħajr ma hija affettwata l-bażi legali applikabbli għal dan it-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Finalment, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja żżomm l-effetti tal-atti kkontestati, billi r-rikorsi tagħha ma jirrigwardawx il-kontenut stess tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-Parlament</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Parlament iqis li r-Regolament Nru 1385/2013 u d-Direttiva 2013/64 ifittxu diversi għanijiet fl-istess ħin u għandhom diversi komponenti, li huma marbuta b’mod inseparabbli, mingħajr ma hemm xi wħud minnhom li huma sekondarji u indiretti meta mqabbla mal-oħrajn. Għalhekk, dawn l-atti kellhom jiġu bbażati fuq id-diversi bażijiet legali korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont din l-istituzzjoni, l-Artikolu 349 TFUE ma jistax jibbenefika minn xi supremazija meta mqabbel mal-bażijiet legali settorjali għal dak li jirrigwarda miżuri intiżi għall-implementazzjoni ta’ politika partikolari jew oħra, kemm jekk f’reġjun ultraperiferiku wieħed u kemm jekk f’diversi reġjuni ultraperiferiċi, għax altrimenti l-istruttura tat-Trattat FUE u l-bilanċ istituzzjonali fl-adozzjoni ta’ miżuri previsti minn dan it-Trattat jiġu ppreġudikati. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-politiki tal-Unjoni japplikaw ukoll għar-reġjuni ultraperiferiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, fl-opinjoni tal-Parlament, li l-miżuri li jimplementaw dawn il-politiki għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-bażijiet legali stabbiliti fit-Tielet Parti tat-Trattat FUE. Il-fatt li miżura tikkonċerna, kompletament jew parzjalment, reġjun ultraperiferiku jew diversi reġjuni ultraperiferiċi<?PAGE NO="14"?> jibqa’ mingħajr effett f’dan ir-rigward. Il-kriterju deċiżiv huwa dak dwar jekk tali miżura ssegwix għanijiet speċifiċi għall-politika kkonċernata, mingħajr madankollu ma tikkostitwixxi miżura speċifika favur reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Parlament iqis li mill-kliem tal-Artikolu 349 TFUE jirriżulta li din id-dispożizzjoni tippermetti biss l-adozzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>miżuri speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> li jfittxu li jikkumpensaw l-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> li jiddifferenzjaw ir-reġjun jew ir-reġjuni kkonċernati mill-kumplament tat-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-għan stipulat fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, li jipprovdi li dawn il-miżuri jfittxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>partikolarment, [li] jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, u mir-riżerva stabbilita fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, li jipprovdi li dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>mingħajr ma [tit]naqqas l-integrità u l-koerenza ta’ l-ordni legali ta’ l-Unjoni, inkluż[a] [...] l-politika komuni<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, jirriżulta, b’mod partikolari, li l-Artikolu 349 TFUE jipprevedi biss derogi mill-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu miżuri li ma jintroduċux deroga minn regoli altrimenti applikabbli, iżda sempliċement jipposponu l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għal reġjun ultraperiferiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2013/64, mill-premessi tagħha jirriżulta li hija għandha l-għan, bl-għoti ta’ perijodi tranżitorji, li tiffaċilita l-applikazzjoni sħiħa, sa fejn il-Mayotte huwa kkonċernat, ta’ diversi direttivi fl-oqsma tal-ambjent, tal-agrikoltura, tal-politika soċjali u tas-saħħa pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, id-diffikultajiet iffaċċjati għal applikazzjoni sħiħa, f’dan ir-reġjun, ta’ dawn id-direttivi la jirriżultaw mis-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> li fiha dan jinsab u lanqas mill-eżistenza ta’ fattur jew diversi fatturi aggravanti, kif elenkati b’mod eżawrjenti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE. Fil-fatt, dawn id-diffikultajiet jistgħu jikkonċernaw kwalunkwe reġjun suġġett għall-obbligu li josserva, b’effett minn data partikolari, rekwiżiti li ma kinux preċedentement applikabbli għalih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, skont il-Parlament, l-emendi mressqa mid-Direttiva 2013/64 kellu jkollhom bħala bażijiet legali dawk li jikkorrispondu għad-direttivi settorjali kkonċernati u ma setgħux jiġu bbażati fuq l-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament Nru 1385/2013, il-Parlament jispeċifika li l-Artikolu 1 tiegħu huwa intiż sabiex jimplementa l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd. Il-fatt li l-ambjent marittimu fraġli, li għandu jkun suġġett għal protezzjoni, jinsab fl-ilmijiet ta’ reġjun ultraperiferiku huwa irrilevanti, peress li tali sitwazzjoni tista’ tirriżulta f’kull reġjun ieħor tal-Unjoni. B’hekk, il-miżuri adottati mill-Kunsill f’dan ir-regolament ma humiex intiżi sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi dovuti għas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> tal-Mayotte.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Parlament iżid li l-fatt li miżura partikolari, adottata fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd, tista’ tkun intiża wkoll sabiex jinkisbu effetti pożittivi fil-qasam ekonomiku u soċjali kif ukoll fil-qasam tal-impjiegi ma huwiex ta’ natura li joħroġ lil din il-miżura mill-ambitu ta’ din il-politika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1385/2013, l-emenda inkwistjoni tikkostitwixxi biss emenda tranżitorja intiża sabiex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt sekondarju għall-Mayotte u kellha taqa’, skont il-Parlament, taħt il-bażi settorjali tal-Artikolu 43(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1385/2013, il-Parlament jammetti li l-miżuri li jidhru fil-punti 1 u 2 ta’ dan l-artikolu huma ta’ natura derogatorja u ġew adottati billi ttieħdet inkunsiderazzjoni s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> partikolari tal-Mayotte. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 349 TFUE kien fil-fatt jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa għall-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, bl-adozzjoni, bil-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1385/2013, tat-tabella dwar il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd, li tidher fl-Anness II tar-Regolament Nru 1380/2013, mingħajr ma llimita n-numru ta’ bastimenti tas-sajd li joperaw mill-Mayotte, il-Kunsill ma adottax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>miżura speċifika<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> billi ħa inkunsiderazzjoni s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> tal-Mayotte kif ukoll il-fatturi aggravanti, elenkati b’mod eżawrjenti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE. Għalhekk, tali miżura kellha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 43(2) TFUE bħala l-bażi legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1385/2013, billi dan sempliċement ippospona għall-<DATE ISO="20210101">1 ta’ Jannar 2021</DATE> id-dħul fis-seħħ, għall-Mayotte, tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1069/2009, il-Parlament iqis li din il-miżura kellha tiġi adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 168(4)(b) TFUE. B’mod partikolari, sitwazzjoni simili għal dik li taffettwa lill-Mayotte, jiġifieri l-assenza ta’ industrija tal-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, tista’ tirriżulta f’kull reġjun ieħor tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1385/2013, il-Parlament jirrileva li din id-dispożizzjoni tipprevedi dispensa temporanja minn ċerti regoli fir-rigward tal-kontroll tas-segment ta’ bastimenti tal-flotta tal-Mayotte li għandhom tul ta’ inqas minn 10 metri, filwaqt li timponi sistema ta’ kontroll issimplifikata u provviżorja. Billi din il-miżura hija ġġustifikata mill-ħtieġa, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, u min-naħa l-oħra, li jiġu ssodisfatti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 1224/2009 [li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2021">ĠU L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>)]<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, tali miżura tikkostitwixxi deroga, b’mod li tista’ taqa’ taħt l-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Parlament iqis li, fir-rigward tar-Regolament Nru 1385/2013, il-kundizzjonijiet għal applikazzjoni simultanja tad-diversi bażijiet legali previsti fl-Artikolu 43(2) TFUE, fl-Artikolu 168(4)(b) TFUE u fl-Artikolu 349 TFUE huma ssodisfatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-Kunsill</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Artikolu 349 TFUE jikkostitwixxi bażi legali speċifika b’kamp ta’ applikazzjoni ġeografika limitata, li tipprevali fuq il-bażijiet legali settorjali u li għandha tintuża fil-każ tal-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi intiżi sabiex jistabbilixxu, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt sekondarju, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni sfavorevoli tar-reġjuni ultraperiferiċi, kif deskritta f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, skont il-Kunsill, il-miżuri kollha li jidhru fl-atti kkontestati, indipendentement mit-tul tagħhom, huma intiżi sabiex jiffavorixxu lill-Mayotte konformement mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 349 TFUE u l-fatt li perijodi tranżitorji jistgħu jingħataw fuq bażi legali settorjali ma jaffettwa bl-ebda mod lil din l-analiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-Kunsill iqis ukoll li l-kundizzjonijiet sabiex jintużaw bażijiet legali multipliċi għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 1385/2013 u tad-Direttiva 1385/2013 ma kinux issodisfatti. Minn naħa, il-miżuri li jidhru fihom, li jikkonċernaw diversi oqsma distinti u li ma humiex marbuta ma’ xulxin b’mod inseparabbli, inġabru f’dawn l-atti biss għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>skopijiet ta’ sempliċità u [ta’] rapidità<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. Min-naħa l-oħra, dan ir-regolament u din id-direttiva jfittxu għan prinċipali u predominanti, jiġifieri dak li jiġu adottati miżuri speċifiċi billi tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-Mayotte, fatt li jiġġustifika li jintuża biss l-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta, b’mod partikolari, l-allegazzjoni li l-Artikolu 1 tar-Regolament 1385/2013 kif ukoll id-Direttivi 2013/62 u 2013/64 jinkludu miżuri ta’ politiki settorjali. Fil-fatt, l-għan imfittex mir-restrizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li dan l-artikolu jipprevedi huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>sabiex ikunu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> għall-benefiċċju tal-flotta artiġjanali ta’ bastimenti tas-sajd bil-konz tal-Mayotte u b’hekk l-industrija lokali tkun tista’ tiżviluppa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, billi din il-flotta ma tistax tikkompeti b’mod effikaċi mal-bastimenti iktar effiċjenti li jużaw il-purse-seines, l-għan ta’ din il-miżura huwa li din il-flotta jkollha żona limitata riżervata għaliha sabiex tkun tista’ tibbenefika mill-ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar li jgħaddu minn din iż-żona.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kunsill iżid li l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1385/2013 huwa intiż, b’dan il-mod, li jikkumpensa għall-iżvantaġġi li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tal-Mayotte u jaqa’ għalhekk fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Finalment, il-Kunsill jirrileva li d-Direttiva 2013/62 għandha lir-Repubblika Franċiża bħala destinatarja, li la l-Artikolu 151 TFUE u lanqas l-Artikolu 153 TFUE ma jsemmu l-għan speċifiku li r-reġjuni ultraperiferiċi jiġu ffavoriti u li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 155(2) TFUE ma kinux issodisfatti fil-każ ineżami.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-intervenjenti</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż jikkunsidra li l-għan imfittex mill-Artikolu 349 TFUE huwa dak li jkunu jistgħu jiġu adottati miżuri speċifiċi minħabba żvantaġġi strutturali u li, konsegwentement, dan l-artikolu jista’ jservi bħala bażi għal miżuri intiżi li jieħdu inkunsiderazzjoni fatturi partikolari li, għalkemm ma humiex ta’ natura ekonomika jew soċjali f’sens strett, jaffettwaw speċifikament reġjun ultraperiferiku, bħall-fatturi ambjentali bħalma hija l-klima jew il-fraġilità taż-żoni marittimi tiegħu. Fil-fatt, dan l-artikolu ma jeħtieġx li l-miżuri speċifiċi li huwa jipprevedi jiġu adottati sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>tiġi ffaċċjata<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> s-sitwazzjoni ekonomika jew soċjali speċifika tar-reġjun ikkonċernat, iżda biss li dawn jiġu adottati billi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>jittieħed kont<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> ta’ din is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Dan il-gvern jispjega li l-miżuri previsti mir-Regolament Nru 1385/2013 ġew iddettati mill-karatteristiċi u mil-limitazzjonijiet partikolari tal-Mayotte u huma mmotivati mis-sitwazzjoni strutturali ekonomika, soċjali u ambjentali ta’ dan ir-reġjun. Fil-fatt, dawn huma neċessarji sabiex, b’mod partikolari, tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ekosistema lokali, fid-dawl tal-fraġilità tagħha, u sabiex tiġi ppreservata l-ekonomija lokali, fid-dawl tan-natura frammentata u sottożviluppata tas-sistemi ta’ pproċessar u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, tal-karatteristiċi tal-flotta tal-Mayotte u tal-assenza ta’ taħriġ għas-sajjieda u għall-kontrolluri fir-rigward tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżuri previsti mid-Direttiva 2013/64, dawn huma intiżi wkoll sabiex jirrispondu għall-karatteristiċi speċifiċi tal-Mayotte fir-rigward, partikolarment, tal-istat tal-ambjent, tan-nuqqas ta’ żvilupp ekonomiku u tal-assenza tal-infrastruttura, sa fejn dawn il-karatteristiċi speċifiċi jikkostitwixxu żvantaġġi strutturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżura stabbilita mid-Direttiva 2013/62, mill-premessi tagħha jirriżulta li din tfittex li tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali diffiċli tal-Mayotte, li hija kkaratterizzata minn suq tax-xogħol sottożviluppat, minn rata ta’ impjieg baxxa minħabba d-distanza għall-Mayotte, mill-insularità tagħha, mit-topografija u mill-klima diffiċli tagħha, minn prodott gross domestiku baxx u mill-ħtieġa li tiġi evitata kull destabilizzazzjoni tal-ekonomija lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż iżid li, kuntrarjament għal dak allegat mill-Parlament, l-atti kkontestati ma għandhomx l-għan prinċipali li jiżguraw l-applikazzjoni tal-acquis tad-dritt tal-Unjoni għall-Mayotte fi tmiem il-perijodi tranżitorji li huma jipprevedu, peress li din l-applikazzjoni tirriżulta direttament mill-Artikolu 355(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol jispjega li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE sostnuta mill-Kummissjoni ċċaħħad lil din id-dispożizzjoni mill-effettività tagħha, peress li, jekk din l-interpretazzjoni kellha tiġi aċċettata, ma jkunx possibbli li jiġu adottati miżuri speċifiċi fl-oqsma taż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>żoni liberi<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> u tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>programmi oriżżontali<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> rregolati mid-dritt sekondarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont dan il-gvern, jekk l-iskop tal-Artikolu 349 TFUE huwa li jiddefinixxi l-miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu adottati fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Trattati, miżuri provviżorji jew tranżitorji li jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi tar-reġjuni kkonċernati u li huma intiżi sabiex jiżguraw fil-ħin applikazzjoni sħiħa għalihom tal-acquis tad-dritt tal-Unjoni jistgħu <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> jiġu adottati fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, din tal-aħħar ma tiddistingwix bejn il-miżuri b’kontentut sostantiv u l-miżuri ta’ natura temporanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-atti kkontestati, il-Gvern Spanjol jirrileva li l-għan prinċipali tagħhom huwa, kif turi l-premessa 1 ta’ kull wieħed minn dawn l-atti, li d-dritt sekondarju jiġi adattat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tal-Mayotte. Barra minn hekk, peress li l-miżuri stabbiliti minn dawn l-atti għandhom l-għan li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati, inkluż fil-qasam tad-dritt sekondarju, l-Artikolu 349 TFUE jikkostitwixxi l-bażi legali predominanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż iqis li mill-qari tad-diversi dispożizzjonijiet tat-Trattati jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espressa kuntrarja, l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>Trattati<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>applikazzjoni tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> għandhom jinftiehmu li jfissru d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>acquis legali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, inkluż id-dritt sekondarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kriterju mressaq mill-Parlament li jippermetti li ssir distinzjoni bejn id-derogi permanenti u d-derogi temporanji ma jsib ebda sostenn fit-test tal-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 349 TFUE huwa ppreżentat bħala bażi legali speċifika ta’ importanza li hija mmanifestata mill-fatt li dan l-artikolu, fl-ewwel lok, jiddefinixxi l-kunċett ta’ reġjun ultraperiferiku (identifikazzjoni tat-territorji), fit-tieni lok, jispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-miżuri ta’ differenzjazzjoni (kull qasam ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni), fit-tielet lok, jistabbilixxi l-limiti tal-kompetenza deċiżjonali tal-Kunsill (il-miżuri ma jistgħux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>[inaqqsu] l-integrità u l-koerenza ta’ l-ordni legali ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>) u, fir-raba’ lok, jikkostitwixxi dispożizzjoni ta’ abilitazzjoni li tipprovdi bażi legali u li tidentifika kemm il-proċedura li għandha tiġi segwita (deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-Parlament) kif ukoll in-natura tal-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu adottati (dawn għandu jkollhom l-għan li jnaqqsu l-inugwaljanza strutturali tar-reġjuni kkonċernati).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, b’mod preliminari, li l-Artikolu 52 TUE jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li t-Trattati għandhom japplikaw għall-Istati Membri u, fil-paragrafu 2 tiegħu, li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dawn it-trattati huwa speċifikat fl-Artikolu 355 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 355(1) TFUE, kif emendat bl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2012/419, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma applikabbli għar-reġjuni ultraperiferiċi, fosthom il-Mayotte, konformement mal-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, kif emendat bl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2012/419, jipprovdi li l-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>għandu jadotta miżuri speċifiċi bl-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE jirriżulta wkoll li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>miżuri speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> li huwa jipprevedi għandhom jiġu adottati billi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>jittieħed kont<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> tar-reġjuni ultraperiferiċi, li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>aktar ikkumplikata<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> b’numru ta’ fatturi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għalhekk, dawn il-fatturi huma ppreżentati, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, bħala fatturi aggravanti tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tar-reġjuni ultraperiferiċi li l-Kunsill għandu jieħu inkunsiderazzjoni, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, meta jadotta miżuri speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minkejja li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Parlament ma huwiex iġġustifikat li jsostni li kull miżura speċifika, fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE, għandha tkun iġġustifikata mhux biss mis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tar-reġjun ultraperiferiku kkonċernat, iżda wkoll mill-eżistenza ta’ mill-inqas wieħed mill-fatturi elenkati b’mod eżawrjenti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, li huma partikolari għal dak ir-reġjun, xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-Kunsill għandu jkun f’pożizzjoni, konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, li jippreżenta elementi li jistabbilixxu fattur ta’ konnessjoni bejn il-miżura speċifika prevista u l-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet partikolari tar-reġjun ultraperiferiku inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE, hemm speċifikat li l-miżuri speċifiċi adottati mill-Kunsill skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE jikkonċernaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>b’mod partikolari oqsma bħalma huma l-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta’ materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet ta’ l-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi oriżżontali ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>B’hekk, mill-kliem tal-Artikolu 349 TFUE jirriżulta li dan jippermetti lill-Kunsill jadotta, partikolarment fl-oqsma msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, miżuri speċifiċi intiżi li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tar-reġjuni ultraperiferiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumentazzjoni tal-Kummissjoni li l-Artikolu 349 TFUE jippermetti biss li ssir deroga mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi u mhux, bħalma kien il-każ fil-każ ineżami, li atti tad-dritt sekondarju jiġu adattati għas-sitwazzjoni partikolari ta’ dawn ir-reġjuni, għandu qabelxejn jiġi enfasizzat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>l-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu, għandhom jinftiehmu bħala li jkopru fl-istess ħin il-kundizzjonijiet marbuta mal-applikazzjoni tad-dritt primarju tal-Unjoni u dawk marbuta mal-applikazzjoni ta’ atti tad-dritt sekondarju adottati fuq il-bażi ta’ dan id-dritt primarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Artikolu 227(2) tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 299(2) KE, li hu stess sar l-Artikolu 349 TFUE], li minnha jirriżulta li l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kunsill minn din id-dispożizzjoni sabiex jipprevedi miżuri speċifiċi intiżi sabiex jirrispondu għall-ħtiġijiet tat-territorji extra-Ewropej tikkonċerna kemm id-dispożizzjonijiet tat-Trattat kif ukoll dawk tad-dritt sekondarju (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hansen &amp; Balle</NAME.CASE>, <NO.CASE>148/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:173">EU:C:1978:173</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif il-Kunsill irrileva, diversi oqsma msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE huma essenzjalment irregolati minn atti tad-dritt sekondarju. Għalhekk, l-effettività ta’ din id-dispożizzjoni tiġi affettwata jekk, f’dawn l-oqsma, hija tawtorizza biss l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi intiżi sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Finalment, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, mhux l-atti tad-dritt sekondarju kollha jiddefinixxu, kuntrarjament għal dak li l-Kummissjoni donnha ssostni, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fl-assenza ta’ speċifikazzjoni f’dan is-sens, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att tad-dritt sekondarju għandu jiġi ddeterminat, kif sostna b’mod partikolari l-Gvern Franċiż, skont l-Artikoli 52 TUE u 355 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tispjega li d-dritt sekondarju għandu, bħala prinċipju, l-istess kamp ta’ applikazzjoni li għandhom it-Trattati stess u japplika <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> f’dan il-kamp (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs l-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>61/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:29">EU:C:1978:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hansen &amp; Balle</NAME.CASE>, <NO.CASE>148/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:173">EU:C:1978:173</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-kliem u mill-għanijiet tal-Artikolu 349 TFUE u kif ukoll mill-istruttura tat-Trattati jirriżulta li, fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-acquis kollu tad-dritt tal-Unjoni huwa ddefinit, b’mod partikolari, mill-qari flimkien tal-Artikolu 52 TUE u tal-Artikolu 355(1) TFUE kif ukoll mill-miżuri adottati skont l-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li l-Kummissjoni ssostni, l-Artikolu 349 TFUE jippermetti lill-Kunsill jadotta miżuri speċifiċi intiżi sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni, għal dawn ir-reġjuni, mhux biss ta’ dispożizzjonijiet tat-Trattati, iżda wkoll ta’ dawk tad-dritt sekondarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorsi tal-Kummissjoni fil-Kawżi C-133/14 sa C-135/14, li huma bbażati biss fuq l-argumentazzjoni kuntrarja, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumentazzjoni tal-Parlament li l-Artikolu 349 TFUE ma jippermettix lill-Kunsill jadotta miżuri li jkollhom biss l-għan li jipposponu l-applikazzjoni għal reġjuni ultraperiferiċi ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi kkonstatat li dan l-artikolu ma jirrestrinġix is-setgħa deċiżjonali tal-Kunsill għal kategorija partikolari ta’ miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, apparti li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>miżura<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> jkopri kull tip ta’ azzjoni li tista’ tiġi ġestita mill-Kunsill, għandu jiġi enfasizzat li l-użu, fl-Artikolu 349 TFUE, tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> jimplika li l-awturi tat-Trattat FUE ma kellhomx l-intenzjoni li jistabbilixxu lista eżawrjenti tat-tipi ta’ miżuri li jistgħu jiġu adottati fuq il-bażi ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kunsill kif ukoll il-Gvern Spanjol u dak Portugiż għandhom raġun meta jsostnu li d-distinzjoni li saret mill-Parlament bejn id-derogi minn dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, minn naħa, u s-sempliċi posponimenti tal-applikabbiltà tagħhom, min-naħa l-oħra, ma ssib ebda sostenn fil-kliem ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Tali limitazzjoni hija wkoll kuntrarja għall-għanijiet segwiti mill-Artikolu 349 TFUE, peress li ma hemm xejn li jippermetti li jiġi eskluż li posponiment tal-applikabbiltà sħiħa ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jista’ jirriżulta li jkun l-iktar miżura adatta sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali ta’ reġjun ultraperiferiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-atti kkontestati jissodisfawx ir-rekwiżiti indikati fil-punti 67 sa 69 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tar-Regolament Nru 1385/2013, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-punt 1 tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament żied mar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>Reġjun 8<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>, kif iddefinit mir-Regolament Nru 850/98, l-ibħra kollha barra mix-xtut tal-Mayotte li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Franċiża, u li l-punt 2 ta’ dan l-artikolu daħħal f’dan l-istess Regolament Nru 850/98 l-Artikolu 34g li jipprojbixxi lill-bastimenti milli jużaw purse-seines fuq ġlejjeb ta’ tonn jew speċitajiet ta’ ħut li jixbhu lit-ton fiż-żona li testendi sa 24 mil mix-xtut tal-Mayotte, imkejla mil-linji ta’ bażi użati sabiex jiġu ddelimitati l-ibħra territorjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn qari flimkien tal-premessi 3 u 7 tar-Regolament Nru 1385/2013, kif spjegati mill-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-għan ta’ dawn il-miżuri huwa li jiġu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-Mayotte għall-benefiċċju tal-flotta lokali li, peress li hija flotta sottożviluppata ta’ basitmenti tas-sajd bil-konz, ma tistax titqabbel mal-flotot barranin. Minn dan isegwi li dawn il-miżuri ġew adottati billi ttieħdet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tal-Mayotte. Għaldaqstant, il-Kunsill seta’ legalment jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 349 TFUE sabiex jadottahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1385/2013 żied mal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1379/2013 il-paragrafu 6, li jipprevedi li, sal-<DATE ISO="20211231">31 ta’ Diċembru 2021</DATE>, il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-artikolu tal-aħħar ma għandhomx japplikaw għall-prodotti offruti għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali fil-Mayotte.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 4 tar-Regolament Nru 1385/2013, din il-miżura ġiet iġġustifikata mill-Kunsill mill-ħtieġa li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>iskemi ta’ kummerċjalizzazzjoni frammentati ħafna u sottożviluppati tal-Mayotte<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> u li jiġi evitat li l-applikazzjoni prematura tar-regoli tal-ittikettjar tal-prodotti tas-sajd timponi fuq il-bejjiegħa bl-imnut oneru sproporzjonat fid-dawl tal-informazzjoni kkomunikata lill-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għalhekk, tali miżura ġiet adottata billi ttieħdet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tal-Mayotte. Minn dan isegwi li l-Kunsill seta’ jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 349 TFUE sabiex jadotta din il-miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>It-tielet nett, ladarba l-Parlament ma jikkontestax li l-miżuri li jidhru fl-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Nru 1385/2013 setgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 349 TFUE, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika jekk dawn il-miżuri ġewx adottati b’mod konformi mar-rekwiżiti esposti fil-punti 67 sa 69 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Sa fejn il-Parlament jikkontesta li l-inklużjoni, prevista mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 1385/2013, tal-entrati dwar il-Mayotte, li jidhru fl-anness ta’ dan ir-regolament, fit-tabella fl-Anness II tar-Regolament Nru 1380/2013 setgħet tkun ibbażata fuq l-Artikolu 349 TFUE, għandu jiġi rrilevat li din il-miżura tikkostitwixxi, flimkien mal-miżuri previsti fl-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Nru 1385/2013, totalità inseparabbli u li din hija, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, ta’ natura aċċessorja meta mqabbla ma’ dawn il-miżuri tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Parlament ma jistax jilmenta fir-rigward tal-Kunsill li, sabiex jadotta l-miżuri kollha previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1385/2013, il-Kunsill ibbaża ruħu fuq l-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għandu jiġi rrilevat li l-posponiment għall-<DATE ISO="20210101">1 ta’ Jannar 2021</DATE>, mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1385/2013, tad-dħul fis-seħħ għall-Mayotte tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1069/2009 ġie ġġustifikat mill-Kunsill, skont il-premessa 8 tal-ewwel wieħed minn dawn ir-regolamenti, bil-fatt li l-Mayotte ma għandu ebda kapaċità industrijali sabiex jipproċessa prodotti sekondarji tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Tali miżura ġiet għalhekk adottata billi ttieħdet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tal-Mayotte. Minn dan isegwi li l-użu tal-Artikolu 349 TFUE bħala bażi legali għal din il-miżura kien konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/64 jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti 67 sa 69 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar, kif korrettament irrileva l-Parlament, li l-Kunsill ipproċeda, fl-Artikoli 1 sa 6 ta’ din id-direttiva, b’emendi għad-Direttivi 91/271, 1999/74, 2000/60, 2006/7, 2006/25 u 2011/24, sabiex l-applikazzjoni sħiħa, fir-rigward tal-Mayotte, ta’ ċerti dispożizzjonijiet li jinsabu fihom tiġi posposta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Dawn l-emendi ġew iġġustifikati, b’mod ġenerali, skont il-premessa 2 tad-Direttiva 2013/64, mill-ħtieġa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>titqies is-sitwazzjoni partikolari fil-Mayotte fir-rigward tal-istat tal-ambjent, li jeħtieġ li jitjieb konsiderevolment sabiex ikun jista’ tikkonforma mal-objettivi ambjentali stipulati mid-dritt tal-Unjoni, u li għalihom huwa meħtieġ żmien addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ġustifikazzjonijiet speċifiċi għal kull waħda minn dawn l-emendi ġew esposti mill-Kunsill fil-premessi 3 sa 9 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>B’hekk, fil-premessa 3 tal-istess direttiva, li tirrigwarda l-emendi għad-Direttiva 91/271, ġie indikat li s-sitwazzjoni strutturali u ekonomika speċifika tal-Mayotte, fir-rigward tat-trattament ta’ ilma urban mormi, ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-premessa 4 tad-Direttiva 2013/64, dwar l-emendi għad-Direttiva 1999/74, ġie rrilevat li, fil-qasam tal-protezzjoni tat-tiġieġ li jbid, kienu meħtieġa investimenti u xogħlijiet preparatorji kunsiderevoli sabiex is-sitwazzjoni fil-Mayotte tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-premessa 5 tad-Direttiva 2013/64, dwar l-emendi għad-Direttiva 2000/60, il-Kunsill enfasizza li, minħabba s-sitwazzjoni strutturali u ekonomika speċifika tal-Mayotte, ir-Repubblika Franċiża kellha tingħata terminu suffiċjenti sabiex tadotta u timplementa l-miżuri li jiżguraw il-konformità tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fil-premessa 6 tad-Direttiva 2013/64, dwar l-emendi għad-Direttiva 2006/7, ġie enfasizzat li l-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ tal-Mayotte kellu jitjieb kunsiderevolment sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva tal-aħħar, billi l-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm kienet affettwata minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika speċifika ta’ dan ir-reġjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fil-premessa 7 tad-Direttiva 2013/64, li tikkonċerna l-emendi għad-Direttiva 2006/25, il-Kunsill irrileva li l-Mayotte, minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika partikolari tiegħu, ma kellux faċilitajiet tekniċi għall-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji għall-konformità ma’ din id-direttiva tal-aħħar fil-qasam tar-radjazzjoni ottika artifiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Finalment, fil-premessa 9 tad-Direttiva 2013/64, dwar l-emendi għad-Direttiva 2011/24, il-Kunsill spjega li t-traspożizzjoni tagħha kienet teżiġi numru ta’ adattamenti sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura u l-informazzjoni għall-pazjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-miżuri li jinsabu fid-Direttiva 2013/64, li permezz tagħhom il-Kunsill emenda d-Direttivi 91/271, 1999/74, 2000/60, 2006/7, 2006/25 u 2011/24, ġew adottati billi ttieħdet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tal-Mayotte. Għaldaqstant, il-Kunsill kellu raġun meta bbaża ruħu fuq l-Artikolu 349 TFUE sabiex jadotta dawn il-miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, mill-għanijiet u mill-kontenut tal-atti kkontestati jirriżulta li l-miżuri li jinsabu fihom ġew adottati billi ttieħdet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali tal-Mayotte, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Parlament ma huwiex iġġustifikat li jsostni li la l-Artikoli 1, 2 u 4 tar-Regolament Nru 1385/2013 u lanqas id-Direttiva 2013/64 ma setgħu legalment ikollhom l-Artikolu 349 TFUE bħala bażi legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikorsi tal-Parlament fil-Kawżi C‑132/14 u C‑136/14 għandhom ukoll jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill talab il-kundanna tal-Parlament u tal-Kummissjoni għall-ispejjeż u peress li dawn tal-aħħar tilfu l-kawża tagħhom fil-Kawżi C‑132/14 sa C‑136/14, hemm lok li dawn jiġu kkundannati għall-ispejjeż tal-Kunsill marbuta ma’ dawn il-kawżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikorsi fil-Kawżi C‑132/14 sa C‑136/14 huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni marbuta mal-Kawżi C‑132/14 u C‑136/14.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni marbuta mal-Kawżi C‑133/14 sa C‑135/14.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>