|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2331 |
16.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/2331
tat-13 ta’ Ottubru 2026
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Pilastru Ċivili tal-Missjoni ta’ Appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Libanu (EUSM Lebanon) (EUSM Lebanon/1/2026)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2296 tat-12 ta’ Ottubru 2026 dwar Missjoni ta’ Appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Libanu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/2296, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Libanu (EUSM Lebanon), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Pilastru Ċivili fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fit-30 ta’ Settembru 2026, ir-Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Robert Edwin BOER bħala l-Kap tal-Pilastru Ċivili tal-EUSM Lebanon mill-1 ta’ Ottubru 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2027. |
|
(3) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sur Robert Edwin BOER bħala l-Kap tal-Pilastru Ċivili tal-EUSM Lebanon mill-1 ta’ Ottubru 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2027, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Robert Edwin BOER huwa maħtur bħala Kap tal-Pilastru Ċivili tal-Missjoni ta’ Appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Libanu (EUSM Lebanon) mill-1 ta’ Ottubru 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mit-13 ta’ Ottubru 2026.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
L. FEENEY
(1) ĠU L, 2026/2296, 13.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2296/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2331/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)